Is-Sibt, 28 ta’ April 2007

F’Ħ’Attard għall-ewwel darba

Illum kienet ġurnata storika. Għal diversi raġunijiet. L-ewwel waħda, li it came quite as a shock, kienet li għall-ewwel darba f’sitt snin seminarju fil-kuritur tiegħi wieħed seminarista (mhux tal-kors tiegħi, dawk għandhom moħħ aktar minn hekk) ħalla l-iżveljarin issettajat u telaq ‘il barra. U dan l-arloġg beda jdoqq u baqa’ jdoqq. Żarżarli widnejja u kont se nifqa’ l-bieb… Imma minħabba li mhix deċenza tidħol f’kamret ħaddieħor bla permess ikkontrollajt l-istint. B’mod aktar ċivili u kontemporanju, infurmajt lil sidu permezz ta’ sms. Xejn. Ċempiltlu. Mobile mitfi. Prosit!
Irnexxieli nagħmel diversi siegħat nistudja – kważi lestejt il-morali taż-żwieġ. Viva Doms u Hilderbrand!
Fil-għaxija għamilt l-ingress fi-knisja parrokkjali ta’ Ħ’Attard. Naħseb li darbtejn biss kont dħalt fiha dik il-knisja – ħafna snin ilu meta konnha morna nduru s-seba’ Santa Marijiet u fl-2003 biex nieħu ritratt tal-vara tal-Madonna tar-Rużarju. Ikolli nammetti li sabiħa ĦAFNA. Imma żgħira. Liż-Żronnie għedtlu li jekk jazzarda jerġa’ jgħid li ta’ l-Imqabba iżgħar, intih waħda ġo ħalqu!
Għamilt il-priedka djalogata mal-kappillan. Ħadt pjaċir. Veru li kisirni kisra tal-mad… għax meta ppreżentani lin-nies qalli “Għidilna xi ħaġa fuqek. Nafu li int twil u li ntelliġenti ħafna!” OMG! Ir-reputazzjoni timxi qabli. U biex intih risposta tajtu rispota twila ħafna għal kull mistoqsija li għamilli, minkejja li l-mistoqsijiet tahomli qabel il-quddies eżatt. Njh njh njh. Issa la nibda nippriedka naraw x’għerf joħroġ! Naturalment meta kont qed nippreżenta lili nnifsi ma stajtx ninsa ngħid li noqgħod l-Imqabba, parroċċa pjuttost ‘il bogħod u differenti minn Ħ’Attard, imma li hija ddedikata lill-Madonna wkoll, u lil Santa Marija. In-nies daħkuha! Naħseb li nieħu gost hemm.

No comments: