Is-Sibt, 14 ta’ April 2007

Dawra fil-Belt

Nhar il-Ħamis (sowwy qiegħed naqra lura imma peress li qiegħed naħdem mil-pc ta’ oħti ma nistax naqbad u npoġġi u nikteb l-affarijiet x’ħin irrid, kapixx?) kelli koċċ qadi l-Belt. L-ewwel, bħala GMV, kellna laqgħa l-Uffiċċju Missjunarju mad-direttur li qagħad jidħol mid-day off apposta għalina (jaħasra! Kieku qalli li nhar ta’ Ħamis hija d-day off tiegħu konnha nieħduha off aħna wkoll. Bugrit!). Insomma rajna kif aħna bħala żgħażagħ nistgħu nagħtu daqqa t’id u nifs ġdid lil xi xogħol li jagħmlu huma… issa naraw x’niftehmu – kollox għadu top secret, ja? Bil-ħaqq! Hemm xi ħadd jista’ jikteb fuq xi esperjenza missjunarja MALAJR? Is there anyone who can write about a missionary experience AS SOON AS POSSIBLE? C’è qualcuno che può SUBITO scrivere di qualche esperienza missionaria che ha avuto? Y-a-t-il quelqu’un qui peut écrire TOUT DE SUIT un précis d’une éxpérience misionnaire qu’il/elle ha eu quelquefois dans sa proper vie? mailto: porfirju@yahoo.co.uk.
Ktibtha b’4 lingwi ħalli jekk dal-blog jinfetaħ x’imkien in-naħa l-oħra tad-dinja min ikun forsi jifhem xi waħda minnhom. (Jessie nispera li tapprezza!)

Wara mort sa l-aula magna nħallas il-bqija tal-flus għall-Aquinas evening. Biex iwaħħlu ħġieġa fuq il-bieb li jagħti għall-kuridur tas-sala bnew scaffolding eżatt quddiem l-entrata! Biex tidħol qisek trid tgħaddi minn xi prova tas-suldati! Tse! Qed nimmaġina lil xi officer (f) b’xi suit taqbeż il-ħadid biex tidħol fl-uffiċċju. Njh njh njh.

Wara dan mort smajt quddiesa Santa Barbara. Il-kappella sabiħa. Ħasra li donnhom għattew il-prospettiva tal-kwadru b’ġebel faux. Ma setgħu barxu l-oriġinal u kixfuh? Jew inkella forsi setgħu jgħattu l-knisja kollha fil-faux, għax nofsha mbajjda u nofsha mikxufha tidher minus! It-titular iħalli mpressjoni. Min għamlu jidher li kien xi artist kapaċi ħafna (forsi xi Preti!) imma żgur ma għandux idea ta’ r-rwol ta’ interċessjoni ta’ qaddisin! Meta tfaqqa’ xi sajjetta aħna l-Maltin ngħidu “Santa Barbara la deni u anqas ħsara!” Issa l-għaref li pinġa dil-pittura għamel lill-qaddisa fin-nofs u ħdejha hemm anġlu b’sajjeta f’idu (qisa virga tal-pastik, imma nsomma) u din qiegħda tolqot/toqtol raġel in-naħa t’isfel tal-kwadru! OMG! Dan lil Barby ħasibha xi ninfa ta’ Zeus jew?

No comments: