.jpg)
Qatt ħsibt li tista’ tagħmel ġimgħa taħseb fuq l-istess episodju tal-vanġelu? Jien qatt m’għaddhieli minn rasi. Imma l-Isqof Grech uriena kif. Għamilna ġimgħa letteralment nitpaxxew bil-ġmiel tat-Tabor. Kull jum aspett differenti. U veru kellna fuqhiex naħsbu. Veru kien irtir sabiħ. Kien fih naqra minn kollox: ħin ta’ laqgħat, ħin ta’ talb, ħin ta’ komunjoni,

ħafna ikel… u sibna wkoll iċ-ċans nagħmlu 3 quddisiet ma’ l-Isqof (ċioè, hu sab iċ-ċans). L-isbaħ waħda kienet bla dubju dik li kellna fil-bażilka ta’ l-Assunta f’Ta’ Pinu. U kelli wkoll il-privileġġ nagħti lift lill-isqf bil-paqqa! Oħo!
U kif jgħidu t-Taljani: per finire in bellezza tajnieh ċurkett bħala ringrazzjament tal-ħin u l-ħsibijiet li qasam magħna. Donnu għoġbu… Xi ħadd issuġġerixxa li jtina dak li kellu f’idu. OMG! Hawn min ħaqqu xebgħa fil-għodu, f’nofsinhar u fil-għaxija.
No comments:
Post a Comment