Il-Ħadd, 27 ta’ Mejju 2007

Il-velja ta' Pentekoste

Illum kellna l-velja ta’ Pentekoste
Did-darba l-Ispirtu s-Santu naħseb li spira lill-Kummissjoni Liturġika u lis-Segretarjat tal-Kleru ta’ l-Arċidjoċesi tagħna biex jagħmlu quddiesa kif inhu xieraq flok xi talent show tedjanti u allarmantement twila żżejjed bħalma ħolmu li jagħmlu s-sena l-oħra. Forsi l-Arċisqof il-ġdid daħħal naqra sens fiha l-affari. Naturalment kellha ssir xi ħaġa naqra oriġinali (inkella għala ssir?!) u l-quddiesa kellha sitt qari u ħames salmi – u l-ewwel qari proprju tal-ġurnata kien l-aħħar wieħed. Ara veru trid tkun il-Kurja ta’ Malta biex toħlom b’dawn… in-novelties. Għal mument ħsibt li eġajna qed nagħmlu l-vġili ta l-Għid! Mill-bqija kienet sabiħa. L-omelija ta’ l-arċ kienet eċċellenti.
Kien hemm statwa ta’ Karlu Darmanin tal-Madonna ta’ Lourdes qisha waħx fuq il-palk/presbiterju (ma nafx x’kienet qed tagħmel hemm). Żgur li kienet storikament żbaljata għax meta l-Madonna dehret lil Bernadette kienet liebsa ‘libsa bajda b’faxxa kaħla. Din kienet liebsa anything but that. Il-libsa kienet donnha xi vjola mitfi u l-faxxa ma stajtx niddeċifra sewwa x’kulur kienet. Il-prepost insista li kienet gold. I have my doubts. There could have been gold once… but now it’s quite poor. U meta nċesaha l-arċisqof minn x'imkien bdiet mota b'żewġ mini-qniepen. Il-prepost qal li kienet ġejja mill-knisja ta' Santa Katarina u Sant'Antnin fejn hija kkonservata dik l-istatwa. Nittama li hija kkonservata sewwa 'l bogħod mid-dawl u mill-għajnejn ma jmurx xi ħadd jisirqilha l-gold.
Fuq wara kien hemm poster daqshiex ta’ Dun Ġorġ bl-Ispirtu s-Santu warajh (ikkuppjat mill-faċċata ta’ l-ewwel enċiklika tal-Papa Deus Caritas Est, edizzjoni tal-Libreria Editrice Vaticana) bil-kliem ‘Sliem għalik San Ġorġ Preca' u xi ħaġa oħra. E mela ġa sar qaddis? Kemm mingħalija kellu jiġi kkanonizzat nhar il-Ħadd li ġej! + din mhux velja ta’ Pentekoste kellha tkun? Jew ġiet trasformata f’xi viġilia antiċipata ta’ San Ġorġ? Boq.

2 comments:

Anonymous said...

Filwaqt li nammira l-kritika kostruttiva, u xi kummenti li jingħadu fuq dan il-blog li xi ftit minnhom għandhom bażi ta verita' ma nistax ma ngħaddix kumment fuq xi ħaġa li jiena ma naqbilx magħha.

Inkiteb kumment għax fuq il-background tal-velja kien hemm: "‘Sliem għalik San Ġorġ Preca' u xi ħaġa oħra. E mela ġa sar qaddis? Kemm mingħalija kellu jiġi kkanonizzat nhar il-Ħadd li ġej! + din mhux velja ta’ Pentekoste kellha tkun? Jew ġiet trasformata f’xi viġilia antiċipata ta’ San Ġorġ?"

Jiena personalment naħseb li Dun Ġorġ ilu qaddis, u huwa issa li ser jiġi ddikjarat mil-Knisja nhar il-Ħadd. Dan ma jfissirx li milux igawdi l-glorja tal-ġenna ħafna iktar. Pero' l-Knisja tħoss li nies li taw eżempju tajjeb u għexu l-virtujiet kardinali għandhom jitqedu għal qima fuq l-artali biex hekk ikunu ta' eżempju għalina u nkunu nistgħu nimitawhom, għax huma imitaw lil Kristu. Ma nara xejn ħażin billi lil Dun Ġorġ insejħulu qaddis min issa la darba nafu mill-konċistorju li huwa għadda mill-proċeduri kollha meħtieġa li l-Knisja qegħdet biex teżamina ħajjiet tajbin.

Barra min hekk kont taħt l-impressjoni li l-Vġili ta' Pentekoste kellha s-servi wkoll bħala preparazzjoni għal-Kannonizazzjoni, li fl-opinjoni tiegħi kienet idea ferm tajba, għax wara kollox kif għandna nipreparaw ruħna għal ħaġa bħal din jekk mhux magħqudin mar-Ragħaj Spiritwali tagħna, bħala Knisja waħda, f'attivita djoċesana, u flimkien niċċelebraw l-isbaħ talba tal-Knisja: Il-Quddiesa.

Filwaqt li ngħidlek prosit ta' dan il-blog, nifraħlek li rnexxilek iżommu daqshekk updated għal żmien daqshekk twil. Jalla tkompli sejjer hekk - għax barra li toffri ideat differenti fuq dak li jkun għaddej, il-kummenti ikunu tajbin u tagħti stampi ċari ħafna.

Ganni x-XeJn SeW said...

Grazzi tal-kummenti. Inroddlok, fuq li nroddlok, talli nroddlok hajr. :P