
Illum il-Ġimgħa l-kbira. Kienet ġurnata sabiħa mmens, u l-ispiritwalità ta’ l-okkażjoni kompliet żiedet magħha.
Fil-għodu mort naqra sar-raħal biex nara s-Sepulkru. Veru li knisja żgħira u mhux imżejjna bħall-oħrajn tad-dawra tagħna, imma persważ li għas-Sepulkri ħadd ma jgħaddina. Il-kapsula-globu tal-fidda u l-kolonna ta’ taħtu tassew sbieħ u uniċi. Imma naħseb l-aktar ħaġa li tolqot l-għajn hi dak il-mant tal-bellus u l-brukkat tassew sabiħ u antik. Qabel il-gwerra kien jintarama’ fuq l-artal maġġur b’San Innoċenju taħtu, u l-festa kienet taħbat fil-Ħadd fl-Ottava ta’ Santa Marija. L-anġla ma nafx min ħadimhom, imma jidhru qishom xogħol ta’ Darmanin (għax xagħrhom ikrah). Niftakar żmien meta ma kienx ikun hemm ġilbiena, imma kien ikun hemm ħafna aktar fjuri…
Wara nofsinhar kellna l-funzjoni liturġika fil-kon-katidral. Id-

djaknu kellu jibdel it-tuniċella anitka tal-brukkat ma’ oħra relattivament ġdida, imma qisha xugaman peress li kien liebes isbaħ mill-Arċisqof. Il-funzjoni kienet sabiħa ħafna – waqt il-kant (ok, nixtieq sibt kelma toqgħod aktar, imma ma sibtx) tal-passju tassew qsamna ma’ Kristu t-tbatijiet tiegħu. OMG. Ħaġa ta’ l-iskantament, minkejja li domna xi sagħtejn, il-ħin veru ma rajtux għaddej. (L-Arċ talabni l-ktieb tal-passju biex isegwi u tajtu tiegħi. Wara reġa’ ġie għandi. Issa npoġġih ġo gwarniċ u nixgħellu xemgħa.)
Imbagħad,
per finire la giornata alla grande, mort sa l-għażiża belt ta’ l-Immakulata għall-

purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Ħsibt li x’ħin nasal se jkunu ġa nofs triq, imma anqas biss kien għadu ħareġ Ġuda! Interessanti li Salvu beda jżarma d-damask iswed hekk kif ħarġet l-ewwel vara. Sa ma daħlet il-purċissjoni kien hemm il-knisja bla damask! Il-purċissjoni kienet sabiħa ħafna. Triq San Ġorġ kienet imżejjna b’mod ta’ l-għaġeb. U fi triq San Ġorġ waqt li kont qed nibgħat xi sms cemplitli Lily (dik li tikkunsidra l-blog bħala comic, tse) u qabdu f’ritratt minn gallarija qed inpaċpaċ fuq il-mobile. X’mistħija. U iva! Il-Bormliżi kollox jaħfruli għax veru nies tal-ġenn. Se nimmisjha ħafna din il-Belt.
U biex inpoġġu ċ-ċirasa fuq il-kejk (minkejja li llum ma jiswiex), mort niekol ma’ ħuti ġo ristorant veru high class u lussuż – il-Cottoner! Infaqna Lm7 bejn 3 – x’lussu hux?!
Insomma,
I had a very good Friday, I hope you did too. God bless you all!!
2 comments:
u ija john dik tal-comic per dire taaa fis-sens li l-ewwel darba li dhalt fil-blog tieghek kien xi gimgha ilu u hekk kien veru nteressanti naqra xi 20 entry wara xulxin! tant li kont qed nipprepara l-vizti ghaz-zghazagh u kelli nkompli l-ghada tant domt naqra l-blog tieghek!!! mar.
U ejja Lily! Nispera li ma hadtx ghalik!!
Post a Comment