It-Tnejn, 21 ta’ Mejju 2007

Il-mixja tad-Domma tat-tnissil bla tebgħa tal-Madonna

Dal-għodu, fil-lezzjoni ta’ qabel ta’ l-aħħar tal-Marjoloġija, il-profs spjegalna l-mixja ta’ 1854 sena ta’ storja ekkleżjastika sa meta l-Knisja pproklamat b’mod definit li d-duttrina li Marija ġiet meħlusa minn kull tebgħa tad-dnub sa minn qabel it-Tnissl tagħha bħala domma ta’ fidi li għandha tiġi mħarsa mill-Kattoliċi kollha. Ovvjament jien imressjonajt lill-profs meta antiċipajtu u għedt il-formula maġika: potuit decuit fecit. (Suppost potuit, decuit, ergo fecit, imma l-ergo ħallejtha barra għax is-sorsi li minnhom kont sirt naf dil-formula kienu nesewha…)

U speaking of dawn is-sorsi: niftakar xi snin ilu kont qrajt feature li fih kienet ġiet itrattata d-domma ta’ l-Immakulata. Kien hemm xi differenzi bejn dak li qal il-profs illum dak li kont tgħallimt mill-feature snin ilu. Kien hemm ukoll, ovvjament, affarijiet simili. Per eżempju: li d-domma ġiet iddikjarata mill-Beatu Papa Piju IX f’Diċembru 1854 fil-bolla Ineffabilis Deus. S’hemm biss qbilna jekk niftakar sew.

3 comments:

Ganni x-XeJn SeW said...

Hmmm din l-entry kwazi qed thabbatha ma' dik ta ftit granet ilu fejn hallejt ritratt tal-qargha tieghi ghall-ammont ta' kummenti (anonimi) li qed taqla'. Kif jghidu l-Inglizi: "That's where filtering comes in handy!"

Jon said...

Interessanti. Min kellu ragun?

joshua said...

Hey, so nice to have found this blog of yours, so interesting. I sure hope and wish that you take courage enough to pay me a visit in my PALAVROSSAVRVS REX!, and plus get some surprise. My blog is also so cool!