
Illum Dun Albert Schembri ħa l-pussess tal-parroċċa ta’ San Bartilmew/Natanael ta’ Ħal Għargħur. Il-funzjoni sħiħa kienet formidabbli. Qaddes l-Arċisqof, kien hemm ħafna qassisin u ĦAFNA nies, fosthom anke diversi membri parlamentari u l-ex President ta’ Malta, li kien qgħadlu parrinu fil-
prima messa, sitt snin ilu.
Peress li Albert jiġi s-sekond kuġin kien kelli x-xorti (? !?) nkun iċ-ċerimonier waqt il-quddiesa. OMG!
Do I HATE being ċerimonier!!! X’tagħmel? La tal-familja jkollok issodd ħalqek u tmexxi. L-aktar ħaġa terribbli li kelli niffaċċja kienu gozz abbatini (grazzja kbira li parroċċa daqshekk żgħira għandha daqshekk abbatini,
but…). U l-aktar ħaġa tqila kienet li nipprova nispjegalhom li f’quddiesa ta’ pussess m’hemmx xogħol għal 25 abbati, u li m’hemm xejn ħażin li jkunu fil-

kor bla ma għandhom xejn x’jaqgħmlu, u li s-siġġu li kien hemm taħt San Bert (li riedu jpoġġu fuqu kollha. F’daqqa) ma kienx se jaħrab u li setgħu jpoġġu fuqu darb’oħra, u li ladarba l-purtieri tal-presbiterju kienu miftuħin kulħadd seta’ jarhom jigru u jiġġieldu, u li normalment meta xi ħadd jgħajjat ġol-kor jinstema’ minn ġol-knisja kollha, u li mhux sew tpaċpaċ waqt li tkun għadek (letteralment) tmeċlaq fuq l-Ewkaristija, u li la hemm 4 torċi ma nistax inġibhom 6, u li l-bastun ta’ l-Arċisqof huwa mbierek (minkejja li ikrah), u li l-fatt li wieħed hu ħabibek ma jfissirx li tista’ toqgħod miegħu f’purċissjoni ladarba inti pied u nofs iqsar minnu, u li jekk in-nies fil-knisja jcapċpu ma jtukx id-dritt tgħajjat u ssaffar ġol-kor u li l-fatt li ilek 5 ijiem abbati (il-vestizzjoni ta’ 22 minnhom kienet nhar it-Tlieta li għaddiet) ma jfissirx li taf u tista’ tagħmel kollox. OMG.
Nightmare 8: assault of the fresh altar boys.
No comments:
Post a Comment