
Naħseb li Ġwanni l-Battista, il-
prekursur, huwa l-uniku qaddis li l-Knisja tiċċelebra t-twelid u l-mewt tiegħu. Dal-għodu kont qiegħed għall-quddiesa Ħ’Attard u Dun Ġorġ qal kelmtejn li veru laqtuni: Erodi huwa magħruf bħala sultan ħażin u kattiv u korrott u midneb u żieni eċċ, madankollu anke lilu Alla pprovdielu ċans biex jikkonvertu u jindem minn ħtijietu. Dan għamlu permezz ta’ Ġwanni.
Erodi però ħalla żifna tagħmih, u l-bqija it’s history.
Lezzjoni: Minkejja l-iżbalji (anke serji) li nieħdu, Alla xorta jibqa’ jibgħatilna l-messaġġiera tiegħu biex juruna t-triq. J’Alla ma noqtlux il-leħen ta’ Alla li hemm fina u li jista’ jkellimna permezz ta’ dawn il-messaġġiera!
No comments:
Post a Comment