Il-Ħamis, 6 ta’ Settembru 2007

-301: San Manju ta' Fussen


L-Erbgħa, 5 ta’ Settembru 2007

It-Tlieta, 4 ta’ Settembru 2007

-303 Santa Rosalia

Eħħ Rosy Rosy!! Kif nista’ naħseb f’Santa Rosalia (li tinqara’ Rosalìa mhux kif jgħidu xi wħud Rosàlia) u ma naħsibx f’Palermo! Fl-2002, 2004 u 2005 kont inkun f’Palermo fil-famuż festino ta’ Santa Rosalia patrona di Palermo, li jsir fil-15 ta’ Lulju, imma l-buzz ikun fil-lejl ta’ l-14. L-ewwel darba li kont hemm niftakhar li kien ħmar il-lejl kolossali fejn inqbadna f’rassa tal-biża’ (agħar minn tal-meetings jew tal-marċ ta’ fil-għodu tal-Ħamrun) u waħda minna fettlilha jħossha ħażin hemm. Imbagħad biex tgħaxxaq, wara li b’xi mod irnexxielna naħarbu u mmorru lura d-dar u norqdu, fl-3:45 bdew jaħarqu l-murtali li riegħedu d-dar tas-sorijiet. Anyway. Dik kienet l-ewwel esperjenza. It could only get better.
It-tieni darba iddeċidejt li jagħmlu x’jagħmlu sħabi jien se mmur nintefa’ ġo bar f’Via Roma u noqgħod hemm nixrob bil-kwiet. IMMA nzerta li l-kumpanija kienet ferm aqwa u ħadd as such ma kien interessat li jmur jara l-karru (għax flok statwa jkollhom karru enormi b’Rosy fuqu). U waqt li ma’ l-ispeakers mal-belt kollha xi kor kien qed ikanta “Rosa purissima guidaci” aħna konnha qed inkantaw (u nwettqu!) “Show me the way to the next whiskey bar”. Niftakar li l-għada sibt tazza ġol-basket li kont qed inġorr u li mort lura ndur il-ħwienet biex nara ta’ min kienet...
2005! Il-kumpanija kienet presso poco l-istess u kelli f’moħħi re-enactment tax-xalata ta’ l-2004. Però did-darba kellna magħna Palermitan li ddeċieda benevolment li jdawwarna dawra mal-belt proprju fil-lejl tal-festa. U waqt li fiċ-ċentru kien hemm il-festeġġjamenti, aħna konnha qed induru l-isqaqien u l-waħx naraw il-palazzi mwaqqgħin u fid-dlam. Niftakar li morna nixorbu f’bar jismu Le Cupolette sakemm Mary u Pollon iddeċidew li enough is enough u dorna lura, only biex inqbadna fir-rassa u kważi għaffiġna l-karru (li did-darba kien akbar mis-soltu). Orrajt, xi affarijiet darba biss jiġu tajbin.

Bil-ħaqq Rosalia kienet eremita tgħix fuq Monte Pellegrino. Kienet nobbli u dixxendenti ta’ Charlemagne. Mietet fil-grotta tagħha u sabuha xi 500 sena wara. (Tgħid mietet bil-ġuħ?) Meta kien hemm il-pesta f’Palermo fl-1625 hi dehret lil wieħed u dan mar sab l-għadam tagħha (kif għarafhom?!) u dawwruhom mal-belt fl-14 ta’ Lulju u l-belt inħelset. U b’hekk inħatret il-patruna tal-belt.
Morale della storia: erm... boq. Tmurx tgħix waħdek ġo grotta għax jindunaw li mitt 500 sena wara! Apparti ċ-ċajt, is-sejħa għall-qdusija u għall-initimità ma’ Alla hija miftuħa għal kulħadd, anke għad-dixxendenti ta’ Charlemagne!
U jekk tkun Palermo fil-festa... gawdiha!

It-Tnejn, 3 ta’ Settembru 2007

-304 San Girgor il-Kbir, PM

Girgor kien iben xi kmandant Ruman u qaddisa Rumana. Kellu żewġ zijiet qaddisin ukoll. Bużnannuh kien papa! U qaddis għal ġieħna! Ġie edukat mill-aqwa għalliema li kien hemm f’Ruma fis-seklu sitta. Biegħ kullma kellu, bidel id-dar f’monasteru benedittin, u uża l-flus biex bena sitt monasteri fi Sqallija u wieħed f’Ruma. Ra xi tfal ingliżi qed jinbiegħu bħala lsiera f’Ruma (il-leġġenda tgħid li ħasibhom anġli!) u sar missjunarju għall-Ingilterra. Mhux mar hu, imma bgħat in-nies. Sar Papa fit-3 ta’ Settembru 590, l-ewwel reliġjuż li rċieva dan l-unur. Matul il-pontifikat tiegħu ġabar diversi innijiet u xerridhom mal-Knisja kollha, b’hekk baqgħu magħrufin bħala Kant Gregorjan. F’kitbietu jidher bniedem umli ħafna. Fl-Uffiċċju tal-lum jikteb dwar il-ħtieġa li jara li (avolja kontra qalbu) joħroġ mill-isfera tal-kontemplazzjoni biex jifhem il-bżonnijiet tan-nies! Miet fis-sena 604.

Lezzjoni: Li tkun Papa ma jfaqqfekx milli tkun missier għal dawk li għadhom ma semgħux bi Kristu. Lanqas ma jwaqqfek milli tagħraf id-dgħufijiet tiegħek u tistqarrhom.

Il-Ġimgħa, 31 ta’ Awwissu 2007

Madwar Ħ’Attard…

Għall-aħħar ftit ġranet tas-sajf (flok nibqa’ d-dar nitgħażżen) iddeċidejt li nibqa’ mmur sal-parrroċċa ngħtu daqqa t’id fejn ikun hemm bżonn… u l-kapo ġietu l-idea li jagħmel mappa tar-raħal kollu, triq triq b’kull dar. U ġejna delegati li nagħmluha jien, abbati u oħtu.
Kellna laqgħa ta’ orjentament magħmul mill-Ms fit-8:30 (erm.. il-bieraħ kien hemm il-programm tal-banda fiż-Żurrieq u veru m’għandix idea kif irnexxieli nqum). Wara morna għall-quddiesa (kemm aħna tfal BRAVI) u mbagħad beda x-xogħol. Għamilna Triq il-Kbira (li m’hix daqshekk kbira), Triq San Anton (omg) , Triq Lord Strickland, Triq Birkirkara, nofs Triq Oscar Testa u Triq il-Mitħna (OMG). Din ta’ l-aħħar għandha forma ta’ T bil-maqlub (ie sieq qasira u linja TWILA). Ma nafx minn mindu ‘l hawn toroq hekk ikollhom l-istess isem! Bqajt impressjonat ukoll bin-numru ta’ djar bla numru u bla isem… jew il-pustiera jħobbu jagħmlu s-somom, jew inkella tattika tajba biex la tħallas kontijiet u anqas tirċievi aħbarijiet ħżiena. Doqna wkoll x’jiġifieri meta jkollok it-taħwid fil-konfini.. ħin minnhom spiċċajna Ħal Balzan bla ma ndunajna! Għamilna madwar sagħtejn. Ħadt pjaċir avolja x-xemx kienet miċidjali.

-307: San Aidan

Qaddis Irlandiż tas-Seklu VII. Wara li għamel xi snin Isqof ta’ Clogher, irriżenja biex sar monaku f’Iona Kien ħabib tar-re Oswald li talbu jagħmel xoghol missjurnarju f’Northumbria, fl-Ingilterra. Episodju magħruf huwa meta xi pagani attakkaw il-belt ta’ Oswald u dawwruha bil-ħatab biex jaħarquha… Aidan talab lil Alla, ir-riħ dar u l-fjamm ħarqu lill-għedewwa minflok! (Forsi nistgħu nitolbuh meta jkun riħ isfel ħalli jdur ir-riħ u jispiċċa t-tidlik?)
Aidan baqa’ magħruf ħafna għall-għarfien li kellu tal-Bibbja, il-kapaċità li kellu fl-omeliji, il-qdusija tiegħu, il-ħajja sempliċi li kien jgħix, il-karità li kien jagħmel u l-għerf li kellu. F’Lindensfarne waqqaf monasteru li ma sarx biss ċenru spiritwali, imma wkoll depożitu tal-letteratura Ngliża fis-snin mudlama. Bis-saħħa tiegħu baqgħu jeżistu l-aktar opri letterarji antiki ta’ din il-lingwa. Miet fis-sena 651.

Lezzjoni: Anke meta kollox jidher mitluf, itlob lil Alla, li kapaċi juri qawwietu anke f’xi ħaġa normalissima, bħal ngħidu aħna t-tibdil tar-riħ f’waqtu!

L-Erbgħa, 29 ta’ Awwissu 2007

-309: il-martirju ta’ San Ġwann Battista

Naħseb li Ġwanni l-Battista, il-prekursur, huwa l-uniku qaddis li l-Knisja tiċċelebra t-twelid u l-mewt tiegħu. Dal-għodu kont qiegħed għall-quddiesa Ħ’Attard u Dun Ġorġ qal kelmtejn li veru laqtuni: Erodi huwa magħruf bħala sultan ħażin u kattiv u korrott u midneb u żieni eċċ, madankollu anke lilu Alla pprovdielu ċans biex jikkonvertu u jindem minn ħtijietu. Dan għamlu permezz ta’ Ġwanni.
Erodi però ħalla żifna tagħmih, u l-bqija it’s history.
Lezzjoni: Minkejja l-iżbalji (anke serji) li nieħdu, Alla xorta jibqa’ jibgħatilna l-messaġġiera tiegħu biex juruna t-triq. J’Alla ma noqtlux il-leħen ta’ Alla li hemm fina u li jista’ jkellimna permezz ta’ dawn il-messaġġiera!

Memorji mill-irtir

Qatt ħsibt li tista’ tagħmel ġimgħa taħseb fuq l-istess episodju tal-vanġelu? Jien qatt m’għaddhieli minn rasi. Imma l-Isqof Grech uriena kif. Għamilna ġimgħa letteralment nitpaxxew bil-ġmiel tat-Tabor. Kull jum aspett differenti. U veru kellna fuqhiex naħsbu. Veru kien irtir sabiħ. Kien fih naqra minn kollox: ħin ta’ laqgħat, ħin ta’ talb, ħin ta’ komunjoni, ħafna ikel… u sibna wkoll iċ-ċans nagħmlu 3 quddisiet ma’ l-Isqof (ċioè, hu sab iċ-ċans). L-isbaħ waħda kienet bla dubju dik li kellna fil-bażilka ta’ l-Assunta f’Ta’ Pinu. U kelli wkoll il-privileġġ nagħti lift lill-isqf bil-paqqa! Oħo!

U kif jgħidu t-Taljani: per finire in bellezza tajnieh ċurkett bħala ringrazzjament tal-ħin u l-ħsibijiet li qasam magħna. Donnu għoġbu… Xi ħadd issuġġerixxa li jtina dak li kellu f’idu. OMG! Hawn min ħaqqu xebgħa fil-għodu, f’nofsinhar u fil-għaxija.

Il-Ħadd, 26 ta’ Awwissu 2007

Erġajt lura…

Għal dawk il-fans kollha li ilhom xi tliet ġimgħat iħabbtu rashom ma’ xi ħajt għax il-blog ma kienx qed jiġi aġġornat… ERĠAJT LURA, ok?
Ir-raġuni għalfejn kont daqhsekk nieqes għax bejn il-kwindiċina ta’ Santa Marija (li Ħ’Attard hija impenjattiva ĦAFNA) u bejn għax kont ġimgħa rtir Għawdex… insomma l-blog kien l-aħħar ħaġa li kelli f’rasi.
Issa se nkompli mil-lum – qtajt qalbi li nkompli minn fejn ħallejt. Għal dawk fostna li kienu qed isegwu l-istejjer tal-qaddisin, jekk tridu ntikom il-website fejn hemm l-aġjografiji tal-qaddisin kollha u fittxu n-neqsin, tajjeb?

L-Erbgħa, 15 ta’ Awwissu 2007

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Awwissu 2007

Tmiem is-summer club

Wasal fi tmiemu s-Summer Club. Veru kien esperjenza tal-ġenn!
Ix-xogħol beda xi xhur ilu meta l-core group tal-voluntier bdew jiltaqgħu biex iħejju programm varjat u nteressanti għal dawn il-ġimgħat li għadhom kemm għaddew. Meta l-programm tlesta ħarġu l-applikazzjonijiet sakemm saret laqgħa għall-ġenituri fejningħataw aktar dettalji dwar x’ser ikunu qed jagħmlu t-tfal matul dal-ġranet.

L-avventura tagħna lkoll flimkien bdiet nhar l-10 ta’ Lulju għall-kbar u nhar il-11 ta’ Lulju għaż-żgħar. L-ewwel ġurnata kienet varjata u mimlija daqs bajda (insomma, ngħiduha, jekk ma tkunx mimlija kif se żżomm 60 tifel u tifla taħt il-kontroll!?). Għall-ewwel ġurnata ħsibna naqra f’kollox: bdejna b’quddiesa, il-laqgħa ma’ Ġesù, il-ħabib tagħna; komplejna bi tliet sessions: waħda tad-drama fejn stajna naraw l-artist moħbi f’kull tifel, tifla u volutier!, imbagħad session dwar il-first aid – tafu intom, jekk xi voluntier iħossu ħażin, tajjeb li jkun hemm xi tifel li jipprova jgħinu!, u mbagħad fl-aħħar tgħallimna nsajjru pizza – b’żaqq vojta l-moħħ ma jaħdimx, mhux hekk?
Bdiet is-sħana u ma għalhekk ma naqsux ġranet rinfeskanti fejn bi ftit ħsieb u ħafna ilma iġġielinda kontra x-xemx: water games, nofs ta’ nhari ngħumu fil-vaska tas-St Dorothy’s u ġurnata nixxaħħxu ġol-lukanda Paradise bay! Ilma, ġiri, ċajt, logħob, għażż… insomma f’kull waħda minn dawn ħadna ħawda xemx u ħawda gost!
Ma naqsux ħarġiet kulturali u nformattivi, bħal ngħidu aħna meta żorna l-uffiċċju tal-posta fil-Marsa u meta morna ngħixu ftit mumenti mill-biża tal-gwerra gox-shelter fil-Birgu. Kellna wkoll ħarġa soċjali ta’ divertiment fejn morna sa tal-Lira Cinemas naraw il-film tassew divertenti Over the Hedge. Veru b’tal-Lira jaqbillek, għax b’lira morna sal-Fgura (that other side of Malta), rajna film, kilna borża popcorn u xrobna xi ħaġa wkoll. Eh bilħaqq, u ġejna lura!
Ma naqasx ukoll l-irtir, li issa qiegħed jidħol sewwa fil-programm ta’ kull summer club organizzat mill-parroċċa tagħna. Nieħdu tant gost bejnietna nilgħabu, niġru u nitgħallmu, għala ma nieħdux ftit gost nitolbu flimkien ukoll? Fl-iritr, maħsub b’mod tassew kreattiv minn Fr Josef Mifsud, li kien wieħed mill-voluntiera tas-summer sentejn ilu: tlabna, tgħallimna, irreċtajna… u kbirna!Kollox ma kollox kien xahar tal-ħolm: logħob, ċajt, tagħlim, informazzjoni, talb… xejn ma kien nieqes.

San Lawrenz

Il-Ħamis, 9 ta’ Awwissu 2007

L-Erbgħa, 8 ta’ Awwissu 2007

San Duminku


It-Tlieta, 7 ta’ Awwissu 2007

L-irtir mat-tfal I

-331: Il-qaddis tal-jum - Il-Beatu Edmund Bojanowski


Dan kien sinjurun Pollakk, kolt u studjuż tal-letteratura. Twieled fl-1814. Meta kellu ftit aktar minn 20 sena marad bit-tuberkulożi, u forsi din l-esperjenza wasslitu biex jiddedika ħajtu għall-ħidma b’riżq it-tfal abbandunati, il-morda u l-fqar. Nefaq ġidu kollu biex jgħallem lill-fqar u biex jibni l-libreriji ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom dawk li ma kellkomx flux biex jixtru l-kotba. Hu beda d-daycare centres f’pajjiżu. Waqqaf ukoll il-kongregazzjoni tal-qaddejja tal-verġni Immakulata Marija. Fl-1869 daħal is-seminarju imma miet sentjen wara bla ma laħaq jiġi ordnat. Ġie ddikjarat Beatu mil-konpajżan tiegħu, il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1999.

Lezzjoni: anke l-għonja jistgħu jidħlu fis-saltna ta’ Alla, basta ma jagħmlux il-ġid l-alla tagħhom.

It-Tnejn, 6 ta’ Awwissu 2007

-332: it-Trasfigurazzjoni tal-Mulej, ka is-Salvatur

l-E.T. Mons. Arcisqof Emeritus Mercieca f'H'Attard... u c-cerimonier ad hoc...

-333: the saint of the day - San Oswald

Ok, b’San Oswald nidħlu fir-realm tal-fantażija kavallereska! Topik interessanti ferm għalija minħabba li t-teżi kont għamiltha fuq dan!!

Mela: Oswald kien prinċep pagan, bin ir-re ta’ Northumbria. Missieru nqatel u ommu ħarbet bit-tfal lejn l-Iskozja. Hemm hu sar nisrani u tgħallem l-arti tal-gwerra. Jiddeskrivuh li kellu idejh twal, għajnejh żoroq, xagħru isfar, wiċċu tawwali, leħja rqiqa u xufftejh żgħar dejjem jitbissmu. Meta kiber ifforma armata, reġa’ mar pajjiżu u rebaħ it-tron tiegħu. Ħa miegħu lil San Aidan biex jevanġelizza r-renju. Iżżewweġ prinċipessa pagana u kkonvinċa lil missierha jilqa’ l-missjunarji nsara. Bena ħafna monasteri u knejjes f’Northumbria u għen ħafna lill-fqar. Kellu seqer bħala pet. L-arma ta’ din l-art għadha sal-lum iġġib l-istemma tiegħu. Miet fil-5 ta’ Awissu 642 waqt gwerra kontra l-pagani. Kellu madwar 47 sena u baqa’ magħruf għall-ġenerożità u l-ispiritwalità li kellu.

Dwaru jgħidu li:
Waqt festa ta’ l-Għid kellu jippranza ma’ San Aidan, ġew xi fqar jittalbu, tahom l-ikel kollu, tahom il-ġid li kellu fuqu dak il-ħin u kisser is-silverware biex iqassamhielhom ukoll!
Aidan tant kien impressjonat bil-ġenerożità ta’ habibu li darba ħataflu idu u qal, “J’Alla din l-id qatt ma tgħib!”. Għal diversi snin lil Oswald kienu jaħsbuh invinċibbli (sakemm qatluh, ovvjament). Idu għadha teżisti fil-knisja ta’ Bamburgh.
Il-post fejn miet jingħad li kien ifejjaq lil min imissu. Għalhekk in-nies bdew jieħdu l-ħamrija u jżiduha ma’ l-ila li kienu jisqu lill-morda!

Lezzjoni: Qatt m’hu ħażin li tieħu dak li hu tiegħek, basta wara tkompli tieħu ħsiebu b’mod xieraq.

Is-Sibt, 4 ta’ Awwissu 2007

-334: le saint du jour - San Gwann Maria Vianney, kapo

Haġa ġdida li għadni kemm sirt naf dwar Jean hi li meta kien għadu żagħżugħ kien jaħdem f’razzett u mbagħad kien imur il-knisja jgħallem il-katekiżmu lit-tfal. Ġie ordnat ta’ 29 sena (bħali) għax kien batut fl-iskola (mhux bħali :P). Minħabba li ma tantx tgħallem skola, ma tantx kien għaref, u kellu Latin terribbli. Insomma where there is a will there is a way. Hemm min jgħid li ġie orndat għax l-eżaminatur qabżitlu jagħmel l-eżamijiet u m’għamillux l-eżami. 3 snin wara li ordna bagħtuh kappina ta’ Ars, parroċċa b’telqa madornali, u fejn in-nies kienu laxki ħafna. Minkejja l-injuranza akkademika li kellu, kellu għerf kbir spiritwali. Beda jdur lill-parruċċani (l-ewwel family visits?) u jagħmel is-sagriċċji għalihom. Ta’ dan Alla żejjnu b’doni straordinari: dixxerniment ta’ l-ispirti, profezija u qawwa tal-mirakli. Kien spiss jiġi attakkat fiżikament mix-xjaten, speċjalment meta kien jipprova jorqod sagħtejn jew tlieta bil-lejl. Eluf kienu jmorru jisimgħuh jippriedka jew iqerru għandu għax kellu fama ta’ mġieba tajba ħafna mal-penitenti. Sa l-1855 kienu jmorru madwar 20000 pellegrin lejn dak ir-raħal żgħir biex jiltaqgħu miegħu. Miet fl-1859, ġie kanonizzat fl-1925 u ġie maħtur patrun tal-kappillani

Lezzjoni: l-għerf tad-dinja mhux kollox. Is-sagrifiċċji personali veru jistgħu jibdlu d-dinja.

-335: il-qaddisa tal-jum - Santa Lydia Purpuraria, B. Com

Lydia hija qaddisa magħrfha FERM fost is-seminaristi tal-ġenerazzjoni tiegħi… Isimha kien it-tema ta’ urban legend popolari ħafna fl-ewwel sentejn tiegħi. Proprjament kienet ċajta li bellgħuha lili u li nsew jgħiduli li kienet ċajta… għal aktar minn sena. Insomma, min kienet Lydia?
Lydia kienet mara lajka minn Thyatira (ma nafx fejn taħbat, x’imkien fil-Lvant nofsani għandi nifhem), u din kienet business woman (għalhekk il-B.Com). Kienet tbiegħ l-aktar drapp għoli li kien jeżisti fid-dinja: id-drapp vjola (għalhekk Purpuraria). Forsi kellha xi antenati Feniċi? Li hi rinomat għalih l-aktar hu għax kienet l-ewwel mara mgħammda minn San Pawl. Forsi tatu xi mant tal-vjola? Boq.

Lezzjoni: huwa possibbli tkun nisrani u tagħti xhieda fil-ħajja komuni ta’ kuljum. Hi saret nisranija, laqgħet lil Pawlu u lil sħabu f’darha u kompliet tgħix ħajjitha, imma b’viżjoni ġdida.

Il-Ħamis, 2 ta’ Awwissu 2007

-336: il santo del giorno - San Stiefnu I, Papa

Fuq dal-papa ftit li xejn nafu. Nafu li kien l-ewwel wieħed li qal fil-pubbliku l-patrijarkat ta’ Ruma għandu preċedenza fuq il-patrijarkati l-oħra kollha, u ta spjegazzjoni ġdida b’aktar qawwa għall-kelmiet: “Inti Pietru u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi”. Hu ħadha kontra l-prattika eretika tal-Kartaġiniżi li jerġgħu jgħammdu lil dawk li kienu ċaħdu r-reliġjon. Barra minn hekk aċċetta l-magħmudija magħmula minn eretiċi meta l-persuna mgħammda kienet qed timxi skond il-fidi. U ordna li għandu jkun hemm ilbies partikulari għal-liturġija u pprojbixxa li s-saċerdoti jiċċelebraw il-quddiesa bi lbies tat-triq!

Lezzjoni: Anke meta nitilfu l-popolarità, dak li hu sewwa għandna ngħiduh fil-beraħ!

L-Erbgħa, 1 ta’ Awwissu 2007

il-programm l-RTK

Il-bieraħ kelli recording tal-programm il-Kelma tal-Mulej ma’ Liz fuq l-RTK. Mort inħossni qisni stilla tant kemm kont għajjien (kont ġej minn ġurnata mat-tfal ta’ Ħ’Attard fil-pool. Kont maħruq bix-xemx, bi ngħas u sturdut). Kif wasalt il-merħba kienet: “Iiil x’kulur! Ara ma tgħidx li mhux qed tgawdi s-sajf!” OMG. Almenu ġibt abbronzatura tajba. Njh.
Fl-istudjo ta’ maġenbi kien hemm Mons Arċisqof jagħmel programm (milli stajt nifhem kien live u fuq il-festi). Wara ġie jittawwalli u kellimni ftit. Għadu liebes iċ-ċurkett li konnha tajnieh jien, Dun Mario u Blake. Kemm aħna POPOLARI! Qalli nsellilu għall-Imqabbin, fakkartu li qiegħed Ħ ‘Attard u li lejn l-Imqabba bil-kemm qed narsaq (ħlief biex norqod u kultant nupdateja l-blog) u ftehemna li daqt niltaqgħu, meta jiġi fit-Tridu ta’ l-Assunta hemm.Għall-programm konnha b’wieħed nieqes, imma morna tajjeb xorta. Ma naħsibx li għedt ħmerijiet.

-337: il santo del giorno - San Alfons Maria de Liguori

Alfons twieled f’familja nobbli u kien ġejnu għal żmienu. Ta’ 16-il sena kien diġà kisem il-lawrija ta’ avukat mill-univeristà ta’ Napli (interessanti…). Kien iħobb il-mużika u t-teatru. Aktar kemm kibet u sar jaf id-dinja inqas sar iħobbha, u ta’ 29 sena sar saċerdot. Kien speċi ta’ missjunarju f’pajjiżu stess, mertu tal-paċenzja kbira li kellu waqt il-qrar u ta’ l-istul uniku li kellu fl-omeliji. Spiss ġie kkritikat għax skond uħud kien qalbu tajba wisq mal-midinbin! Waqqaf il-kongregazzjoni tar-Redemptorisiti. Bħala isqof ħadem ħafna biex iġedded il-kleru li kien għaddej minn dekadenza kbira. Ftit wara li rtira minn isqof minħabba saħħtu, inqala xi nkwiet għax il-gvern Taljan ried jabolixxi r-Redemptoristi għax dehru li qed ikomplu x-xogħol tal-Ġiswiti li kienu ġew sopressi ftit tas-snin qabel. Alfons uża l-għerf tiegħu fit-Teoloġija u l-kwalitajiet ta’ avukat biex mhux talli ħeles lill-kongregazzjoni mis-sopressjoni, imma talli ġabilha l-approvazzjoni tar-re! B’xorti ħażina, peress li kien kważi għama, daħku bih u ffirma regula emendata tal-kongregazzjoni tiegħu stess, waħda mfassla mill-gvern anti-klerikali! Il-Papa Piju VI ma ħax gost u warrbu mill-pożizzjoni li kellu. Kien mument iebes ħafna għalih u baqa’ jbati minn kriżi fil-fiduċja u fil-fidi kważi sa ma miet. Fl-1871 il-Papa Piju XI ħadru Duttur tal-Knisja
Lezzjoni: dak li titgħallem f’żogħżitek qatt m’hu mitluf! Min jaf forsi fi xjuħitek tiġi bżonnu! Barra minn hekk, attent f’min tafda, għax tista’ tiġik ħażina. U fl-aħħar, minkejja l-iżbalji, u forsi n-nuqqas ta’ qbil, titlef qatt il-fiduċja f’Alla!

It-Tlieta, 31 ta’ Lulju 2007

-338: el santo de dias - San Injazju ta' Loyola

Dan kien nobbli Spanjol, paġġ fil-qorti ta’ Ferdinandu u Isabella (li dan l-aħħar tħarrket il-kawża għall-beatifikazzjoni tagħha! About time too…) Kien suldat u darba laqqat ferita minn bomba ta’ kanun (wieħed milli kien jagħallimni t-Taljan fl-Università, Dottor Chiari, jgħid li kienet l-ewwel darba li ntuża kanun!). Meta kien qiegħed fl-isptar jirkupra ried jaqra xi rumanz (kien iħobb il-qari), imma tawh ktieb tal-ħajjiet tal-qaddisin u tal-ħajja ta’ Kristu. U sar miraklu! Il-kotba bidlulu ħajtu u meta seta jimxi mill-ġdid ħa l-vot tal-kastità. Għamel żmien jgħix ta’ eremita ġo għar, mexa minn Ruma sa Ġerusalemm u ħadem ħafna biex jikkonvertu l-Musulmani. Ta’ 37 sena beda jistudja t-Teoloġija (u llum niskantaw għax jidħlu koċċ adulti jkagħmlu l-kors!) u ġie ordnat saċerdot xi snin wara. Nhar Santa Marija ta’ l-1534 waqqaf il-Kumpanija ta’ Ġesù, magħrufin bħala l-Ġiżwiti, li rċevew l-approvazzjoni tal-Papa fl-1541. Kellhom storja twila u mħarbta ħafna x’jgħixu dar-reliġjużi!
Lezzjoni: kultant tista’ tkunu ħaġa veru żgħira u komuni (bħal ngħidu aħna ktieb) li jwasslek biex tagħraf lil Alla! Għalhekk, inżommu għajnejna miftuħin anke għall-affarijiet iż-żgħar!

