
Il-qaddis tal-lum huwa karattru interessanti.
Taljan (hmmm), li qabel sar saċerdot studja l-mediċina u sar tabib. Interessanti. Donnu għandu xi xebħ ma’ wieħed nafu li qabel daħal is-seminarju għamel kors fl-Università… Il-mestier tiegħu mal-fqar ta’ Cremona wasslu biex jagħraf is-sejħa li kien qed jagħmillu Alla. Sar sacerdot u waqqaf il-Barnabiti (boq) u miet ftit wara, ta’ 37 sena.
“Dak li Alla jikkmanda jidher tqil u piż żejjed. It-triq hija mħarbta, faċli tinġibed lura u ma jkollok l-ebda ħajra tkompli. Imma, ngħidlek, kompli f’dik it-triq u tirbaħ il-glorja.”S. Anton M. de Zaccaria
No comments:
Post a Comment