
Dal-għodu kellna l-quddiesa tat-tberik taż-żjut, għall-ewwel darba ppreseduta mill-E.T. Mons Arċisqof, k/a Pawlu. Kienet quddiesa sabiħa ħafna. Jien dis-sena messnu ntella’ ż-żejt tas-sagrament tal-morda, il-vjola (is-sena l-oħra nsejt x’tellagħjt). Wara diversi snin u esperimenti li ma rnexxewx (għax iż-żejt tal-morda qatt ma serva), dis-sena ċ-ċerimonier ġiet l-idea li flok tliet kontenituri nagħmlu erbgħa. I mean, WoW! X’idea tajba! Guess what? Is-sorijiet irnexxielhom jagħmlu mod li b’xi mod XORTA ma serviex. Minkejja li kien hemm xi 3 litri aktar! (X’għamlu? Xorbuh?) U minkejja li kien hemm Eucha għassa biex jara li jimlew kemm suppost u ma jiġġieldux. Minkejja li dis-sena għamlu l-bottijiet ġodda biex ħadd ma jieħu żżejjed (iċ-ċerimonier tgħidx kemm dam jgħid kemm huma sbieħ u bil-labels ġodda. I mean, ok, sbieħ, imma fl-aħħar mill-aħħar x’sew la baqgħu vojta?)…. Tiskanta l-kapaċitajiet uniċi tas-sorijiet Maltin. Anzi, did-darba rnexxielhom ukoll ma jħallux iż-żejt tal-katekumeni jservi anqas! Ma nistgħux niċħdu t-teorija li għandhom ċerti nies li jeżistu 3 tipi ta’ bnedmin: irġiel, nisa u sorijiet.Il-funzjoni spiċċat in allegria meta ġiet waħda mill-eks sħabi ta’ l-università, k/a Lily jew Lela, li qaltli li tant tidħak meta taqrah li għaliha l-blog tiegħi saru qisu l-comic ta’ kull fil-għaxija. Hello!!???
No comments:
Post a Comment