
Alfons twieled f’familja nobbli u kien ġejnu għal żmienu. Ta’ 16-il sena kien diġà kisem il-lawrija ta’ avukat mill-univeristà ta’ Napli (interessanti…). Kien iħobb il-mużika u t-teatru. Aktar kemm kibet u sar jaf id-dinja inqas sar iħobbha, u ta’ 29 sena sar saċerdot. Kien speċi ta’ missjunarju f’pajjiżu stess, mertu tal-paċenzja kbira li kellu waqt il-qrar u ta’ l-istul uniku li kellu fl-omeliji. Spiss ġie kkritikat għax skond uħud kien qalbu tajba wisq mal-midinbin! Waqqaf il-kongregazzjoni tar-
Redemptorisiti. Bħala isqof ħadem ħafna biex iġedded il-kleru li kien għaddej minn dekadenza kbira. Ftit wara li rtira minn isqof minħabba saħħtu, inqala xi nkwiet għax il-gvern Taljan ried jabolixxi r-Redemptoristi għax dehru li qed ikomplu x-xogħol tal-Ġiswiti li kienu ġew sopressi ftit tas-snin qabel. Alfons uża l-għerf tiegħu fit-Teoloġija u l-kwalitajiet ta’ avukat biex mhux talli ħeles lill-kongregazzjoni mis-sopressjoni, imma talli ġabilha l-approvazzjoni tar-re! B’xorti ħażina, peress li kien kważi għama, daħku bih u ffirma regula emendata tal-kongregazzjoni tiegħu stess, waħda mfassla mill-gvern anti-klerikali! Il-Papa Piju VI ma ħax gost u warrbu mill-pożizzjoni li kellu. Kien mument iebes ħafna għalih u baqa’ jbati minn kriżi fil-fiduċja u fil-fidi kważi sa ma miet. Fl-1871 il-Papa Piju XI ħadru Duttur tal-Knisja
Lezzjoni: dak li titgħallem f’żogħżitek qatt m’hu mitluf! Min jaf forsi fi xjuħitek tiġi bżonnu! Barra minn hekk, attent f’min tafda, għax tista’ tiġik ħażina. U fl-aħħar, minkejja l-iżbalji, u forsi n-nuqqas ta’ qbil, titlef qatt il-fiduċja f’Alla!
No comments:
Post a Comment