
Il-bieraħ kellna l-
prima messa ta' wieħed mill-ordinandi. Kienet sabiħa mmens, u l-omelija kienet bis-sens. Ħadt pjaċir. Il-kor kien tajjeb ħafna wkoll. Meta beda jkanta l-
Kyrie tal-quddiesa
Pane di Vita Nuova ta’ Marco Frisina, reġa’ beda għaddej minn moħħi l-proċess (interessanti) li għaddejna minnu sakemm akkwistajna l-orkestrazzjoni kompluta.
Kollox beda madwar il-bidu ta’ April meta r-reverendu ġie jistaqsini niktiblu nota qasira bit-taljan li fiha

qal lill-manager ta’ Frisina li xtaq jixtri l-quddiesa biex jagħmilha fil-
prima messa. Għamilnieha u n-nota ntbagħtet
email. Ftit ġranet wara r-rev irċieva l-
booklet tal-
vocal score. Kien nofs April. Ġimgħa wara, l-għada tal-festa liturġika ta’ San Ġorġ M. (M.M. skond xi Qriema u xi Għawdxin) u ktibna
email oħra li fiha spjegajna li ridna l-librett ta’ l-orkestra kollha. Għaddew il-ġranet u l-ġimgħat u din l-email baqgħet qatt ma ġiet imwieġba. Bgħattna xi tnejn oħra bħala
reminder imma xejn.
A friend in high places ħabib ta’ Frisina tana l-mob tiegħu, imma l-messaġġi ma bdewx jaslu. Meta wasal nofs

Mejju u xorta konnha bla risposta, ir-rev beda jinkwieta… għalhekk ftiehmna li nċemplu (= inċempel) u nkellmu (= inkellem) lil Mons. Frisina nniffsu. Faċli hux? Qisek qed taqli bajda.
Minn informazzjoni li akkwistajna deher li Frisina jgħallem il-mużika fis-Seminarju tad-djoċesi ta’ Ruma, so ċempilt hemm. “Mons. Frisina lavora al Vicariato non qui!” Ooops! L-ewwel foul. Ċempilt il-Vicariato (kienu s-13:30) u min irrisponda qalli, very nicely, “Non c’è nessuno qui!”, imma almenu tani n-numru dirett ta’ l-uffiċċju ta’ Frisina biex inċemplulu l-għada.
L-għada ċempiltlu bla ma għedt lir-reverendu.
“Pronto, Seminario maggiore di Roma”
“!?”
“Scusi?”
“Posso parlare con Mons Frisina?”
“Non è qui; lo trova al Vicariato”. Anqas tajtu ċans jispiċċa li ma qtajtx. Mid-dehra għafast numru b’ieħor. Kont għadni rieqed. Ċempilt il-Vicariato u rrispondietni, naħseb, is-segretarja u qaltli li Frisina ma kienx hemm dik il-ġimgħa u tatni l-mob ta’ waħda mill-kor tiegħu u dak ta’ Frisina (li ma qabilx ma’ dak li kien tana l-friend in high places…). Ċempilt lill-korista u waqt li kont qed nispjegalha li bgħatna diversi emails imma dawn ma ġewx imwieġba waqgħet il-linja min-naħa tagħha. Grr. Bgħattilha sms fejn spjegajtilha fil-qosor u tajtha l-email tiegħi. Xi sagħtejn wara wieġbet u qaltli li se tirranġa kollox.
Għaddew il-ġranet u xejn. Il-panic kien qed iżid. Għal mument issuġġerejt li wat il-quddiesa jitfa’ CD. No comment. Meta għaddiet dik il-ġimgħa (sadattant bdejna Ġunju bil-finals in full swing) erġajna ċempilna l-Vicariato u fl-aħħar irnexxieli nkellem lil Frisina nniffsu. Meta tajtu d-data ta’ meta bgħattna l-email dwar l-orkestrazzjoni “In quel giorno Giuseppe è andato per tre giorni di ferie!” Tajjeb! Mela meta ġie lura ma tax każ l-ordnijiet li daħlulu waqt il-vaganzi!!! OMG.
Għaddew jumejn u l-mużika waslet! Ovvjament ta’ tfal bravi li aħna erġajna ċempilnielu (= erġajt ċempiltlu) biex nirringrazzjawh. Tanto, fejn konnha ilna nonfqu flus f’telefonati billi nċemplu oħra x’fiha?!