Il-biċċa l-kbira tal-ġurnata kienet STUDJU – iff! Tielgħin! Għalfejn jiġu l-eżamijiet? Illum irrealizzajt li bħal-lum xahar nispiċċaw! Iġri jasal!
In the meantime daħħalt żewġ drammi tal-passjoni fil-PC: Elohim (maħdum f’Bormla fl-1998) u Redemptor (maħdum f’Ħal Tarxien fl-1999), it-tnejn irrekordjati minn fuq Super 1 TV – u bejn wieħed u ieħor l-istazzjoni kien bidel il-logo.
Fil-għaxija ġie jarana l-Arċisqof (ritratti aktar ‘il quddiem), kiel magħna u qalilna li se jitlob għalina waqt l-eżamijiet… naħseb aħjar jitlob għal min jipprepara l-karta u għal min jikkoreġiha! Waqt li kont qed niġbor il-patti, erġajt poġġejt in practice is-silver service li kont tgħallimt il-Mistra Village… memorji… memorji…
Wara, peress li konnha ftit u peress li llum ħabat għeluq snin il-Ġinġer, morna sa l-Imdina nieħdu xi ħaġa tal-ħelu. Dorna ma’ l-Imdina kollha u ħadd ma ried idaħħalna! Tax-Xara Palace, imbasta 5* deluxe, qalilna noqgħodu barra! Oħrajn kienu magħluqin. Fl-aħħar spiċċajna ntfajna l-Point de vue. Ħadna pjaċir.

3 comments:
ara veru Xejn Xejn Xejn Xejn sew. Aqta qalbek mil-hajja man! Sewwi mohhok bahbuh!
Hey Johnny,
il-blog tieghek jikkonferma li vera xejn Sew bi kbir inti !! .... investi f'xi haga ta gid !!
Il-policy tal-blog hija:
anonymous = not worth bothering about.
Grazzi
XS
Post a Comment