Il-Ħadd, 20 ta’ Mejju 2007

TLIET DARBIET f’ġurnata!

Minn dan l-aspett patrikulari illum kienet ġurnata terribbli. Tiskanta kif ħafna drabi tkun taf li ħaġa hija vera, imma qisek ma trunx trid tismagħha… din xi tkun hux? Forsi xi forma ta’ ribelljoni kontra r-realtà? Boq.
Insomma. Illum waqt l-ikel konnha qed inqassmu jien u l-iljun. Kelli xagħari mkaħħal bil-gel, kif ħadtha drawwa mill-1 ta’ Mejju ‘l hawn. U bdejt inħoss xi dubbiena ddur ma rasi. Peress li meta kont għadni l-aqwa waiter il-Mistra Village kont tgħallimt li hija kontra l-iġene li tħokk xagħrek waqt li qed tqassam l-ikel, dort fuq l-iljun u saqsejtu hemm xix dubbien mqabbda ġo nofs ix-xagħar bil-gel. X’wieġeb? “Le, kieku tkun tidher!”
Wara l-ikel konnha qed inpaċpċu jien, soru u l-Mater. U f’daqqa waħda, out of the blues, il-Mater qalet: “kemm qed jidħollu xagħru lil Johnny hux!” Jien bqajt inħares lejha. Tipo: ok, grazzi. Ma nafx x’kien… qatt ma naf li l-mater qatt ħadet daqshekk kunfidenza li ċċapashielek ma’ wiċċek b’dak il-mod…
Ta’ fil-għaxija imma kienet l-aqwa. Mort sa tas-Sliema ma’ saċerdot ħabib tiegħu li kont fil-parroċċa miegħu das-sajf u hekk kif ħriġna mill-karozza qalli: “X’tiqriegħ!” Hello!? Kemm ilek tqrar għadek qatt ma tgħallimt li hemm mod u mod kif tgħaddi l-aħbarijiet ħziena!? Bad day… terrible day!

5 comments:

Anonymous said...

the photos prove their point.

Ganni x-XeJn SeW said...

they do.

Anonymous said...

prosit johnny x daqxejn qara hamra dik :P

Anonymous said...

x misthija kieku jien nilbes beritta, jew maktur tal pirati! ax ma tiprovax xi treatment biex ikabbar ix -xaghar?

francescatherine said...

Bother dear, FQAJTNI! Ix-xoghol spiccaw iharsu lejja qisni 'XejnSew'
Kif irnexxielek tiehdu dak ir-ritratt