
Illum naħseb li kellna l-aktar AGM spopolat fl-istorja ta’ l-Għaqda. Naħseb aħjar nibdel l-istatut u flok "Laqgħa Ġenerali Annwali" nsejjħulha "Laqgħa ta’
handing over fejn nittamaw li jattendu
almenu l-membri kollha tal-kumitat l-antik u l-ġdid". OMG! Anqas il-membri kollha tal-kumitat uxxenti ma kien hemm! Insomma, bħalma jgħidu l-Ingliżi:
you cannot have the cake and eat (
so why have the cake, pray?). Nikkuntentaw li kellna sena formidabbli fejn il-konkorrenza kienet dejjem aktar

milli stennejna u nħarsu ‘l quddiem bil-ħeġġa u bit-tama. Nixtieq ngħid PROSIT kbira liċ-
chairperson eċċellenti li kellna li mexxa l-laqgħa b’mod perfett (ok, nammetti, kellu aġenda tajba quddiemu), ngħid grazzi kbira lill-membri tal-kumitat l-antik li kienu preżenti u MERĦBA lill-klikka l-ġdida.
Il-Pres XeJn SeW

P.S. Dan l-AGM kien storiku għal żewġ raġunijiet oħra: għall-ewwel darba ġie mqassam "Logos" fih u għall-ewwel darba l-Melita Theologica ħabbret qliegħ ta’ 54.34%.
No comments:
Post a Comment