
Insomma wara li smajna l-avviż “Niddikjara l-fiera 2007 magħluqa, niddikjara l-fiera 2007 magħluqa. MAGĦLUQA SINJURA! Nitlob lill-voluntiera
jinġabru biex iżarmaw u nsejjaħ lis-seminaristi biex jinżlu ħalli jgħinu. Grazzi” kellna bħal tfal bravi ninżlu. Bħal donnu ftehmna konnha kollha (jew kważi) bl-istess flokk – konnha qisna baħrin, jew kif jgħidu, tal-Gozo Channel.

Jien messni ngeżwer u nitfa’ d-drapp ġol-kaxxi. Il-Lady Boss li kellna aktar ħadet grazzja ma’ l-ieħor milli miegħi u kellha l-wiċċ vili tgħidli!! U qaltli li żgur ma tiġix tqerr għandi ma mmurx ingerfixha. Naf li għandi appeal qawwi… imma OMG! ingerfex in-nisa waqt il-qrar gravi! Insomma, biex inpattihielha, kienet warrbet biċċa drapp bajda (bla ma ħallset) biex tpoġġiha fuq il-windscreen u ppakkjajtha ma’ l-oħrajn. Njh njh njh. Imbagħad morna npoġġu (ehm) kollox pulit (ehm ehm ehm) fil-garaxxijiet. Nesew jibgħatu Lady Boss hemm
u… sen’oħra se jieħdu qatgħa meta jidħlu fih. Affarijiet li kienu jidhru żmagati, qodma u bla użu bdew jispiċċaw fl-iskip… ma nafx għal liema raġuni kien hemm gozz ippruvaw jitfgħu hemm ukoll xi ħaġa kbira liebsa bħalna, li kienet tiċċaqlaq u tgħajjat…

Ir-ritratti juru:
Wieħed li ma jafx xi jrid jagħmel bis-sellum
Ieħor ma jafx xi jrid jagħmel bis-sellum
Wieħed li jaħseb li ‘tieħu r-ritratti ta’ l-oħrajn jaħdmu’ huwa tip ta’ xogħol
Wieħed b’saħħtu ħafna
Żewġ boloh, wieħed iktar mill-ieħor.
U l-police!
No comments:
Post a Comment