Il-Ġimgħa, 11 ta’ Mejju 2007

L-assembly mal-minor

Dal-għodu kellna l-aħħar attività bħala GMV – l-assembly mat-tfal ta’ l-iskola kollha, li fih, għall-unika darba fis-sena, nagħmlu reklam espliċitu tas-sejħa saċerdotali. Bdejna bit-tajjeb meta l-projector ma riedx jaqra d-dvd fil-laptop. Tlajt ġirja sal-kamra nġib id-DVD video u sa ma nżilt kollox kien qed jaħdem sew. Anqas ħaqq il-ġirja. Wara ma nafx x’kien qed imur ħażin u spiċċajt nargumenta ma’ persuna… importanti… dwar il-ħelu li kellna nagħtu lit-tfal wara li nispiċċaw. Nimmaġina li konnha ħelwin żewġ tadamiet ħomor inħokku mneħirna u nitkellmu f’wiċċ xulxin. OMG! Wara wieħed għalliem, meta għaddielu d-daħk ġie jistaqsini (jew jikkongratula ruħu miegħi) kif irnexxieli nifqgħu dal-għodu. O MY G! Wara bidu naqra ppanikkjat (fejn introduċa dak il-persunaġġ… importanti… u qal li “din ħadu ħsiebha s-seminaristi taħt it-tmexxija ta’ Jon. Hawn hu Jon – kont warajh – issa għamilna paċi” O M G!) kollox mar tajjeb. Alemnu jien kuntent avolja hemm min il-biċċa li għamel hu m’għoġbitux. Anyway, his problem, not mine. Issa niddikjara l-GMV UFFIĊĊJALMENT XOLT. Min kien jgħid li ma konnha nagħmlu xejn jista’ jmur isaqqi l-ħass u jfittex passatemp ieħor.

2 comments:

Anonymous said...

xolt il GMV????? Mnejn sa fejn? Il-Kbir ghadu gej!!! U hallik mill-ezamijiet ja nerd. Insomma Zammejt ir-reputazzjoni tieghek ta: xejn sew!!! Jew ahjar L(oser)

Ganni x-XeJn SeW said...

Qed niehu gost nara li zdied fan gdid mal-folla li ga ghandu dal-blog. ;)