Għadni kemm ħriġt mit-test tal-ħajja kkonsagrata. Wow! Illum l-ewwel darba f’5 snin li ħriġt l-ewwel mill-kors. Oħo! Il-verità kienet li tant studjajt ftit li meta eżewrejt l-ideat li kelli (li mhux neċessarjament kellhom x’jaqsmu ma’ dak li kien qal Turu fil-lezzjonijiet), ħriġt għax ma kienx hemm raġuni għala nibqa’ hemm.
Issa għal tal-morali, l-aħħar test. Qabel il-finals!!
Il-punti prinċipali ta’ dak li se niktbe huma dawn:
Issa għal tal-morali, l-aħħar test. Qabel il-finals!!
Il-punti prinċipali ta’ dak li se niktbe huma dawn:
- att jidħol fl-ambitu tal-moralità biss jekk huwa volontarju
- att morali huwa magħmul minn 3 affarijiet: intention, object, circumstance (it-“10c” biex niftkar!)
- hemm żewġ fini għal kull att: il-finis operis (l-azzjoni fiha nfisha) u l-finis operantis (dak li għandu f’moħħu l-aġent ta’ l-att).
- S. Tumas ma kienx jara differenza bejn dawn it-tnejn għax kien jemmen li jekk il-finis operis huwa ħażin, allura l-azzjoni kollha hija ħażina. U kellu raġun. Hu kien jiddistingwi bejn il-materja morali u l-materja fiżika. L-istess azzjoni tista’ tkun jew tajba jew ħażina, skond iċ-ċirkustanza morali li tkun fiha. Eż: sess bejn koppja miżżewġa hija azzjoni tajba; sess bejn koppja mhux miżżewġa hu azzjoni ħażina.
- Veritatis Splendor tgħid li jekk l-oġġett ta’ l-att huwa ħażin, l-intenzjoni tista’ tkun l-aktar ħaġa nobbli u l-konsegwenza tista’ tkun l-aqwa waħda, imma l-att xorta jibqa’ ħażin.
- L-intenzjoni u ċ-ċirkustanzi jistgħu jagħmlu ħażina azzjoni li fiha nfisha hi tajba. Eż jekk tisraq biex tagħti lill-fqar (Robin Hood syndrome), l-għan huwa tajjeb, imma l-mezzi huma ħżiena, so l-azzjoni kollha hi ħażina. Eż. Jekk tkun kompliċi ma ieħor f’serqa u fil-qorti tiddeċiedi li tgħid il-verità bl-għan li twaħħal lil sieħbek u tiffranka mis-sentenza, l-azzjoni hi tajba imma l-intenzjoni hi ħażina, so l-azzjoni kollha hi ħażina.
- Lejn tmiem il-medjuevu xi teologi ħarġu bit-teorija tad-double effect biex ikun hemm xi forma ta’ gwida f’każijiet ambigwi. Dan illum ġie sfruttat minn teologi proporzjonalisti u konsegwenzjalisti. Għal dawn jekk l-intezjoni ta’ l-aġent hi tajba, allura l-azzjoni li t-teoloġija tradizzjonali ssejħilha ‘ħażina’ huwa jgħidulha ‘ontic evil’ jew ‘premoral evil’, iġifieri mhux ħażina. Għalihom it-tajjeb hu l-ħażin huma kunċetti astratti u l-konkret huwa magħmul biss mill-intenzjoni ta’ l-individwu u mill-konsegwenzi ta’ l-azzjoni. Jekk l-intenzjoni hi tajba u l-konsegwenzi huma aktar tajbin milli ħżiena, allura anke att ħażin jista’ jagħmel azzjoni tajba.
- Veritatis Splendor tikkundannhom. Fosthom nistgħu nsemmu lil Curran, Schuller, Jansens, McCormick, Knouer, Fuchs u oħrajn.
Jekk ma jikkuntentax b’dan jista’ jmur jaqbad kopja tal-Veritatis Splendor u jikolha fil-break.
No comments:
Post a Comment