It-Tnejn, 30 ta’ Lulju 2007

Is-sorprizi tal-bidu tal-Kwindicina...

Illum jibda żmien tassew għal qalbi – il-ħmistax il-ġurnata ta’ preparazzajoni spiritwali għall-festa tal-glorifikazzjoni ta’ Ommna Marija. U dis-sena dan il-jum għażiż ġab miegħu xi sorpriżi mhux mistennija…

L-ewwel waħda kienet il-ħruq tal-murtalun fl-4:00 ta’ filgħodu. Kont ħsibt li qatgħu qalbhom li jkomplu jagħmluh, imma mid-dehra d-demm għadu jitla’ għal xi mħuħ. U nsomma, skond il-liġi jew kontriha, fl-4:00 nħaraq il-famuż murtalun li riegħed ir-raħal u qajjem lil kulħadd, devoti u mhumiex ta’ Santa Marija. (ok, nammetti, lili ma qajjimnix. Njh njh. Imma qajjimni ta’ warajh, fit-8:00.)

La fit-8:00 kont għadni fis-sodda, il-quddiesa ma lħaqthiex. Għalhekk mort għal tad-9:00 is-Swatar biex wara ngħaddi sa l-Università biex nagħti daqqa ta’ għajn lin-notice board tal-fakultà biex nara dak li qaluli hux veru. Mort u rajt SUMMA CUM LAUDE ma wiċċi! Wow! Fl-aħħar irnexxieli! Wara 2 degrees Egregia cum laude u magna cum laude fl-aħħar waslet is-summa. Ma nafx kontx qed nistennieha jew le! Imma nsomma, ħadt gost biha! Naraw ikollix nerġa’ nagħmel il-graduation speech!

Wara dik mort niġbor il-kotba tal-liturġija tas-solennità ta’ l-Assunzjoni tal-Madonna mingħand dak li offra li jwaħħal il-qxur mal-ġewwieni. Ġew sbieħ. Kif wasalt id-dar sibt missed call u messaġġ mingħand wieħed ħabib li ilna ma niltaqgħu żmien twil. Morna ngħumu għuma ġol-baħar imqalleb f’Xorb l-Għaġin u veru ħadna gost!
Hekk kif kont sejjer lura d-dar rajt l-Imqabba qisha ġo sħabha trab. Ir-riefnu li qam kien xi ħaġa inkredibbli. Mort fittixt niżżilt il-bandiera l-ġdida qabel ma nqalgħet bl-arblu (ehm… kanna) b’kollox.
Fil-għaxija kellna mmorru Kemmuna ma’ tas-Seminarju, imma minħabba r-riħ bqajna Malta. X’tagħmel? Xorta ħadna gost, imma ma domniex daqs kemm kien ippjanat. Allura ittawwalt sal-Gudja u bqajt għall-aħħar biċċa tal-pellegrinaġġ bl-istatwa li dis-sena tagħlaq 200 sena. Ġabuha proċessjonalment minn Palazzo d’Aurel. Ma kienx hemm folol, imma kienet sabiħa.

2 festi u nofs f'ġurnata!

Ġurnata mhux tas-soltu… Wara tliet quddisiet fil-għodu (li waħda minnhom kelli nkanta fiha!) assistejt għall-ħruġ min-niċċa tal-vara unika u meraviljuża ta’ Santa Marija ta’ Ħ’Attard. Kien sabiħ u… ehm… mhux tas-soltu. L-ewwel nett il-musketterija u l-ftit murtali kienu sinjal biex in-nies imorru l-knisja (flok ma saru meta ħarġet il-vara), imbagħad kien hemm speċi ta’ omelija dwar it-tifsir tal-festa għall-komunità parrokkjali, imbagħad il-kappillan bierek lin-nies (is-soltu kien ibierek u jinċensa l-vara, imma did-darba kien oriġinali), mar ħdejn in-niċċa fetaħha u ħarġuha bil-bradella b’kollox. Kien hemm ċapċipa pulita (after all we’re at Attard!). Ħadu l-Madonna sa ħdejn il-bieb, refgħuha (kważi qalbuha għax refgħu ta’ naħa waħda biss! Il-knisja kollha nħasdet!) u mbagħad bdew imexxuha bil-mod sa ħdejn il-presbiterju biex ipoġġuha fuq il-bradella. Ħin minnhom kienet waslet sa ħdejn in-niċċa, imbagħad paċpaċt ftit ma’ l-abbatini u meta ħarist reġgħet kienet ħdejn il-bieb. Ħakkejt tnejn rasi… imbagħad il-prefett spjegali li biex il-kappillan ikollu ċans jiġbor, jimxu pass ‘il quddiem u tnejn lura. Boq. After all we’re at Attard. Njh. Insomma f’temp ta’ kwarta ġabru Lm1052. Wow.
L-innu għoġobni mmens.
Tiegħla s-sema, wiċċha jiddi
Bħaż-żerniq ta’ jum sabiħ
Dawl ix-xemx il-libsa tagħha
Fuq is-sħab b’sieqha tistrieħ!






Fil-għaxija erġajt mort il-parroċċa u mbagħad wara għaddejt sa Santa Venera. Minkejja d-doti li għandha l-vara, fil-knisja l-ġdida u fi Triq San Ġużepp tidher pjuttost… mitlufa. U forsi mnalla. Ħadt żewġ ritratti ta’ Vinny u mbagħad mort ninviżta l-knisja l-qadima u bqajt hemm sakemm wasslu l-vara hemm. Kien hemm koċċ ċapċip meta waslet ħdejn il-knisja u meta reġgħet bdiet miexja.




Wara mort sal-belt għall-festa ta’ San Duminku, patrun tal-parroċċa matriċi tal-Belt Valletta, allura patrun tal-Belt, minkejja dak li jingħad minn oħrajn. Ma pressjonajtx ruħi bin-nies x’ħin wasalt…dort dawra mal-knisja. Sabiħa ħafna. Qbadt inpaċpaċ ma’ saċerdot li jifhem fl-arti u qalli din hi l-isbaħ statwa ta’ Malta u hi biċċa xogħol ta’ arti ta’ livell internazzjonali.. Ir-raġuni hi li l-qawwa u l-grazzja fiha jilħqu bilanċ perfett. Nammetti li togħġobni ħafna. Naġseb li mill-vari tal-Belt San Duminku, f’għajnejja, jibqa’ l-isbaħ. Meta wasal biex jidħol il-folla li nġabret quddiem u ġol-bażilka kienet xi ħaġa ta’ barra minn hawn. Iċ­-ċapċip kien qawwi, imma f’loku. Ħadt ħafna gost.

-339: the saint of the day - San Leopoldu Bogdan Mandic

Leopoldu twieled fil-Kroazja, kellu xi deformazzjoni u kien ta’ saħħa fiżika dgħajfa imma ta’ saħħa spiritwali formidabbli. Sar kapuċċin u għadda ħafna snin f’kunventi fl-Italja u f’pajjiżu, minnkella li xtaq isir missjunarju fl-Ewropa biex jaħdem għall-għaqda fir-reliġjon nisranija. Għadda sena l-ħabs matul l-Ewwel Gwerra dinjija minħabba li kien Kroat.
Ħajtu kienet kuntrast kontinwu bejn iċ-ċokon tiegħu tiegħu (anqas kien twil 5 piedi!) u l-ġkantezza spiritwali tiegħu. Il-mard li kellu kieku ftit ftit. Dan wasslu biex jagħraf iċ-ċokon tiegħu quddiem Alla u jaċċetta s-saħħa dgħajfa li kellu b’serentià. Ħaġa li kien spiss jgħid lill-eluf li kienu jmorru jqerru għandu (għal 40 sena għadd aktar minn 12-il siegħa kuljum fil-konfessjonarju): “isaħħaħ fil-fidi, kollox jitranġa, issaħħaħ fil-fidi!”
Lezzjoni: spiss meta jkollna niċċaħħdu minn ħaġa li nixtiequ, Alla kapaċi jitrasforma dak li jkollna naċċettaw f’ħaġa tant kbira li waħedna żhur ma konnhiex kapaċi nagħmluha!

-340: il santo del giorno - Santa Marta

Din naħseb li hija l-unika waħda li kellha l-wiċċ VILI tgerger kontra oħtha f’wiċċha quddiem Ġesù nnifsu… u ssir QADDISA! OMG. Spiss lil Marta niftakruha bħala dik li gergret għax oħtha ma għenitiex u qalgħet ċamata mingħand Ġesù għax m’għażlitx is-sehem it-tajjeb! Spiss ninsew li meta miet Lazzru kienet hi marret għand Ġesù tgħidlu “Li kieku int kont hawn, ħija ma kienx imut!” u ninsew li kienet fost l-ewwel li stqarret li Ġesù hu l-qawmien u l-ħajja! Forsi, after all, Martha waslet biex tagħżel is-sehem it-tajjeb u għarfet tħaddmu f’ħajjitha xi ftit aktar minn oħtha li baqgħet tibki ħdejn il-qabar.
Marta hija l-protettriċi tan-nisa tad-dar u tas-sefturi. Minn xi sitt snin ilu ‘l hawn, meta ħallewlna bomba mal-bieb, xbieha ta’ dil-qaddisa sabet ruħha fil-kċina ma’ ġenb dawk tal-Ħniena Divina, tal-Madonna tal-Karmnu u ta’ Santa Katarina, li quddiemhom hemm xemgħa dejjem tixgħel.

Lezzjoni: l-għarfien ta’ Alla f’ħajjitna hija proċess. Għalkemm m’għandiex noħduha easy ż-żejjed, nifhmu li f’persuni l-proċess jieħu fit-tul aktar milli f’persuni oħra. No problem, wara kollox Alla jimxi bil-pass tagħna.

-341: u santu du die - San Pedro Poveda Castroverde

Qaddis spanjol, għalliem u ħeġġieġ kbir ta’ l-edukazzjoni fost it-tfal u promotur kbir tal-preparazzjoni xierqa għall-għalliema. Bħala saċerdot kien iservi f’diversi parroċċi, u tant kiseb fama tajba li laħaq kanonku u kellu pożizzjoni għolja fil-bord nazzjonali kontra l-illitteriżmu. Bena diversi skejjel għall-fqar, kien direttur spiritwali ta’ diversi oħrajn u fetaħ l-ewwel reżidenzja universitarja għat-tfajliet ġewwa Spanja. Spiċċa maqtul fir-rivoluzjoni spanjola.

Lezzjoni: jista’ jkun li Alla jsejjħilna għal għandu anke meta nkunu mlaħħqa u l-ħajja tagħna tkun qed tħalli ħafna frott għall-benefiċċju ta’ dawk ta’ madwarna. It-toroq ta’ Alla ħadd ma jafhom. Il-jum u s-siegħa ħadd ma jafhom.

Il-Ġimgħa, 27 ta’ Lulju 2007

-342: La santa del giorno - Santa Parasceve, ka Venera

Vinny għandha storja interessanti! Kienet bint Politea u Agathon, żewġ sinjuruni nsara. Damu ma kellhom tifla, imbagħad kellhom lil din! (Naħseb li f’Santa Venera hemm l-uniċi statwi tagħhom… seeing kif inhuma l-ġenituri ma nistkantawx li t-tifla ġiet kif ġiet! Njh). Insomma, Vinny ġiet mgħallma kif xieraq lil tifla sinjura. Meta mietu Politea u Agathon, tat kollox lill-fqar u saret predikatur famuż. Oho! (Vote for women!)
Arrestawha (xejn ġdid) u rieduha tiċħad il-fidi (xejn ġdid anqas hawn). Ittorturawha. Tefugħa ġo borma żejt jagħli u ma ġralha xejn. L-imperatur Antoninu staqsieha għamlitx xi maġija biex tberred iż­-żejt. X’għamlet? Qabdet ftit f’idha u tefgħetulu f’wiċċu, ħarqitulu u għamietu. Oh! Fejjqitu u sar nisrani (ħa!). Meta nbidel l-imperatur reġgħu bdew il-persekuzzjonijiet. Tefgħuha ġo bir ma serp velenuż. Għamlet is-sinjal tas-salib fuqu u nqasam fi tnejn! Reġgħu ttorturawha sakemm qatgħu qalbhom u qatgħulha rasha. (Mill-istampa jidher li reġgħet kibritilha, imma baqgħet mejta).

Lezzjoni: forsi kultant bit-talb u l-azzjonijiet tagħna anke dawk stess li jagħmlulna ħajjtina nfern jistgħu jinbidlu, bħala kien il-każ ta’ Vinny u Antoninu.

Il-Ħamis, 26 ta’ Lulju 2007

Wara 4 ijiem rieqed f'Ghawdex...

Għadni ġej minn 4 ijiem Għawdex – din hi r-raġuni għala l-blog ma kontx qed inżidu u għala qiegħed naqra b’lura. Lill-fans li mlewli mailbox bil-complaints ngħidilhom iserrħu rashom li l-blog għadu ħaj u se jkompli.
Insomma Għawdex… ajma kemm irqadt! U kemm kilt healty (frott biss, apparti xi darba meta ħriġna nieklu biex niċċelebraw l-aħħar lejl). U kont f’kumpanija tajba ħafna. Mhux se ngħid ma’ min minħabba d-data protection act, so għalxejn issaqsuni. Iltqajna wkoll ma’ koċċ qassisin Għawdxin u tkellimna fuq ħafna xorti. All in all, kelli bżonnha u ħadt ħafna gost, speċjalment waqt il-mumenti ta’ talb u tal-quddies. Il-brevjar jieħu xejra oħra meta titolbu mal-ħbieb!

P.S. jekk tridu tkunu tafu bi flat il-Qbajjar li jżommu Lm2.50 kull lejl għal kull persuna għiduli. Post bomba, kwiet u RĦIS.

-343: the saints of the day - Sant’Anna u San Ġwakkin, nanniet



Ok, nammettuha: il-ġenituri tal-Madonna ħadd ma jaf min kienu u ħadd ma jaf x’kien jisimhom. Imma l-eżistenza tagħhom hija ċerta! Wow!
Hemm xi sorsi li jgħidu li Anna u Ġwakkin kienu xi naqra tat-tajjeb – ma nafx kemm dan hu korrett, għax meta Marija u Ġużeppi ppreżentaw lil Ġesù fit-tempju, dawn għamlu l-offerta tal-fqar. Li kieku kienu tat-tajjeb presumibilment Marija kienet tiret xi ħaġa, mhux hekk? Jgħidu wkoll li l-koppja kienu kemmxejn xjuħ meta kellhom lil Marija – probabilment din hija xi leġġenda pija li żviluppat biex tidher aktar il-qawwa ta’ Alla fit-tnissil ta’ Marija. Xi devotissmi kienu jgħidu li Anna baqgħet verġni fit-tnissil u t-twelid ta’ Marija – imma dan ġie kkundannat fil-Vatikan fl-1677. Il-Knisja tal-Lvant kienet devota ta’ daż-żewġ persuni mill-ewwel ġranet tal-Kristjaneżmu.

Anna u Ġwakkin, flimkien, huma l-protetturi tal-ġenituri! Minjaf kemm ġenituri messhom jitolbuhom jidħlu għalihom meta uliedhom jitilfu t-triq! U min jaf kemm daż-żewġ qaddisin jixtiequ jgħinu lill-ġenituri jerfgħu s-salib tal-ħajja!

Lezzjoni: Kienu koppja bħall-oħrajn, imma bla ma jafu, kellhom missjoni speċjali! Min jaf aħna, fil-ħajja komuni tagħna, kemm inkunu qed inwettqu missjonijiet speċjali li Alla biss jaf fhiex għad isarrfu aktar ‘il quddiem!

-344: el santi de dias - San Ġakbu l-kbir, appostlu

Ġakbu minn dejjem kien persunaġġ li jaffaxxinani! Hu kien wieħed mit-tlieta li raw it-Trasfigurazzjoni tal-Mulej fuq it-Tabor… fil-waqt li Ġwanni u Pietru jieħdu prominenza kbira fil-Bibbja, Ġakbu donnu jibqa’ dejjem moħbi… Għalhekk, darba waqt meditazzjoni dwar din ix-xena sabiħa, lil Pietru rajtu bħala r-rappreżentant tas-saċerdoti u l-mexxejja tal-Knisja, Ġwanni rajtu jissimbollizza lil dawk li għandhom ħajja spiritwali qawwija u profonda, u lil Ġakbu ttimbrajtu bħala dak li jirrapreżenta lil dawk li għandhom għarfien tal-Mulej, imma li b’xi mod jibqgħu misturin… dawk il-ħafna nsara qaddisin li jgħixu ħajja eżemplari u ta’ prinċipju imma li ħadd ma jsir jaf dwarhom…

Ġakbu kien l-ewwel appostlu li ta’ xhieda ta’ imħabbtu għal Kristu billi xerred demmu. Xi snin wara l-fdalijiet tiegħu ttieħdu Compostela, fi Spanja li hu wieħed mill-akbar ċentri ta’ pellegrinaġġi fid-dinja.

Lezzjoni: Ġakbu minkejja li ma tantx insibu dwaru kien l-ewwel wieħed li miet għal Kristu… m’hemmx għalfejn inkunu xi ħadd importanti biex nuru li aħna wkoll ta’ Kristu!

-345: il-qaddisa tal-jum - Santa Kristina, VMMMM

(Din b’rispett lejn waħda ħabiba tiegħi, fan kbira tal-blog u li kienet fil-kumitat tiegħi ta’ l-GħST s-sena l-oħra. U li gergret ħafna għax waqaft għal xi ġranet peress li kont Għawdex.)
Għad-differenza tal-qaddisa li kkunsidrajna xi ġranet ilu, din hi waħda minn dawk li ma nafu xejn dwarha u li madwarha nbnew ħafna stejjer, u xi stejjer!!
Kristina kienet ġejja minn familja pagana u b’xi mod saret nisranija u spiċċat arrestata. Ommha ppruvat tikkonvinċieha terġa’ ssir pagana, imma bla suċċess. Għalhekk ingħatat il-martirju. Cioè diversi martirji, fosthom:

  • tawha n-nar, imma n-nar ħarab minn taħtha u ħaraq nofs il-folla li kienet qed tħares;
  • qatgħulha sidirha, u wara minnhom beda ħiereġ il-ħalib (mhux speċifikat reġgħux weħlu jew reġgħux kibru);
  • qatgħulha lsiena biex ma tkompliex tippriedka – imma bla lsien leħinha sar aktar ċar u jgħajjat;
  • tefgħet ilsienha lil wieħed milli kienu qed jikkundannawha u għamietu (naħseb li she overlooked il-parti fejn Ġesù jgħidilna “lil min itik daqqa ta’ ħarta, dawwarlu l-oħra”… imma then again, ma kelliex ilsien ieħor x’jaqtgħlha! Jew inkella tefgħetulu biex ikompli jqatta’ fih?);
  • rabtuha minn għonqa ma’ ġebla u tefgħuha l-baħar biex tegħereq (veru?), imma hemm taħt iltaqgħet ma’ Ġesù li għammidha (mela ma kienetx ġa nisranija!?), u mbagħad San Mikiel reġa’ tellagħha fuq l-art (ma kontx naf li jaf jgħum! Ir-rix suppost jitqal taħt l-ilma, mhux hekk? Forsi l-ġenna qiegħda taħt il-baħar flok fis-sema?)
  • sparawlha vleġġa f’qalbha u baqgħet taħtha (x’anticlimax! Imma almenu mhux qatgħulha rasha!)

Jekk San Ġorġ megalomartri, din xinhi?
Lezzjoni: ehm… il-fantażija u l-kreattività huma rigali sbieħ mingħand Alla!

It-Tnejn, 23 ta’ Lulju 2007

-346: Il-qaddis tal-jum - San Liborju

(Dan poġġejtu b’rispett lejn wieħed minn sħabi tal-kors li fis-sena barra kien qiegħed Ruma jaħdem f’parroċċa ddedikata lilu.) Liborju kien Franċiż, ħabib ta’ San Martin ta’ Tours. Bħalu kien isqof u beda ħafna knejjes ‘l hawn u ‘l hemm. Interessanti li snin wara mewtu, r-relikwi tiegħu ittieħdu minn Le Mans (fejn kien midfun) sa Padeborn (fejn għadhom jinsabu sal-lum) u dan wassal għal xi forma ta’ ġemellaġġ bejn iż-żewġt ibliet li baqa’ ħaj għal aktar minn elf sena. Il-parroċċa ta’ Padeborn imbagħad tat xi liri biex inbniet il-knisja tal-porraċċa li fiha ħadem sieħbi f’Ruma, b’hekk sar ġemellaġġ ieħor bis-saħħa ta’ dal-qaddis!
Lezzjoni: ma min rajtek xebbaħtek! Dan kien jagħmilha ma’ Martin ta’ Tours, u spiċċa isqof qaddis bħalu.

Il-Ħadd, 22 ta’ Lulju 2007

-347: Il-qaddisa tal-jum - Santa Marija Maddalena, ehm

U min qatt qal li min ikollu żogħżija kemmxejn… ehm… avventuruża ma jistax isir qaddis? Il-Madalena hija xhieda ta’ dan. Kellha l-aktar professjoni magħrufa antika li għal eluf ta’ snin essenzjalment qatt ma nbidlet. U x’ġara? Iltaqgħet ma’ Ġesù, ħafrilha u ħabbha kif kienet u dan wassalha tibdel ħajjitha… u mhux biss!!! Għal min qatt ma nduna, kienet hi l-ewwel waħda li rat lil Ġesù ħaj wara mewtu! Żgur li l-curriculum vitae li kellha ma baqax jgħodd wara l-maħfra li rċeviet.
Ħafna kienu dawk li bnew diversi stejjer madwarha u li għadhom jippruvaw iċappsulha isimha; l-aħħar wieħed fosthom kien is-sur Dan Brown bir-rumanz The Da Vinci Code.
Lezzjoni: m’hemm l-ebda dnub kbir wisq biex jirċievi l-maħfra ta’ Alla. U, kbir kemm kien kbir, ladarba d-dnub huwa maħfur, allura huwa minsi. Staqsu lill-Madalena!

Is-Sibt, 21 ta’ Lulju 2007

Il-marc tal-Miskina...

Mela l-Ħamis li għadda fettilli nitla’ għall-marċ iż-Żurrieq. Mort għall-ħabta ta’ l-22:00 (għax sa dak il-ħin konnha qed nistennew lil ta’ l-enemalta jiġu jirranġawlna d-dawl għax XI ĦADD ħawwad xi ħaġa u tajjar il-fuse…) Mort hemm u ltqajt ma’ koċċ ħbieb li s-soltu niltaqa’ magħhom fil-festi taż-Żurrieq. Tawni xi updates interessanti dwar il-festa, affarijiet li qatt ma kont nobsorhom… Qgħadna fil-pjazza naraw il-marċ jispiċċa. Kienet qed iddoqq il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun, tal-Miskina u kien hemm atmosfera sabiħa. Imbagħad bqaja hemm nixorbu u npaċpċu qiddiem il-Bronze Bar. Ħin minnhom ħarist lejl l-arloġġ u sibt li kienu saru… ehm, aħjar ma ngħidx. Kien sar ħafna ħin. Lil sħabi għedtilhom “Ħa mmur għax lil ommi se jkolli nispjegalha żewġ affarijiet: X’qgħadt nagħmel fil-pjazza s’issa u xi tlajt nagħmel għal dan il-marċ partiklari.” Fortunatament laħqet qatgħet qalbha u daħlet torqod. Njh.

-348: La sainte du jour - Santa Prassede

Din waħda minn dawk li ma tantx nafu fuqhom, imma li b’xi mod misterjuż ma nbnewx stejjer kbar u fantastiċi madwarha. Prassade kienet bint senatur sinjurun u qaddisa (Santa Pudenzja) u oħt qaddisa oħra (Santa Prudenzjana). Baqgħet xebba u kienet tuża l-liri li kellha għas-servizz tal-Knisja. Baqgħet magħrufha ħafna għall-virtujiet tagħha. Illum f’Ruma hemm knisja famuża b’ħafna możajċi sbieħ iddedikata lilha. Lezzjoni: m’hemmx għalfejn nagħmlu affarijiet kbar li jidhru biex nilħqu l-perfezzjoni għax dak li nagħmlu fil-moħbi huwa magħruf quddiem Alla!

-349: Il-qaddisa tal-jum: Santa Margerita ta' Antijokja, VM

Margerita, għal uħud, hija l-verżjoni femminili ta’ San Ġorġ għax spiss tidher akkumpanjata minn pet mhux tas-soltu – dragun.
Kienet bint mara nisranija u qassis pagan fil-Pisijda (illum parti mit-Turkija). Ommha mietet meta kienet żgħira u mara nisranijiet rabbietha. Meta missierha sar jaf li bintu kellha tendenzi nsara qatagħha mill-wirt u Maggie marret toqgħod mal-mara li rabbietha u kienet taħdem ta’ pastorella. Maggie kienet magħrufha li dejjem iġġor salib magħha… darba ltaqgħet ma dragun (taf int… ħaġa ta’ kuljum tiltaqa’ ma dragun qiegħed jippassiġġa fl-għelieqi…) u belagħha. Wara ftit is-salib beda jdejjqu u b’hekk beżaqha. (oh well… niskantaw b’Ġona jew b’Pinocchio?)
Wieħed raġel ra sabiħa f’għajnejh (min qatt sema b’qaddisa kerha!?) u pprova jwaqqagħha fid-dnub. Meta hi żammet sod, gżuwha li kienet nisranija u b’hekk ingħatat il-martirju, li ma ħadimx mill-ewwel. Pruvaw jaħarquha u ma rnexxielhomx, pruvaw jaqluha u xejn... fl-aħħar qatgħulha rasha.
Fil-medju evu (xi elf sena wara li mietet) leħinha kien wieħed minn dawk li wasslu lil Santa Ġovanna ta’ Arc biex tmurr tiġġieled f’isem il-Knisja.
Lezzjoni: ġorr dejjem salib miegħek ħalli jekk tiltaqa’ ma’ dragun teħles minnu! U s-salib żommu għax temmen, mhux biex tiddandan bih!

Il-Ħamis, 19 ta’ Lulju 2007

-350: The saint of the day - San Gwann Plessington

Dan wieħed mill-martri tal-peresekuzzjoni Ngliża kontra l-Kattoliċi fi żmien Enriku VIII u Eliżabetta I. Ġwanni għamel xi żmien maħrub fi Spanja. Sar saċerdot f’Segovia (boq) u mbagħad reġa’ lura lejn pajjiżu biex jaħdem fost il-kattoliċi li kien għad baqa’. Dam sittax-il sena fl-Ingilterra sakemm inkixef li kien saċerdot, għamel xahrejn il-ħabs u mbagħad ġie maqtul (mgħallaq, qalgħulu msarnu u qasmuh f’erbgħa), ħati tar-reat tas-saċerdozju.
Nitgħallmu: għall-imħabba ta’ Alla u l-poplu tiegħu l-ebda periklu ma jista’ jidher kbir wisq!
(Dan qaddis li mkie ma sibt stampa tiegħu!) Din l-arma ta' kunjomu, naħseb)

L-Erbgħa, 18 ta’ Lulju 2007

-351: ze saint of za day: Simon of Lipnicza

Oħo! Dan importanti! Għala? Għax dan wieħed mit-3 l-oħra li ġew kanonizzati ma’ Dun… San Ġorġ Preca fi Piazza San Pietro fit-3 ta’ Ġunju li għadda. Kien patri Franġiskan li minn dejjem ħass is-sejħa għall-ħajja reliġjuża. Kien magħruf għall-priedki li kien jagħmel. Miet f’epidemija waqt li kien qed jaħdem mal-morda.
X’nitgħallmu: li Alla jista’ jtina l-kapaċità li għall-imħabba tiegħu fl-oħrajn naslu biex inwarrbu l-bżonnijiet tagħna u letteralment ma nqisu xejn ħajjitna biex naqdu lil ħaddieħor li hu fil-bżonn.

It-Tlieta, 17 ta’ Lulju 2007

-352: les saintes du jour: Il-matri ta' Compeigne, OCDs, VM

Dawn kienu sittax-il mara (11-il soru, 3 lajċi karmelitani u 2 qaddejja tas-sorijiet) li offrew ħajjithom għall-Knisja meta r-rivoluzzjoni Franċiża ħraxet kontra dak kollu li hu qaddis. Ftit ġranet wara li għamlu din l-offerta, ir-rivoluzzjonarji eretiċi daħlu fil-kunvent tagħhom u kaxkruhom fil-ħabs. Il-ftit ġranet li għaddew fil-ħabs kienu jħeġġu lill-ħabsin l-oħra biex jitolbu u ma jaqtgħux qalbhom. Fis-17 ta’ Lulju, l-għada tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu, ġew maqtula talli għażlu li jżommu sħiħ mal-fidi tagħhom u mal-wiegħdiet li kienu għamlu. Qabel qatgħulhom rashom kantaw il-Veni Creator, ġeddew il-voti u kantaw is-Salve Regina. Eroiżmu sa l-aħħar.
Nitgħallmu: hi xinhi l-qagħda tagħna, dejjem nistgħu inkunu ta’ wens għal ta’ madwarna; hemm drabi fil-ħajja meta nistgħu nidhru boloh talli nżommu sħiħ ma’ dak li nemmnu, imma jekk nitolbuh, Alla jtina l-qawwa li nżommu sħiħ sa l-aħħar.

It-Tnejn, 16 ta’ Lulju 2007

-353: Marija Omm u Sultanta tal-Karmelu

Illum m’għandniex qaddisin (jew aħjar il-qaddisin li hemm huma ta’ importanza kemmxejn inferjuri) – illum il-Knisja tippreżentalna lil Sidntna Marija bħala l-ġnien ta’ Alla (Karm’el dak li tfisser). Id-devozzjoni lejn il-labtu hija antika ferm, u t-tradizzjoni tgħallimna li l-Madonna għandha mħabba partikluari lejn din id-devozzjoni. Niftakru li l-aħħar dehra f’Lourdes seħħet fis-16 ta’ Lulju u li fl-aħħar dehra ta Fatima, it-tfal qaddisin qalu li raw lill-Madonna liebsa l-abitu Karmelitan. Qisu d-dehriet dejjem spiċċaw alla grande! Il-Madonna tal-Karmnu tfakkarna fl-imħabba li għandha din l-Omm għalina wliedha, li għoġobha tlibbisna bil-libsa tagħha u li wiegħditna li tkun magħna fl-aħħar mumenti ta’ ħajjtina. J’Alla nimitawha f’kollox bħalma hi imitat f’kollox lil Binha.

Fil-għodu, għall-ewwel (u naħseb l-aħħar) darba f’ħajti mort għall-pontifikal tal-bażilka tal-Karmnu fil-Belt. Kienet sabiħa, imma TWILA. Il-mużika naħseb li setgħet kienet aħjar – kultant instema s-surmast isikket lill-kantanti biex ma jkantawx jgħajjtu. L-antifona m’għarafthiex! U xi ħadd ħadli l-MP3 player li ħallejt moħbi fil-gallarija! Grr. Fl-aħħar il-pirjol ippreżenta lill-Arċisqof salib pettorali b’Madonna fuqu (xinhi l-idea li jkollok salib b’Madonna msallba fuqu!?) u telgħu koppja biex jippreżentaw lit-tarbija… l-ilbies kien xi ftit… ehm… mhux ta’ ġo bażilka fil-festa mmexxija mill-arċisqof!
Wara l-quddiesa (forsi b’risposta għall-karità li wrejt fi ħsibijieti dwar l-armar tal-bażilka eċċ) inqalgħali l-qiegħ taż-żarbun u kelli nimxi mill-Karmnu sal-monti prattikament ħafi! Xtrajt karkur Lm2.50 u kont veru qiegħed sew miexi ġo Triq ir-Repubblika liebes pulit u mbagħad bil-karkur…
Fil-għaxija, addio pellegrinaġġi devozzjonali wara l-Madonna… mort sal-baħar u veru ħadt gost!

Il-Ħadd, 15 ta’ Lulju 2007

Tibda l-festa tal-Madonna tal-Karmnu fiz-Zurrieq

Dal-għodu f’12:00 inħarget il-vara meraviljuża tal-Madonna tal-Karmnu (Salvu Psaila, 1842) min-niċċa tagħha fl-Oratorju biex iddaħħlet fil-knisja arċipretali ta’ Santa Katarina VM fiż-Żurrieq. Il-ħruġ ta’ din l-istatwa devota minn dejjem kien jiġbidni… min jaf għalfejn… Fis-snin meta kont inkun Palermo f’dal-ġranet, dejjem kont niftakar f’dan il-jum għażiż meta l-vara ta’ Ommna tas-Sema taħt it-titlu tal-Karmnu tinħareġ u bl-entużjażmu li jkun hemm. Il-pjazza kienet ippakkjata bin-nies. L-isbaħ mument naħseb li jkun x’ħin il-Madonna titwaqqaf ħdejn il-kanċell ta’ l-Oratorju u jindaqq l-innu Fior del Carmel, qabel ma tibda’ ddoqq il-mota ta’ 12:00. Kien hemm koċċ eċitament bil-bżieżaq – li tnejn minnhom intelqu ġol-knisja (l-arċipriet ma ħax gost!). Insomma, apparti din ta’ l-aħħar, kienet okkażjoni sabiħa ħafna.

-354 - Il-qaddis tal-jum: San Gakobb ta' Nisibis

Qatt smajtu bih lil dan? Kien wieħed mill-għorrief tal-Knisja li ħadu sehem fil-Konċilju ta’ Niċea (erm… dan baqa’ magħruf għat-talb li kien jagħmel biex Arju jfittex imut! OMG). Insomma, apparti dan kien magħruf għall-għerf tiegħu, għall-ħniena li kien juri u għall-bini ta’ bażilka u skola teoloġika f’Nisibis (ma nafx fejn jaħbat). U kien l-ewwel wieħed li nieda tfittxija għall-muntanja li fuqha hemm l-Arka ta’ Noè. Interessanti… a saint with an archeological flair…

L-engagement ta' Balani!

Wara r-riċeviment fil-każin kelli naħrab ħarba sa San Ġwann għall-engagement ta’ Nikki… erm… Nicolette u Karl. Iċ-ċrieket (proprjament ċurkett u arloġġ) berikhom ħadd inqas mill-E.T. Mons. Isqof Annetto Depasquale (għax jiġi z-ziju ta’ l-għarus). Ħadt gost nitkellem miegħu – tiskanta, għarafni! (“Illum liebes differenti!”) Mons. Depasquale jibqa’ dejjem persuna li tassew nammira u li jtini ħafna kuraġġ minħabba l-mod kif iħares lejn il-ħajja.
Il-party kien kważi qisu ta’ tieġ (min jaf fit-tieġ x’ġej! Balani, I’ll be there, I promise!!!!). L-ikel kien tajjeb u abbondanti! Kien hemm ħafna saris iduru (il-familja tan-naħa ta’ missierha ġew kollha bin-national costume!), u l-atmosfera kienet waħda sabiħa ħafna. Ħadt gost nitkellem ma’ Nikki u ma’ ommha u ma missierha (“Mr Balani…” “Haw, orrajt?” “Għaraftni?” “Le, qas idea.” “Xi 3 snin ilu kont tlajt Palermo ma’ Nikki ġimgħa wara l-oħrajn” “Issa qed ngħarfek! Orrajt?”…). Kien party sabiħ. Palermo veru laqqagħni ma’ nies mill-aħjar u tal-ġenn!

L-ewwel stedina mill-Ghaqda Karmelitana u Banda Queen Victoria

Illum ġurnata storika! Wara li ilni 7 snin in fila nikteb artikli fuq id-devozzjoni Karmelitana f’Pajjiżna, kelli stedina formali mill-Kumitat ta’ l-Għaqda Karmelitana u Banda Queen Victoria għal riċeviment fil-każin bħala preparazzjoni għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq. Apprezzajt ħafna. Peress li mdorri mmur riċevimenti hekk bil-ġlekk, did-darba xejn inqas. Mort bis-suit, imma OMG, ma kienx hemm suit oħra tidher f’każin sħiħ! La l-president, la l-arċipriet, la s-seminaristi l-oħra li kien hemm, la r-rettur tal-fratellanza, la l-ministru ta’ l-edukazzjoni…! Ħassejtni minus.com. Imma dik is-siegħa li għamilt hemm ħadt pjaċir. Xi darba rrid immur nieħu ritratt tal-knisja minn fuq dak il-bejt għax tidher veru sabiħa.

Is-Sibt, 14 ta’ Lulju 2007

-355 - Il santo del giorno: San Kamillu de Lellis

Dan jaħbat iben ta’ suldat u fil-fatt f’żogħżitu sar suldat hu ukoll. Mill-kitbiet dwaru jidher li kellu l-fiżjonomija ta’ ġgant għax kien twil 6 piedi u nofs! Kien iħobb jilgħab u wara ftit tilef kollox u kellu jidħol jaħdem ta’ bennej mal-Kapuċċini. Din l-esperjenza kkonvertietu. Sar novizz Kapuċċin tliet darbiet, imma ferita f’siequ (li kien ġarrab meta kien suldat) dejjem għamlitlu wisq ostakli biex ikun jista’ jkompli. Mar Ruma u daħal fi sptar imwaqqaf minn San Filippu Neri bħala pazjent, imma wara xi snin sar l-amministritatur tiegħu (rags to riches?) Insomma, ispirat minn dan ix-xogħol waqqaf il-kongregazzjoni tal-Kamelljani li jieħdu ħsieb il-morda. Fil-morda hu kien jara x-xbieha ħajja ta’ Kristu.
X’nigħallmu? Forsi esperjenza qarsa tista’ tiġi użata minn Alla biex iressaqna aktar lejH, forsi Alla kultant juża xi ħaġa li ddejjaqna biex jurina t-triq tagħna, forsi nistgħu nieħdu ħafna żbalji, imma qatt m’hu tard wisq biex insibu t-Triq mill-ġdid!

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Lulju 2007

-356 - la santa del giorno: Santa Clelia Barbieri

Qaddisa aktar qrib ta’ żmienna. Ta’ l-għaġeb dak li rnexxielha tagħmel Santa Clelia f’ħajja qasira! Skond l-aġjografija tagħha hi qatt ma wriet interess f’dak li hu tad-dinja, imma moħħa kien biss f’dak li hu ta’ Alla u kif se tkabbar il-ħajja spiritwali tagħha. Ta’ età żgħira waqqfet il-Kongregazzjoni tal-Minimi ta’ l-Addolorata li l-ministeru tagħhom huwa l-ħidma fi sptarijiet u l-iskejjel għall-ġid tal-morda, tax-xjuħ u ta’ l-abbandunati. Mietet fl-1870 ta’ 23 sena u minn mewtha ‘l hawn leħinha għadu jinstema’ jkanta fid-djar tal-Kongregazzjoni mas-sorijiet meta jkunu qed jitolbu! Il-Papa Pawlu VI ibbeatifikaha fl-1968 u l-Papa Ġwanni Pawlu II ddikjarha qaddisa fl-1989. Hi l-patruna ta’ dawk li jiġu mmaqdra minħabba l-ħniena li juru lejn l-oħrajn. Hija ta’ eżempju kbir għalina li meta nħallu lil Alla jaħdem fina, żgur li m’hemmx limitu għal dak li nistgħu nagħmlu, anke fi żmien qasir.

Il-WATER GAMES

Fis-Summer Club illum kellna ġurnata aktar rilassata mill-jumejn l-oħra li għaddew. Rilassata, as in mentalment. Fiżikament kient ferm aktar impenjattiva. Imma DĦAKNA. Tiskanta… il-voluntiera donnhom aktar kienu moħħhom biex ixarrbu lil xulxin milli lit-tfal… forsi għax dan għen biex it-tfal jagħmlu nofs ta’ nhar jidħku u qgħadu kwieti ĦAFNA. Ħadna pjaċir… kultant tajjeb li nerġgħu nsiru tfal!

Il-b'day party ta' Rod

Ajma Rod, x’tixjieħ!!! Dan kien is-6 berdej li għaddejna flimkien, u l-maġġur parti tagħhom kienu ċċelebrati f’Palermo, normalment b’xi applawż mit-tfal u dilka shaving foam fil-għodu u b’kejk u tidlika bit-taħlita [perikoluża] tax-Schembri. Eħħ, dak kien żmien…
Dis-sena, bħas-sena, l-oħra ltqajna Wied iż-Żurrieq fil-boathouse u kellna BBQ tajjeb ħafna. Konnha l-klikka li bqajna Malta. X’tagħmel? Ħadna ħafna pjaċir. Ħasla ma naqsitx, nh njh njh, imma almenu bis-San Michel mhux bit-taħlita!!

-357 - il-qaddisa tal-jum: Santa Veronika

Min qatt ma sema’ bil-Veronika u b’dak li għamlet. Iva, din hi dik li mesħet wiċċ Kristu meta kien qed iġorr is-salib. [Bejnietna: ma kontx naf li hi qaddisa u li għandha l-ġurnata tal-festa tagħha…] Dwarha ma nafu xejn għar dak li nsibu fit-tradizzjoni antika li llum għadha ħajja fil-Via Sagra. Jekk tassew kien hemm mara li mesħet wiċċ Kristu ma kienx jisimha Veronika – l-isem ġie mir-relikwija ta’ wiċċ Kristu li ttieħdet Ruma fl-ewwel seklu u li biex tingħaraf minn oħrajn foloz kienet tissejjaħ: vera icon – li bil-popolan sar Veronica, u minn nom saret isem proprju… eħħ, il-lingwa!
Hemm diversi leġġendi fuqha fosthom:
  • li hi l-mara li tfejjqet mit-tnixxija tad-demm,
  • li marret Ruma u fejjqet lill-Imperatur Tiberju,
  • li ħalliet il-maktur wirt lill-Papa Klement,
  • li żżewwġet lil Żakkew u marret Franza miegħu, hu sar eremita u hi kienet tgħin lil wieħed Martial fil-ħidma ta’ l-appostolat,
  • li ġiebet ir-relikwi tal-Madonna fl-Ewropa,
  • li mietet f’Bordeaux
Interessanti hux?
Insomma, aparti l-leġġendi, l-att li għamlet din il-mara, kienet min kienet, jistħoqqlu l-foħrija għax hi ma beżgħetx minn dak li seta’ jiġrilha meta qorbot lejn dak li kien ikkundannat għall-mewt. Il-kundanna tiegħu ma waqqfithiex milli turi ħniena miegħu… u dan hu l-eżempju li għandha nieħdu minn ħajjitha.
Hija l-patruna tal-ħassielha – meta jkollok xi tebgħa ma tridx tmur minn fuq xi flokk jew purtiera jew xugaman jew maktur, ftakar fil-maktur tal-Veronika!!! – u tal-fotografi – frosi tagħha kien l-ewwel ritratt u l-aktar wieħed li dam ħaj!!!

L-Erbgħa, 11 ta’ Lulju 2007

-358 - le saint du jour: San Bendittu, abbati, OSB

Qaddis tas-seklu V, imma kemm hu attwali! Benedittu kien ġej minn familja nobbli Rumana (ftit snin wara l-waqgħa ta’ l-Imperu tal-Punent). Meta kien qiegħed jistudja, f’żogħżitu, kien skandalizzat mill-imġieba ta’ xejn m’hu xejn ta’ sħabu, għalhekk ħarab lejn Subiaco fejn għex bħala eremita għal tliet snin. Ftit snin wara waqqaf monasteru f’Monte Cassino – kien l-ewwel monasteru li nbena fl-Ewropa (dan kien għadu wieqaf sat-Tieni Gwerra Dinjija sakemm xi tromba bill-Alleati ddeċieda li aħjar jibbumbardjawh ma jmurx ikun hemm xi suldati Taljani moħbijin fih! Illum hemm replika identika tiegħu). Ir-Regula li kiteb tant ġibdet nies li kellu jwaqqaf 12-il monasteru. Kien hemm min din il-popolarità dejjqitu u pprova javvelenah, imma l-kumplott falla, għax hu bierek il-velenu u neħħielu l-ħsara! Matul ħajtu qered diversi artali u idoli pagani, sakemm miet bid-deni fis-sena 547. Oħtu t-tewmija, Skolastika, hija qaddisa benedittina wkoll.

L-ewwel FESTA f’Ħ’Attard


The name says it all. Illum kelli l-ewwel esperjenza ta’ festa fil-parroċċa li qiegħed allokat fiha. Kienet il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fl-Isptar Monte Carmeli.
Kellha elementi simili u oħrajn differenti minn tal-festi li mdorri nżur. Imma kienet festa tassew sabiħa. Messitli qalbi. U r-residenti ta’ l-isptar ikunu qed jistennewha.
Il-knisja u l-vara tal-Madonna kienu armati sbieħ ħafna. Ir-relikwarju mhux ta’ min jarmih anqas (il-patri qali li tal-bronż – boq) Il-bradella fiha xi biċċiet skulturati u oħrajn interzjati. Xi żewġ sufarelli u xi tliet gabbani u banda ma naqsux. U anke nies kien hemm: residenti, familjari u oħrajn li jiġu mill-iScouts u mill-bandisti li kien hemm idoqqu. Ħadt ħafna pjaċir.
Il-purċissjoni naħseb li kienet itwal mill-purċissjonijiet tar-raħal! :( Wara kellna party żgħir bejnietna. Jien u l-4 abbatini li ġew miegħi ixxalajna u blajna kemm flaħna (naħseb qed jittieħdu mill-atitudnijiet raħħala tiegħi. Njh).

It-Tlieta, 10 ta’ Lulju 2007

-359 - il-qaddisa tal-ġurnata: il-kontessa Santa Amalburga

Illum għandna qaddisa interessatni ħafna. Kienet nobbli, għallmet lil uliedha (forsi l-bidu tal-private tuition fost is-sinjuri?), li minnhom 3 saru qaddisin. Meta kollha kibru hi u żewġha rtiraw ġo monasteru benedittin. Mid-dehra xi darba f’ħajjitha qasmet xi għadira fuq xi ħuta, jekk l-informazzjoni li sibt fhimtha sew. Boq. X’nitgħallmu minnha? Naħseb l-isbaħ ħaġa hi li l-ħajja tal-qdusija twassal biex ħaddieħor jitħajjar. Hi kienet qaddisa u kaxkret bl-eżempju tagħha lit-3 uliedha.