Din naħseb li hija l-unika waħda li kellha l-wiċċ VILI tgerger kontra oħtha f’wiċċha quddiem Ġesù nnifsu… u ssir QADDISA! OMG. Spiss lil Marta niftakruha bħala dik li gergret għax oħtha ma għenitiex u qalgħet ċamata mingħand Ġesù għax m’għażlitx is-sehem it-tajjeb! Spiss ninsew li meta miet Lazzru kienet hi marret għand Ġesù tgħidlu “Li kieku int kont hawn, ħija ma kienx imut!” u ninsew li kienet fost l-ewwel li stqarret li Ġesù hu l-qawmien u l-ħajja! Forsi, after all, Martha waslet biex tagħżel is-sehem it-tajjeb u għarfet tħaddmu f’ħajjitha xi ftit aktar minn oħtha li baqgħet tibki ħdejn il-qabar.Marta hija l-protettriċi tan-nisa tad-dar u tas-sefturi. Minn xi sitt snin ilu ‘l hawn, meta ħallewlna bomba mal-bieb, xbieha ta’ dil-qaddisa sabet ruħha fil-kċina ma’ ġenb dawk tal-Ħniena Divina, tal-Madonna tal-Karmnu u ta’ Santa Katarina, li quddiemhom hemm xemgħa dejjem tixgħel.
Lezzjoni: l-għarfien ta’ Alla f’ħajjitna hija proċess. Għalkemm m’għandiex noħduha easy ż-żejjed, nifhmu li f’persuni l-proċess jieħu fit-tul aktar milli f’persuni oħra. No problem, wara kollox Alla jimxi bil-pass tagħna.

No comments:
Post a Comment