Il-Ġimgħa, 13 ta’ Lulju 2007

-357 - il-qaddisa tal-jum: Santa Veronika

Min qatt ma sema’ bil-Veronika u b’dak li għamlet. Iva, din hi dik li mesħet wiċċ Kristu meta kien qed iġorr is-salib. [Bejnietna: ma kontx naf li hi qaddisa u li għandha l-ġurnata tal-festa tagħha…] Dwarha ma nafu xejn għar dak li nsibu fit-tradizzjoni antika li llum għadha ħajja fil-Via Sagra. Jekk tassew kien hemm mara li mesħet wiċċ Kristu ma kienx jisimha Veronika – l-isem ġie mir-relikwija ta’ wiċċ Kristu li ttieħdet Ruma fl-ewwel seklu u li biex tingħaraf minn oħrajn foloz kienet tissejjaħ: vera icon – li bil-popolan sar Veronica, u minn nom saret isem proprju… eħħ, il-lingwa!
Hemm diversi leġġendi fuqha fosthom:
  • li hi l-mara li tfejjqet mit-tnixxija tad-demm,
  • li marret Ruma u fejjqet lill-Imperatur Tiberju,
  • li ħalliet il-maktur wirt lill-Papa Klement,
  • li żżewwġet lil Żakkew u marret Franza miegħu, hu sar eremita u hi kienet tgħin lil wieħed Martial fil-ħidma ta’ l-appostolat,
  • li ġiebet ir-relikwi tal-Madonna fl-Ewropa,
  • li mietet f’Bordeaux
Interessanti hux?
Insomma, aparti l-leġġendi, l-att li għamlet din il-mara, kienet min kienet, jistħoqqlu l-foħrija għax hi ma beżgħetx minn dak li seta’ jiġrilha meta qorbot lejn dak li kien ikkundannat għall-mewt. Il-kundanna tiegħu ma waqqfithiex milli turi ħniena miegħu… u dan hu l-eżempju li għandha nieħdu minn ħajjitha.
Hija l-patruna tal-ħassielha – meta jkollok xi tebgħa ma tridx tmur minn fuq xi flokk jew purtiera jew xugaman jew maktur, ftakar fil-maktur tal-Veronika!!! – u tal-fotografi – frosi tagħha kien l-ewwel ritratt u l-aktar wieħed li dam ħaj!!!

1 comment:

francescatherine said...

Minn kollox jidher li ghamlet malgrad in-nuqqas ta mezzi ta trasport (et al) ta dak iz-zmien.
Jista ikun li l-isem gej mill-kliem Vero unika, u jirreferi ghal maktur b'wicc Kristu rather milli l-ikona?