Il-Ġimgħa, 27 ta’ April 2007

Eħħħ… il-morali taż-żwieġ…

Illum bdejt nistudja The Sacrament of Marriage. Interessanti. OMG! 4 snin ilu kont neħu n-noti b’mod atroċi għall-aħħar. Kważi niskanta kif kont nistudja!!! Imma nsomma, ilgħab minn hawn u aqra minn hemm, u ddeċifra min-naħa l-oħra (biex ma nsemmux ‘assumi’ kważi minn kullimkien), b’xi mod l-istampa qed terġa tifforma. Tiftakruhom it-tria munera taż-żwieġ nisrani? Le? Jien iva! Njh njh njh.
Il-problema kienet li minħabba ċertu storbju rurali taħt it-tieqa tal-kamra tiegħi, iddeċidejt li mmur nistudja ġol-librerija. Poġġejt ħdejn il-Leo. L-ewwel xi s-Seggy biex naqralu biċċa ebrajk minħabba l-preżentazzjoni ta’ l-esiġesi (eħħ… imbasta dawk ix-xhur kollha nitbagħal mal-lingwa, biex ġa kważi erġajt qed inbati biex naqra!!). Wara spiċċajna għamilna xi siegħa u nofs inpaċpċu fuq ir-rikorsi u n-nuqqas tagħhom, kif ukoll dwar ċerti misteri (relatati mar-rikorsi, naturalment) marbutin mal-parroċċi tagħna… Studju. Ħa!
Wara nofsinhar irnexxieli nerġa nispiċċa ndaħħal fil-pc il-film Camille. Nispera li did-darba jinħaraq, mhux bħall-aħħar darba. Naħseb li hu l-isbaħ film ta’ Garbo, la divina.
Sadattant ħraqt diversi films minn nhar il-Ħadd ‘l hawn, fosthom: tnejn ta’ The Scarlet Pimpernel, The cat from outer space u Things to come (ġagħlni nitkellem bil-maqlub). Al, daqt ikolli nibgħatlek lista updated!

1 comment:

Ale said...

Iwa ta hi ibghatha dik il-lista!!! Ghadni ma nafx liema naghzel biex nitpaxxa nara ghax ghandek ghazla tal-genn!!!