It-Tlieta, 10 ta’ April 2007

L-Irxoxt

Għal dis-sena, flok ma ħrabt lejn id-dar eżatt wara s-servizz fil-kon-katidral, iddeċidejt li nipprova xi ħaġa ġdida u mort sa Bormla (surprise!) biex nara l-famuż Irxoxt li tant jiftaħru bih. Xtaqt nasal hemm qabel ma l-vara tasal ix-Xagħra ta’ Bormla, imma l-funzjoni damet u biex sibt nipparkja kważi bkejt! Kien hemm kullimkien ippakkjat bil-karozzi minn qabel Bieb is-Sultan! Insomma b’xorti tajba kien hemm wieħed sejjer ħdejn il-bieb ta’ wara tal-Kulleġġ fejn kont nistudja meta kont iżgħar. Imxejt mixja u wasalt hemm biex sibt lil Lily li qaltli li kien għadu kemm għadda. Grr.
Insomma, nżilt sas-suq u sibt il-vara quddiem il-każin tal-Banda u minn hemm bqajt miexi magħha. Kien hemm ukoll 3 Palermo ppl: Pollon, Rod u Tut. Ħadna pjaċir naraw il-vara tiġri kultant. Naħseb li l-aktar li mpressjonatni kienet il-ġirja tul it-triq tax-xatt, avolja sħabi ma qagħdux lura milli jfakkruni lil-ġirja tax-Xagħra kienet l-aqwa. Id-dħul fil-knisja kien sabiħ ukoll, avolja mhux sabiħ daqs tal-Kunċizzjoni.Fil-għaxija, biex nibdel, mort nara film ma ħuti – Hot Fuzz. Veru tajjeb u with a twist at the end. Arawh! Jekk għandkom moħħ biex tifmuh.

No comments: