…jaħbat il-15 ta’ Awissu, meta Malta tiċċelebra l-festa tal-patruna speċjali Santa Marija, u t-tifkira ta’ meta 65 sena ilu kien daħal il-konvoj li salva lil Malta. Apparti l-aċċenni storiċi, għalina nies popolani l-festa = funzjonijiet fil-knisja, mużika sabiħa, purċissjoni, marċi, tiżjin u, ovvjament, NAR. Għalkemm dis-sena ma nafx kemm se ngawdi minnha l-festa (peress li aktar se nkun Ħ’Attard milli pajjiżi), xorta waħda nkun qed nistennieha b’ċerta ħeġġa, bħal festi oħrajn… Insomma, dis-sena naraw x’jagħmlu at Attard, where the people are more civilized…

No comments:
Post a Comment