It-Tnejn, 30 ta’ April 2007

Il-laqgħa ta’ l-Unità 16…

We-ell, apparti l-fatt li bdejna tliet kwarti tard peress li kien hemm nuqqas ta’ ftehim car gravi minn xi partijiet konċernati, il-laqgħa tal-KPPs tal-ħames parroċċi tagħna kienet interessanti aktar milli bsart. Oħti, li kienet x’imkien tilgħaq ix-xemx u wara marret tieħu kafè x’imkien naqra posh mat-tifla ta’ l-imħallef, ma qagħditx lura milli tibgħatli l-updates kull tant ħin biex tgħini nħossni qed nixxala magħha flok nisma’ r-rapporti dwar xogħol li rnexxa u xogħol li falla. Jien ovvjament tajtha xi updates interessanti mil-laqgħa… u kien hemm affarijiet interessanti ferm. Speċjalment xi mistoqsija li kellha tieħu minuta, imma li kienet twila 3 paġni A4 u li aktar kienet tixbaħ lil xi polemika dwar kwistjoni ta’ siegħat meta jiġi armat naqra drapp aħmar! U ajma! Some people really should give up on life!
Wara, il-quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof kienet sabiħa ħafna. U kien hemm koċċ nies sew. Meta l-arċipriet ippreżentalu ritratt meħud u żviluppat dakinhar stess, il-ħarsa ta’ fuq wiċċu kienet ħaġa li rari tarha. Veru kas ta’ io c’ero! Fil-party ta’ wara kelli xalata npaċpaċ ma’ ex-abbatini taż-Żurrieq, li issa… ehm… kibru biex jibqgħu abbatini. Dħakna tnejn!
Irnexxieli nippreżenta lil ommi lill-Arċ – ħa pjaċir (avolja ma nafx biex ma jieħux pjaċir. Nikkoreġi, forsi xi polemika dwar drap aħmar ma tantx togħġbu… njh njh njh). U ħadna ritratt tal-KPP tar-raħal miegħu (“Ritratt ieħor ma’ Jonathan!?” Ibgħatha bil-posta, Pawl!)
Fil-għaxija mbagħad kelli diskursata bl-sms ma’ wieħed sieħbi li kien l-iskola miegħi u li issa qiegħed il-Belġju. In-numru ilni li bgħattu mal-kunjata-to-be mis-Sajf, imma issa ħolom li jikteb! Lanqas qalli min hu fl-ewwel sms – imma ovvjament għaraftu peress li, skond kliemu stess, ma naf lil ħadd lokwaċi daqsu! Jew inkella għax jien veru tajjeb għandi memorja formidabbli.

No comments: