It-Tnejn, 30 ta’ April 2007

Aktar minn Ħ’Attard….

Il-Ħadd, meta ħabat proprju jum il-Vokazzjonijiet, erġajt mort sal-parroċċa l-ġdida li ġejt assenjat fiha. Kelli hemm żewġ quddisiet – u veru kienu esperjenzi sbieħ. Apparti xi qassis li waqqagħli wiċċi l-art iparla quddiem sala nies dwar id-degrees li għandi u l-istudju li għamilt. Bla bla bla. Naħseb bdejt nixgħel bil-mistħija.
Fl-ewwel quddiesa, li kienet tat-tfal, l-omelija għamilnieha speċi ta’ “staqsi u nwieġbek”. Min ried fost it-tfal, qagħad isaqsini fuqi, xi nħobb, eċċ. Meta ġejna għall-ħbiberija ma’ Ġesù, bdejt insaqsihom jien x’jagħmlu mal-ħbieb biex il-ħbiberija tibqa’ ħajja: nigħab magħhom, nislifhom l-affarijiet, nilgħab magħhom, insejt, nislifhom l-affarijiet, nilgħabu… Fl-aħħar staqsejthom “Jaqaw Ħ’Attard il-ħbieb ma jitkellmux bejniethom!?” – il-punt li ridt inwassal kien li jgħiduli li jitkellmu biex noħroġ l-importanza li nitkellmu ma’ Ġesù fit-talb… dah! Wara komplejna bil-mistoqsijiet: La ridt issir gwida tat-turisti xi dħalt tagħmel għal qassis? Tħobb tilgħab football? X’kienet l-aktar esperjenza li kisritek quddiem in-nies? Il-kappillan beda jbiddel il-kuluri u waqqaf il-priedka “għax sar il-ħin”. OMG, children. Mill-bqija veru ħadt gost u ħassejtni milqugħ ħafna. Se tkun xi sena tal-ġenn mid-dehra.

Il-laqgħa ta’ l-Unità 16…

We-ell, apparti l-fatt li bdejna tliet kwarti tard peress li kien hemm nuqqas ta’ ftehim car gravi minn xi partijiet konċernati, il-laqgħa tal-KPPs tal-ħames parroċċi tagħna kienet interessanti aktar milli bsart. Oħti, li kienet x’imkien tilgħaq ix-xemx u wara marret tieħu kafè x’imkien naqra posh mat-tifla ta’ l-imħallef, ma qagħditx lura milli tibgħatli l-updates kull tant ħin biex tgħini nħossni qed nixxala magħha flok nisma’ r-rapporti dwar xogħol li rnexxa u xogħol li falla. Jien ovvjament tajtha xi updates interessanti mil-laqgħa… u kien hemm affarijiet interessanti ferm. Speċjalment xi mistoqsija li kellha tieħu minuta, imma li kienet twila 3 paġni A4 u li aktar kienet tixbaħ lil xi polemika dwar kwistjoni ta’ siegħat meta jiġi armat naqra drapp aħmar! U ajma! Some people really should give up on life!
Wara, il-quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof kienet sabiħa ħafna. U kien hemm koċċ nies sew. Meta l-arċipriet ippreżentalu ritratt meħud u żviluppat dakinhar stess, il-ħarsa ta’ fuq wiċċu kienet ħaġa li rari tarha. Veru kas ta’ io c’ero! Fil-party ta’ wara kelli xalata npaċpaċ ma’ ex-abbatini taż-Żurrieq, li issa… ehm… kibru biex jibqgħu abbatini. Dħakna tnejn!
Irnexxieli nippreżenta lil ommi lill-Arċ – ħa pjaċir (avolja ma nafx biex ma jieħux pjaċir. Nikkoreġi, forsi xi polemika dwar drap aħmar ma tantx togħġbu… njh njh njh). U ħadna ritratt tal-KPP tar-raħal miegħu (“Ritratt ieħor ma’ Jonathan!?” Ibgħatha bil-posta, Pawl!)
Fil-għaxija mbagħad kelli diskursata bl-sms ma’ wieħed sieħbi li kien l-iskola miegħi u li issa qiegħed il-Belġju. In-numru ilni li bgħattu mal-kunjata-to-be mis-Sajf, imma issa ħolom li jikteb! Lanqas qalli min hu fl-ewwel sms – imma ovvjament għaraftu peress li, skond kliemu stess, ma naf lil ħadd lokwaċi daqsu! Jew inkella għax jien veru tajjeb għandi memorja formidabbli.

Is-Sibt, 28 ta’ April 2007

F’Ħ’Attard għall-ewwel darba

Illum kienet ġurnata storika. Għal diversi raġunijiet. L-ewwel waħda, li it came quite as a shock, kienet li għall-ewwel darba f’sitt snin seminarju fil-kuritur tiegħi wieħed seminarista (mhux tal-kors tiegħi, dawk għandhom moħħ aktar minn hekk) ħalla l-iżveljarin issettajat u telaq ‘il barra. U dan l-arloġg beda jdoqq u baqa’ jdoqq. Żarżarli widnejja u kont se nifqa’ l-bieb… Imma minħabba li mhix deċenza tidħol f’kamret ħaddieħor bla permess ikkontrollajt l-istint. B’mod aktar ċivili u kontemporanju, infurmajt lil sidu permezz ta’ sms. Xejn. Ċempiltlu. Mobile mitfi. Prosit!
Irnexxieli nagħmel diversi siegħat nistudja – kważi lestejt il-morali taż-żwieġ. Viva Doms u Hilderbrand!
Fil-għaxija għamilt l-ingress fi-knisja parrokkjali ta’ Ħ’Attard. Naħseb li darbtejn biss kont dħalt fiha dik il-knisja – ħafna snin ilu meta konnha morna nduru s-seba’ Santa Marijiet u fl-2003 biex nieħu ritratt tal-vara tal-Madonna tar-Rużarju. Ikolli nammetti li sabiħa ĦAFNA. Imma żgħira. Liż-Żronnie għedtlu li jekk jazzarda jerġa’ jgħid li ta’ l-Imqabba iżgħar, intih waħda ġo ħalqu!
Għamilt il-priedka djalogata mal-kappillan. Ħadt pjaċir. Veru li kisirni kisra tal-mad… għax meta ppreżentani lin-nies qalli “Għidilna xi ħaġa fuqek. Nafu li int twil u li ntelliġenti ħafna!” OMG! Ir-reputazzjoni timxi qabli. U biex intih risposta tajtu rispota twila ħafna għal kull mistoqsija li għamilli, minkejja li l-mistoqsijiet tahomli qabel il-quddies eżatt. Njh njh njh. Issa la nibda nippriedka naraw x’għerf joħroġ! Naturalment meta kont qed nippreżenta lili nnifsi ma stajtx ninsa ngħid li noqgħod l-Imqabba, parroċċa pjuttost ‘il bogħod u differenti minn Ħ’Attard, imma li hija ddedikata lill-Madonna wkoll, u lil Santa Marija. In-nies daħkuha! Naħseb li nieħu gost hemm.

Il-Ġimgħa, 27 ta’ April 2007

Il-lettorat tal-Karmelitani

Fil-għaxija konnha mistednin minn sħabna l-Karmelitani, Vic u Dan, għaċ-ċerimonja ta’ l-għoti tal-ministeru tal-lettorat lilhom. Wara sirna nafu li s-soltu jistiednu biss lil tal-familja – wow, lilna jqisuna kważi daqs ħuthom!!
Wasalna hemm (il-Fleur de Lys) madwar kwarta qabel bdiet il-quddiesa. Il-prepost kien inkwetat.com għax peress li l-knisja mhix mill-kbar basar li se nkunu bil-wieqfa. Imma, minkejja l-merti ridotti tal-knisja (li kellna okkażjoni nitkellmu dwarhom sakemm bdiet il-quddiesa), sibna post tajjeb u kellna għażla vasta minn fejn ngħażlu. Għamlu l-fuljetti tal-kant (li kien sabiħ ħafna, by the way) u ma’ l-ewwel daqqa t’għajn ħsibthom poġġew lil Sant Marija Goretti jew Sant’Anjeże mal-faċċata; għedt “dawn x’laqathom!?”
Il-quddiesa kienet sabiħa, u ġabitli ħafna memorji tal-lettorat tiegħi u ta’ sħabi, kważi sena ilu (forsi ta' min fl-anniversarju npoġġi xi ritratti, min jaf?). Orrajt, it-talba kont insejtha u ħsibt li din tal-lum kienet itwal… imma ħarsa waħda mingħand il-Fusa kienet biżżejjed biex ninduna li kelli żball. Ħadna pjaċir.

Eħħħ… il-morali taż-żwieġ…

Illum bdejt nistudja The Sacrament of Marriage. Interessanti. OMG! 4 snin ilu kont neħu n-noti b’mod atroċi għall-aħħar. Kważi niskanta kif kont nistudja!!! Imma nsomma, ilgħab minn hawn u aqra minn hemm, u ddeċifra min-naħa l-oħra (biex ma nsemmux ‘assumi’ kważi minn kullimkien), b’xi mod l-istampa qed terġa tifforma. Tiftakruhom it-tria munera taż-żwieġ nisrani? Le? Jien iva! Njh njh njh.
Il-problema kienet li minħabba ċertu storbju rurali taħt it-tieqa tal-kamra tiegħi, iddeċidejt li mmur nistudja ġol-librerija. Poġġejt ħdejn il-Leo. L-ewwel xi s-Seggy biex naqralu biċċa ebrajk minħabba l-preżentazzjoni ta’ l-esiġesi (eħħ… imbasta dawk ix-xhur kollha nitbagħal mal-lingwa, biex ġa kważi erġajt qed inbati biex naqra!!). Wara spiċċajna għamilna xi siegħa u nofs inpaċpċu fuq ir-rikorsi u n-nuqqas tagħhom, kif ukoll dwar ċerti misteri (relatati mar-rikorsi, naturalment) marbutin mal-parroċċi tagħna… Studju. Ħa!
Wara nofsinhar irnexxieli nerġa nispiċċa ndaħħal fil-pc il-film Camille. Nispera li did-darba jinħaraq, mhux bħall-aħħar darba. Naħseb li hu l-isbaħ film ta’ Garbo, la divina.
Sadattant ħraqt diversi films minn nhar il-Ħadd ‘l hawn, fosthom: tnejn ta’ The Scarlet Pimpernel, The cat from outer space u Things to come (ġagħlni nitkellem bil-maqlub). Al, daqt ikolli nibgħatlek lista updated!

Il-Ħamis, 26 ta’ April 2007

I LUV my sisters

Sisters (siblings, not nuns) tend to be very, VERY different. I received this email avec 25 things women do not know (basically courses in everyday living, set by men). And obviously I forward it to them. The elder answered back saying she did not hear about them and proceeded to talk about Italy and some coming wedding. The younger, VERY tongue in cheek answered back, saying she DID hear about them, and gave proof and answers. Amazing.

25 Things Women Don't Know
Women think they already know everything, but wait…training courses are now available for women on the following subjects:
1. Silence, the Final Frontier: Where No Woman Has Gone Before –
Heard of it, don’t intend to go there any time soon
2. The Undiscovered Side of Banking: Making Deposits -
Yep
3. Parties: Going Without New Outfits –
Yep but it doesn’t mean I like it
4. Man Management: Minor Household Chores Can Wait Till After The Game –
minor can, the major can’t – Get down to work
5. Bathroom Etiquette I: Men Need Space in the Bathroom Cabinet Too –
buy an electric shave; it minimizes the mess as well
6. Bathroom Etiquette II: His Razor is His –
I wax
7. Communication Skills I: Tears - The Last Resort, not the First –
the first is a solid wood rolling pin
8. Communication Skills II : Thinking Before Speaking –
My mind works in perfect synch with my mouth
9. Communication Skills III: Getting What you Want Without Nagging –
we don’t nag, we request
10. Driving a Car Safely: A Skill You CAN Acquire –
so is not showing off, when you acquire that we acquire this
11. Telephone Skills: How to Hang Up –
politely with the proper goodbyes
12. Introduction to Parking –
I consider myself an expert
13. Advanced Parking: Backing Into a Space –
I park in Sliema
14. Water Retention: Fact or Fat –
Fact (fat only when men comment)
15. Cooking I: Bringing Back Bacon, Eggs and Butter –
throwing food into a frying pan is not REALLY cooking
16. Cooking II: Bran and Tofu are Not for Human Consumption –
take it up with the nutritionist
17. Cooking III: How not to Inflict Your Diets on Other People –
cook your own stuff if you don’t like what on today’s menu
18. Compliments: Accepting Them Gracefully –
I do (and fish for more)
19. PMS: Your Problem…Not His –
if he wants to stay around he has to put up with it
20. Dancing: Why Men Don't Like To –
because you’re clumsy
21. Classic Clothing: Wearing Outfits You Already Have –
fashion for women changes more often than men’s
22. Household Dust: A Harmless Natural Occurrence Only Women Notice –
Mistake! An occurrence that closes of your sense of sight, smell and touch hence the need to remove it
23. Integrating Your Laundry: Washing It All Together –
Go ahead if you want to go out in your white shirt turned pink because of our red top
24. Oil and Gas: Your Car Needs Both –
That’s where service stations and mechanics turn in handy
25. TV Remotes: For Men Only –
The remote is yours, the control is ours
Got me giggling helplessly. giggle giggle.

It-Tlieta, 24 ta’ April 2007

Les graffiti des notes – 02

Did-darba għandi għalikom żewġ scans esklussivi: waħda li turi t-talent li għandi fil-line drawing (naħseb xi ħuta qed tittewweb – probabbli kont qed nittewweb jien ukoll), l-oħra biċċa filosofija ta’ livell għoli ħafna u li trid ħafna għerf biex tasal għaliha. It-tnejn meħudin min-noti tal-Principles of Moral Theology, it-tpinġija tal-5 ta’ Novembru 2002, il-kowtazzjoni mill-aħħar lezzjoni qabel il-vaganzi tal-Milied, 17/12/02.

Innutajt ukoll li bdejt miexi ‘l quddiem fl-ortografija ta’ l-ismijiet. Minn Paul Liqueur għaddejt għal Paul Recur. Nearly there, but not quite yet. X’imkien semmejt ukoll lil Anthony Giddins. Spelling, Jon, spelling.


L-ewwel car wash

Wara l-priceless moment għand l-iScan, waqt li kont tiegħla lura s-Seminarju għaddejt s’għand l-EN Flight biex naħsel il-karozza għax kienet saret kannella, grazzi għax-xita tal-ħamrija li għamlet il-ġimgħa l-oħra (u anke biex inħossni għamilt xi ħaġa bis-sens wara umiljazzjoni bħal dik!!!). Il-paqqa ġiet tleqq. Nice, nice.
Tlajt lura s-Seminarju. X’tagħmel biex il-karozza ma terġax timtela’ bir-trab malajr? Tgħattiha!! 100/100. Prosit. Ħriġt il-cover mill-boot u tfajtu fuq is-saqaf u l-bonnet biex ngħattiha. U kien mimli trab u reġgħet ġiet orrenda bħal qabel. Give up Jon. It is a bad day.

Ir-ritratt u l-video clip (meta jaslu) huma esklussivi, meħudin minn ġol-karozza waqt li din kienet qed tinħasel.

Priceless

Mela llum ġratli waħda li QATT ma kont nobsor li setghet tiġrili. QATT ma kont nimmaġina li stajt naqa’ daqshekk fil-baxx. Bl-ingliż tinstema’ isbaħ: I never believed I could stoop* so low.
L-istorja bdiet il-bieraħ waqt li kont qed nibgħat xi emails. Kont għadni kemm bgħatt l-artiklu lill-Għaqda Karmelitana u Banda Queen Victoria taż-Żurrieq u kont qed nikteb lill-E.T. Mons Isqof Grech dwar xi dati għas-sajf. Iċċekkjajt sewwa x’dati kelli bżonn minn fuq il-kalendarju tal-PC (kemm hu effiċjenti jkollok kollox miegħek fuq screen wieħed! Eħħ.. il-progess!!) u komplejt nikteb. Hekk kif għalaqt il-kalendarju l-antivirus donnu għamel automatic update u ġabli messaġġ li huwa skadut. Kif tfejt dak il-messaġġ ġie messaġġ ieħor mill-paġna ta’ l-email li qalli li l-paġna kellha security error, proceed? Jien għamiltlu ‘yes’ u l-paġna ntfiet. Mm? Erġajt ippruvajt nidħol imma ried jidħol b’xejn. Ippruvajt nidħol f’paġni ta’ emails oħra u kollox ħadem regolari. F’dik biss ma riedx jidħol. Ġibt liż-żgħir jiċċekkjali, imma ma setax jaqbad art. Innota li l-antivirus beda jġib li ilu ma jkun updated 122 ġurnata. Sa fil-għodu stess kien updateja!!! Għamiltlu check for updates u ġab li hu fully updated, imma xorta meta ftaħtu baqa’ jgħid li kien out of date. Iċċekkjajt dik l-istess email mill-PC ta’ sieħbi ta’ quddiemi u ħadem. Ippruvajt fuq tiegħi u xejn. Kont se naqbdu u narmih mit-tieqa! Iddeċidejt li naqlagħlu l-cable ta’ l-internet biex ma jidħolx xi virus waqt li bil-lejl ħraqt DVD-convert ta’ l-Arti Siekta (Tas-Sliema x2, l-Imsida, l-Imdina u ż-Żejtun x0.5). Għamilt f’rasi li nqabbdu l-għada qabel is-6:00, x’ħin suppost jagħmel l-automatic update.
Hekk għamilt, imma xorta baqa’ jinsisti li out of date u li l-web page kella security error. Grumble grumble grumble. Żarmajtu u ħadtu miegħi l-università biex nieħdu għat-tiswija wara.
Mort minn fejn xtrajtu, l-iScan, f’xi l-10:30. Spjegajt lit-technician x’ġara u tani d-default answer: Format! Kont se nisplodih u ssuġġerejt li forsi aħjar l-ewwel naraw x’hemm qabel ma nagħmluha fatta, x’taħseb? Xegħlu, qabbdu ma l-internet, gerfex minn hawn u gerfex minn hemm u pprova dan u pprova dak u... xejn. Kont se narmih fit-triq forsi tkissru xi karozza!! Imbagħad lit-technician ġietu l-idea formidabbli li forsi kien hemm xi ħaġa ħażina bl-Explorer u ddownloadja l-Mozilla Firefox. Ipprova jidħol f’dik il-web page u... xejn. Imma did-darba l-messaġġ li ġab, barra milli qal li l-paġna għandha security error, qal ukoll li l-PC kellu data aktar futura milli kienet tas-security certificate tal-web page.
Dak il-ħin daqqet qanpiena f’moħħi u għedtlu jiċċekkja d-data tal-PC minn fuq il-kalendarju tiegħu stess. Id-data kienet timmarka 24 ta’ AWISSU flok ta’ April! Li ġara kien li wara li ċċekkjajt id-dati l-bieraħ, flok għafast cancel għamilt ok u tfajt il-PC 4 xhur ‘l quddiem! Il-web page tgerfxet għax filli kienet f’April u filli sabet ruħha f’Awissu u għalhekk ingħalqet u ma setgħetx tinfetaħ mill-ġdid, waqt li l-antivirus ma setax isib update għal Awissu għax dan l-update għadu ma jeżistix! Irranġajt id-data u kollox ġie għan-normal.
OMG! Anqas ħaqq kemm gerfixna u ġrejna u ppruvajna xorti (biex ma nsemmux kemm għdet xorti!). Veru stħajt. Meta jkollkom bżonn kalendarju użaw wieħed tal-karti, milli jqassmu l-każini fil-bidu tas-sena, tużawx tal-PC għall-għażż għax tista’ tiġikhom ħażin ħafna!

(* © Ms. C. G.)

Il-Ħadd, 22 ta’ April 2007

Ħal Għargħur jilqa’ r-ragħaj spiritwali ġdid tiegħu

Illum Dun Albert Schembri ħa l-pussess tal-parroċċa ta’ San Bartilmew/Natanael ta’ Ħal Għargħur. Il-funzjoni sħiħa kienet formidabbli. Qaddes l-Arċisqof, kien hemm ħafna qassisin u ĦAFNA nies, fosthom anke diversi membri parlamentari u l-ex President ta’ Malta, li kien qgħadlu parrinu fil-prima messa, sitt snin ilu.
Peress li Albert jiġi s-sekond kuġin kien kelli x-xorti (? !?) nkun iċ-ċerimonier waqt il-quddiesa. OMG! Do I HATE being ċerimonier!!! X’tagħmel? La tal-familja jkollok issodd ħalqek u tmexxi. L-aktar ħaġa terribbli li kelli niffaċċja kienu gozz abbatini (grazzja kbira li parroċċa daqshekk żgħira għandha daqshekk abbatini, but…). U l-aktar ħaġa tqila kienet li nipprova nispjegalhom li f’quddiesa ta’ pussess m’hemmx xogħol għal 25 abbati, u li m’hemm xejn ħażin li jkunu fil-kor bla ma għandhom xejn x’jaqgħmlu, u li s-siġġu li kien hemm taħt San Bert (li riedu jpoġġu fuqu kollha. F’daqqa) ma kienx se jaħrab u li setgħu jpoġġu fuqu darb’oħra, u li ladarba l-purtieri tal-presbiterju kienu miftuħin kulħadd seta’ jarhom jigru u jiġġieldu, u li normalment meta xi ħadd jgħajjat ġol-kor jinstema’ minn ġol-knisja kollha, u li mhux sew tpaċpaċ waqt li tkun għadek (letteralment) tmeċlaq fuq l-Ewkaristija, u li la hemm 4 torċi ma nistax inġibhom 6, u li l-bastun ta’ l-Arċisqof huwa mbierek (minkejja li ikrah), u li l-fatt li wieħed hu ħabibek ma jfissirx li tista’ toqgħod miegħu f’purċissjoni ladarba inti pied u nofs iqsar minnu, u li jekk in-nies fil-knisja jcapċpu ma jtukx id-dritt tgħajjat u ssaffar ġol-kor u li l-fatt li ilek 5 ijiem abbati (il-vestizzjoni ta’ 22 minnhom kienet nhar it-Tlieta li għaddiet) ma jfissirx li taf u tista’ tagħmel kollox. OMG. Nightmare 8: assault of the fresh altar boys.

Is-Sibt, 21 ta’ April 2007

Les graffiti des notes - 01

Nhar il-Ħamis 19 ta’ April (il-berdej ta’ Abu) hija ġurnata storika għax bdejt nistudja għall-finals. Bdejt mill-morali (tgħid għala?) u mxejt 4 paġni. Rekord ta’ għażż u ta’ bebbuxiżmu. Imma l-aqwa li bdejt. Tiskanta, kull meta nistudja dejjem niskopri mill-ġdid id-doni artistiċi li jiġuni waqt il-lezzjonijiet, specjalment meta tkun qed taqbiżli. Did-darba, biex il-memorja tibqa’ friska, se nibda nġib kopji tal-graffiti li hemm fil-paġni tan-noti. Kultant ikun jidher xi kumment gwapp minn tiegħi ukoll…


Din tal-lum meħuda min-noti ta’ nhar it-8 ta’ Ottubru 2002 (kont ilni ġimgħa student tat-Teoloġija meta kont għadni nikteb ‘Paul Liqueur’ flok ‘Paul Ricoeur’! O MY G!)

Il-Ġimgħa, 20 ta’ April 2007

The END of Christology

Il-bieraħ* spiċċajna wieħed mill-aktar korsijiet impenjattivi u rinomati għad-dettalji li fih – il-Kristoloġija, jew kif insejjħulu aħna, il-Christology. Mind you, meta qed ngħid ‘spiċċa’, ma jfissirx li ma baqax lezzjonijiet: issa fl-istess ħinijiet għandna xi sitt ġimgħat Marjoloġija (naraw fl-istorja tal-Knisja kienx hemm problemi fuq il-/ikkawżatli mill-Madonna daqs kemm hemm in-naħa ta’ fejn noqgħod jien…). Insomma, għal dal-kors li waqħdu jkopri 4ECTS għandi rekord ta’ 105 paġni noti miktubin b’idejja. (Dan ovvjament barra l-ktieb li fih miżerament 300 paġna u handbook ta’ xi 75 paġna oħra). Bħala noti warajh hemm l-iSpiritual Theology (ħmar il-lejl mis-sena l-oħra) b’100 paġna tondi tondi. Il-Viċi qalilna wkoll kif se tkun imqassma l-karta ta’ l-eżami – għandna option minnhom mistoqsija waħda ta’ tliet siegħat li tkopri l-Kristoloġi u l-Marjoloġi, ‘finals style’, biex nuża kliemu stess. Orrajt, mela l-eżami ta’ dal-module se jkun dress rehearsal għall-finals!!
Sadattant wasluli żewġ kotba: wieħed ta’ Dr David Hay li xahar ilu ġie jagħmel l-Aquinas Lecture. Żammha kelmtu li se jibgħatli l-ktieb bħala rikonoxxenza tal-ġiri li ġrejt bih!!! Li hemm funny, u very FUNNY, li hu xtara kopja tal-ktieb tiegħu stess minn fuq l-amazon.co.uk u bagħtu lili! OMG! Naħseb kieku jien inħossni minus nixtri ktieb tiegħi stess, but…. Il-ktieb l-ieħor huwa t-teżi tad-dottorat li kien għamel l-E.T. Mons. Arċisqof Pawlu, li titratta dwar il-kunċett tal-paċi fit-tagħlim tal-Beatu Ġwanni XXIII. Il-kollokju li jmiss nara jiffirmahulix!
Barra minn hekk il-lista tad-DVDs żdiedet b’xi għaxra oħra li l-aħħar reċenti minnhom huma Alice in Wonderland (il-verżjoni Hallmark), The time machine (verżjoni klassika 1960) u Lourdes (verżjoni RAI).

*Ma ktibtx il-blog il-bieraħ għax kelli koċċ ngħas.

Is-Sibt, 14 ta’ April 2007

Hairy bed fellows....

Every time I go home for my holidays, after some peaceful nights, I find a distant member of the family, very hairy, polemically endowed with some personhood (at least according to my sisters and my mother) lying on the bed au naturel. Irrid u ma rridx, ikolli naqsam is-sodda ma’ dal-membru tal-familja – li (OMG) m’għandu ebda sens ta’ pudur jew mistħija. Is-sodda tiġi okkupata minnu qabli u jien ikolli nimtedd b’mod li jibqa’ komdu, għax nagħmel x’nagħmel (niġbed il-friex, nimbotta, nagħti bis-sieq) kollu għalxejn għax fejn ikun jibqa’. Dixxiplina żero. Anqas rispett għall-fatt li jien seminarist! Xejn! Tse. (Anzi għadda ż-żmien li fil-għodu niftaħ għajnejja u nsibni wiċċ imb’wiċċ – imnieħer ma mnieħer – ma’ dal-membru tal-familja!).

Għal min ġera bl-immaġinazzjoni, dal-‘membru tal-familja muswaf’ hu l-puss – Sheva (jien ngħid Shiva – l-alla tal-qerda fil-hindu). Imma nsomma, tutto sommato, ma niddejjaqx biha ġos-sodda, għax tħobb titfissed u tintrass, u meta jkun il-bard, dik in-naqra sħana extra dejjem tgħin, mhux hekk? Avolja kultant xorta jkolli aptit nixxuttjha, speċjalment meta tintefa’ eżatt f’nofs is-sodda.

Dawra fil-Belt

Nhar il-Ħamis (sowwy qiegħed naqra lura imma peress li qiegħed naħdem mil-pc ta’ oħti ma nistax naqbad u npoġġi u nikteb l-affarijiet x’ħin irrid, kapixx?) kelli koċċ qadi l-Belt. L-ewwel, bħala GMV, kellna laqgħa l-Uffiċċju Missjunarju mad-direttur li qagħad jidħol mid-day off apposta għalina (jaħasra! Kieku qalli li nhar ta’ Ħamis hija d-day off tiegħu konnha nieħduha off aħna wkoll. Bugrit!). Insomma rajna kif aħna bħala żgħażagħ nistgħu nagħtu daqqa t’id u nifs ġdid lil xi xogħol li jagħmlu huma… issa naraw x’niftehmu – kollox għadu top secret, ja? Bil-ħaqq! Hemm xi ħadd jista’ jikteb fuq xi esperjenza missjunarja MALAJR? Is there anyone who can write about a missionary experience AS SOON AS POSSIBLE? C’è qualcuno che può SUBITO scrivere di qualche esperienza missionaria che ha avuto? Y-a-t-il quelqu’un qui peut écrire TOUT DE SUIT un précis d’une éxpérience misionnaire qu’il/elle ha eu quelquefois dans sa proper vie? mailto: porfirju@yahoo.co.uk.
Ktibtha b’4 lingwi ħalli jekk dal-blog jinfetaħ x’imkien in-naħa l-oħra tad-dinja min ikun forsi jifhem xi waħda minnhom. (Jessie nispera li tapprezza!)

Wara mort sa l-aula magna nħallas il-bqija tal-flus għall-Aquinas evening. Biex iwaħħlu ħġieġa fuq il-bieb li jagħti għall-kuridur tas-sala bnew scaffolding eżatt quddiem l-entrata! Biex tidħol qisek trid tgħaddi minn xi prova tas-suldati! Tse! Qed nimmaġina lil xi officer (f) b’xi suit taqbeż il-ħadid biex tidħol fl-uffiċċju. Njh njh njh.

Wara dan mort smajt quddiesa Santa Barbara. Il-kappella sabiħa. Ħasra li donnhom għattew il-prospettiva tal-kwadru b’ġebel faux. Ma setgħu barxu l-oriġinal u kixfuh? Jew inkella forsi setgħu jgħattu l-knisja kollha fil-faux, għax nofsha mbajjda u nofsha mikxufha tidher minus! It-titular iħalli mpressjoni. Min għamlu jidher li kien xi artist kapaċi ħafna (forsi xi Preti!) imma żgur ma għandux idea ta’ r-rwol ta’ interċessjoni ta’ qaddisin! Meta tfaqqa’ xi sajjetta aħna l-Maltin ngħidu “Santa Barbara la deni u anqas ħsara!” Issa l-għaref li pinġa dil-pittura għamel lill-qaddisa fin-nofs u ħdejha hemm anġlu b’sajjeta f’idu (qisa virga tal-pastik, imma nsomma) u din qiegħda tolqot/toqtol raġel in-naħa t’isfel tal-kwadru! OMG! Dan lil Barby ħasibha xi ninfa ta’ Zeus jew?

Żjara lil San Bażilju

Issa li kważi spiċċa x-xogħol ta’ restawr fuq il-kappella unika, medjevali, meraviljuża, proto-parrokkjali, gotika, miżjuda, mbagħbsa, mitluqa u restawrata ta’ San Bażilju. Kont qiegħed l-Uffiċċju parrokkjali nfittex fuq xi legati marbutin ma’ l-istess kappella u l-kapo qalli biex immorru s’hemm (ehm… ok… dawwart id-diskussjoni sakemm il-kapo offrieli li mmorru s’hemm. Sakemm il-kapo nduna li rrid immur s’hemm).
L-art reġgħet saret kollha ċangatura, u anke l-bitħa ta’ barra – wow. Veru sabiħa. Nixtieq inkun naf min kin iċ-ċuċ li fl-imgħoddi kien issuġġerixxa li jneħħu ċ-ċangaturi biex jagħmlu dak il-waħx ta’ madum isfar li kien hemm!
L-unika ħaġa atroċi li għad hemm u li hi absolutely out of style hija l-artal tal-ġebel jew konkos jew ma nafx ta xiex li hemm. Jidher li kien sar fil-bidu tas-seklu XX minn xi njurant ieħor li għamlu kbir wisq, għatta t-titular ta’ l-1677, u li biex dan jibqa’ jidher, xi TROMBA ieħor qata’ biċċa mill-arkata tas-seklu XVI biex il-kwadru jitpoġġa flokha. Issa għall-grazzja ta’ Alla din reġgħet inbniet u l-kwadru se jitpoġġa jserraħ magħha. Ikolli nammetti li l-kappella ssaħħrek bis-sempliċità awstera tagħha. Kellu bżonn il-kapo jsibilha xi użu dinjituż. U fatt interessanti ieħor, wara ma nafx kemm-il sena reġa’ hemm fiha (b’mod li jidher, almenu) l-pupltu tal-knisja parrokkjali li kien tneħħa minn xi appostlu ieħor fis-snin sittin.

It-Tlieta, 10 ta’ April 2007

Ħarsa minn fuq il-kampnar

Niftakar l-ewwel darba li tlajt fuq il-kampnar tal-knisja tar-raħal kien xi ħmistax-il sena ilu. Ma nafx x’okkażjoni kienet. Niftakar li wara kien hemm xi quddiesa li għaliha kienu attendew l-abbatini kollha u jien kont bilqiegħeda magħhom fuq quddiem. U niftakar li l-qniepen tant ġenġluli widnejja li domt nismagħhom idoqqu fit-tnabar sal-konsagrazzjoni!
Illum erġajt tlajt nittawwal ftit minn hemm bl-iskuża li ndoqq fl-aħħar mota tal-kwaranturi, imma fir-realtà ridt nieħu koċċ ritratti minn hemm fuq, ritratti tass-simboli fuq il-qniepen u nirrekordja l-mota. Njh njh njh. Kollox irnexxieli nagħmel. Njh. Ippruvajt indoqq iż-żgħira u gerfixt ftit… u iva, ħadd ma ġie jgerger!
Minn hemm fuq veru nieħu gost nara l-veduta, u l-aktar żewġ veduti li jogħġbuni huma dik tan-naħa tar-raħal l-antik (Triq San Bażilju) u dik tan-naħa tal-knisja. Qatt ma nixba nħares minn hemm.
Fil-qniepen innutajt li hemm figuri komuni fuq diversi minnhom: effiġi ta’ l-Assunta, tal-Kurċifiss u oħra ta’ San Mikiel li kienu preżenti fuq xi żewġ qniepen, fsothom il-kbira, tal-Mejlaq. Xi darba nitla’ s’hemm waħdi u nixxabbat kif nsita’ biex nieħu koċċ ritratti sew ta’ kollha. Jekk ma nkomplix nikteb fil-blog ifisser li nkun waqajt minn hemm fuq, ok?

Le 40 ore

Illum ittemmew l-40 siegħa ta’ adorazzjoni quddiem is-Santissmu Sagrament fil-knisja parrokkjali ta’ l-Imqabba. Dawn bdew nhar l-Għid fl-10:00 u spiċċaw il-lejla permezz ta’ quddiesa solenni kantata u purċissjoni. Ikolli nammetti li din il-festa hija waħda mill-aktar li nieħu gost nattendi għalihom fir-raħal. L-artal kien armat sabiħ, bla ħamallaġni u mbarazz żejjed. Ovvjament kienu jispikkaw il-ġilandra li ddisinja u ħadem Abram Gatt fl-1936 kif ukoll l-isfera l-antika tas-seklu XVIII, maħduma mill-fidda u deheb u nagastata bid-djamanti – veru li dari l-Imqabbin kienu aktar imħeġġin għall-knisja mil-lum! Il-ventartal l-antik u l-anġli ta’ A. Zammit (1955) komplew isebbħu l-presbiterju wkoll.In-nies għadha tattendi ħafna għaliha – matul it-tlett ijiem il-knisja kienet dejjem mimlija sew waqt il-quddies ta’ fil-għaxija (avolja dis-sena l-priedki kienu TWAL). Illum ġew koċċ abbatini u abbatessi wkoll – madwar 18 u qagħdu sew… mhux soltu. Il-purċissjoni bil-barka fil-pjazza quddiem id-Duluri kienet sabiħa ħafna. Ħasra li ħadd ma ħa ritratti tal-folla miġbura quddiem dik il-knisja antika.

L-Irxoxt

Għal dis-sena, flok ma ħrabt lejn id-dar eżatt wara s-servizz fil-kon-katidral, iddeċidejt li nipprova xi ħaġa ġdida u mort sa Bormla (surprise!) biex nara l-famuż Irxoxt li tant jiftaħru bih. Xtaqt nasal hemm qabel ma l-vara tasal ix-Xagħra ta’ Bormla, imma l-funzjoni damet u biex sibt nipparkja kważi bkejt! Kien hemm kullimkien ippakkjat bil-karozzi minn qabel Bieb is-Sultan! Insomma b’xorti tajba kien hemm wieħed sejjer ħdejn il-bieb ta’ wara tal-Kulleġġ fejn kont nistudja meta kont iżgħar. Imxejt mixja u wasalt hemm biex sibt lil Lily li qaltli li kien għadu kemm għadda. Grr.
Insomma, nżilt sas-suq u sibt il-vara quddiem il-każin tal-Banda u minn hemm bqajt miexi magħha. Kien hemm ukoll 3 Palermo ppl: Pollon, Rod u Tut. Ħadna pjaċir naraw il-vara tiġri kultant. Naħseb li l-aktar li mpressjonatni kienet il-ġirja tul it-triq tax-xatt, avolja sħabi ma qagħdux lura milli jfakkruni lil-ġirja tax-Xagħra kienet l-aqwa. Id-dħul fil-knisja kien sabiħ ukoll, avolja mhux sabiħ daqs tal-Kunċizzjoni.Fil-għaxija, biex nibdel, mort nara film ma ħuti – Hot Fuzz. Veru tajjeb u with a twist at the end. Arawh! Jekk għandkom moħħ biex tifmuh.

It-Tnejn, 9 ta’ April 2007

Il-figolla ta’ l-Arċisqof…

Mela, madwar 7 snin ilu is-seminaristi bdew tradizzjoni ta’ ċajta fuq sħabhom ta’ l-ewwel sena. Bażikament li jiġri kien dan: wara l-funzjoni tal-Vġili ta’ l-Għid fil-kon-katidral ikollna festin mal-kapitlu u l-isqfijiet. L-item prinċipali tkun figolla li normalment ikollha forma ta’ ħaruf. Xi qalb tajba minn ta’ l-aħħar snin tas-seminarju jmur isib xi seminarista ta’ l-ewwel sena u jgħidlu (jordnalu) biex wara lil-Arċisqof jaqsam il-figolla, imur u jitlbu biċċa biex joħodha lir-rettur u lill-Viċi… ir-reazzjoni tas-soltu tkun (bla eċċezzjoni) “X’mistħija! U mela x’nagħmel!!” Però, permezz ta’ l-arti tal-presważjoni (imżewwqa bi ftit oppressjoni) lill-individwu/vittma jaslu biex jikkonvinċuh li jekk ma jagħmilx hekk ikun qed iħassar tradizzjoni antika, sakemm dak li jkun iċedi. Tħallih jinkwieta kif se jpoġġi l-kliem lill-Arċisqof matul il-festin kollu (idealment tgħidlu hekk kif jibda l-festin, ħalli ċ-ċajta tieħu aktar fit-tul), imbagħad ftit qabel ma l-Arċ jaqsam il-figolla, lis-seminarista nkwetat tgħidlu li hija biss ċajta – mind you, il-biċċa figolla xorta dejjem ituhielna!!
Mela dis-sena ppruvajt inkun jien l-opressur. Mort fuq wieħed ta’ l-ewwel sena (li fih daqsi darbtejn) u għedlu li jrid jgħid lill-isqof itina biċċa figolla. Ir-reazzjoni kienet naqra differenti: “Għid lill-ieħor!” (Ta’ l-ewwel sena qiegħdin biss 3 u wieħed kien l-Imdina, so ma stajniex indaħħluh fiċ-ċajta.) Mort fuq l-ieħor u għedtlu bit-tradizzjoni veneranda tagħna u dan tani risposta li assolutament ma kontx qed nistennieha: “Orrajt, ngħidlu.” OMG.
X’naqbad nagħmel!? Imbagħad għedt: U iva, l-Arċisqof l-ewwel sena wkoll, mela ċ-ċajta nħalluha sejra u naraw x’jiġri. Ftehmt mas-seminarista li nagħmillu sinjal meta suppost jgħidlu u komplejt inpaċpaċ u niekol u ndur man-nies…
Sadattant hu kompla jitkellem u, presumibilment, staqsa aktar dwar din it-tradizzjoni interessanti. Il-kanna hi li, bla ma kont naf, staqsa lil wieħed seminarista ieħor li ma japprovax dan it-tip ta’ ċajt…
Meta wasal il-mument u l-Arċisqof qasam il-figolla għall-ewwel darba fl-episkopat tiegħu, jien, li kont quddiemu, għedtlu: “Eċċellenza, issa hija tradizzjoni li xi ħadd ta’ l-ewwel sena jitolbok xi ħaġa”. Nofs is-seminaristi bdew jidħku, il-monsinjuri bdew jidħku, l-Arċisqof daħak… u r-rikjesta baqgħet ma saritx.
“Din xi tradizzjoni qed tibdieha int, Jonathan?”
Oh MY God! Ridt l-art tiblagħni… imnalla li l-arċi jaf jieħu ċajta! X’tagħmel? Bdiet ċajta fuq seminarista, imbagħad żviluppat għal ċajta fuq l-Arċisqof, sakemm spiċċat ċajta fuqi! Ħadd wara Ħadd tasal ta’ kulħadd!

Il-Ġimgħa, 6 ta’ April 2007

A GOOD Friday

Illum il-Ġimgħa l-kbira. Kienet ġurnata sabiħa mmens, u l-ispiritwalità ta’ l-okkażjoni kompliet żiedet magħha.
Fil-għodu mort naqra sar-raħal biex nara s-Sepulkru. Veru li knisja żgħira u mhux imżejjna bħall-oħrajn tad-dawra tagħna, imma persważ li għas-Sepulkri ħadd ma jgħaddina. Il-kapsula-globu tal-fidda u l-kolonna ta’ taħtu tassew sbieħ u uniċi. Imma naħseb l-aktar ħaġa li tolqot l-għajn hi dak il-mant tal-bellus u l-brukkat tassew sabiħ u antik. Qabel il-gwerra kien jintarama’ fuq l-artal maġġur b’San Innoċenju taħtu, u l-festa kienet taħbat fil-Ħadd fl-Ottava ta’ Santa Marija. L-anġla ma nafx min ħadimhom, imma jidhru qishom xogħol ta’ Darmanin (għax xagħrhom ikrah). Niftakar żmien meta ma kienx ikun hemm ġilbiena, imma kien ikun hemm ħafna aktar fjuri…
Wara nofsinhar kellna l-funzjoni liturġika fil-kon-katidral. Id-djaknu kellu jibdel it-tuniċella anitka tal-brukkat ma’ oħra relattivament ġdida, imma qisha xugaman peress li kien liebes isbaħ mill-Arċisqof. Il-funzjoni kienet sabiħa ħafna – waqt il-kant (ok, nixtieq sibt kelma toqgħod aktar, imma ma sibtx) tal-passju tassew qsamna ma’ Kristu t-tbatijiet tiegħu. OMG. Ħaġa ta’ l-iskantament, minkejja li domna xi sagħtejn, il-ħin veru ma rajtux għaddej. (L-Arċ talabni l-ktieb tal-passju biex isegwi u tajtu tiegħi. Wara reġa’ ġie għandi. Issa npoġġih ġo gwarniċ u nixgħellu xemgħa.)
Imbagħad, per finire la giornata alla grande, mort sa l-għażiża belt ta’ l-Immakulata għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Ħsibt li x’ħin nasal se jkunu ġa nofs triq, imma anqas biss kien għadu ħareġ Ġuda! Interessanti li Salvu beda jżarma d-damask iswed hekk kif ħarġet l-ewwel vara. Sa ma daħlet il-purċissjoni kien hemm il-knisja bla damask! Il-purċissjoni kienet sabiħa ħafna. Triq San Ġorġ kienet imżejjna b’mod ta’ l-għaġeb. U fi triq San Ġorġ waqt li kont qed nibgħat xi sms cemplitli Lily (dik li tikkunsidra l-blog bħala comic, tse) u qabdu f’ritratt minn gallarija qed inpaċpaċ fuq il-mobile. X’mistħija. U iva! Il-Bormliżi kollox jaħfruli għax veru nies tal-ġenn. Se nimmisjha ħafna din il-Belt.
U biex inpoġġu ċ-ċirasa fuq il-kejk (minkejja li llum ma jiswiex), mort niekol ma’ ħuti ġo ristorant veru high class u lussuż – il-Cottoner! Infaqna Lm7 bejn 3 – x’lussu hux?!
Insomma, I had a very good Friday, I hope you did too. God bless you all!!

Issa uffiċċjali!

Wara l-eperjenza tal-ġenn fil-parroċċa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla, issa ġejt assenjat għal sena fil-parroċċa ta’ Marija Assunta ta’ Ħ’Attard, parroċċa attiva mmens u mogħnija b'waħda mill-isbaħ knejjes f'Malta. Sirna nafu nhar il-Ġimgħa li għaddiet, nhar id-Duluri, imma kellna embargo sal-lum, meta kollox ġie kkonfermant mill-Kurja u mill-kappillani rispettivi li se nkunu magħhom. Għalhekk, Seraċini, dis-sena għal magħkom, u dejjem taħt il-ħarsien ta’ Omm Alla mtellgħa s-sema! Ma nistax ngħid li mhux diġà nħossni at home!


Il-Ħamis, 5 ta’ April 2007

Iż-żjut, is-sorijiet u l-comic

Għal dawk il-fans li kuljum ifittxu ż-żjieda fil-blog, li probabbli kienu se jagħmlu suwiċidju: matul dat-tlitt ijiem li għaddew ma kontx qed nikteb għax kellna l-irtir tal-Ġimgħa Mqaddsa. So serrħu raskom li l-blog se jibqa’ għaddej, ok? L-irtir kien tajjeb ħafna by the way.
Dal-għodu kellna l-quddiesa tat-tberik taż-żjut, għall-ewwel darba ppreseduta mill-E.T. Mons Arċisqof, k/a Pawlu. Kienet quddiesa sabiħa ħafna. Jien dis-sena messnu ntella’ ż-żejt tas-sagrament tal-morda, il-vjola (is-sena l-oħra nsejt x’tellagħjt). Wara diversi snin u esperimenti li ma rnexxewx (għax iż-żejt tal-morda qatt ma serva), dis-sena ċ-ċerimonier ġiet l-idea li flok tliet kontenituri nagħmlu erbgħa. I mean, WoW! X’idea tajba! Guess what? Is-sorijiet irnexxielhom jagħmlu mod li b’xi mod XORTA ma serviex. Minkejja li kien hemm xi 3 litri aktar! (X’għamlu? Xorbuh?) U minkejja li kien hemm Eucha għassa biex jara li jimlew kemm suppost u ma jiġġieldux. Minkejja li dis-sena għamlu l-bottijiet ġodda biex ħadd ma jieħu żżejjed (iċ-ċerimonier tgħidx kemm dam jgħid kemm huma sbieħ u bil-labels ġodda. I mean, ok, sbieħ, imma fl-aħħar mill-aħħar x’sew la baqgħu vojta?)…. Tiskanta l-kapaċitajiet uniċi tas-sorijiet Maltin. Anzi, did-darba rnexxielhom ukoll ma jħallux iż-żejt tal-katekumeni jservi anqas! Ma nistgħux niċħdu t-teorija li għandhom ċerti nies li jeżistu 3 tipi ta’ bnedmin: irġiel, nisa u sorijiet.Il-funzjoni spiċċat in allegria meta ġiet waħda mill-eks sħabi ta’ l-università, k/a Lily jew Lela, li qaltli li tant tidħak meta taqrah li għaliha l-blog tiegħi saru qisu l-comic ta’ kull fil-għaxija. Hello!!???

Il-Ħadd, 1 ta’ April 2007

Id-duluri...

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Marzu fil-parroċċa kellna t-tifkira tad-duluri tal-Madonna. Ħaġa li dejjem skantatni f’din iċ-ċelebrazzjoni kienet l-ammont kbir ta’ nies li jattendu għaliha. Naħseb dakinhar l-Imqabba kollha tinqala’ bi ħġarha biex issellem lil Marija u timxi magħHa fil-mixja wara binHa.
Din is-sena naħseb li kienet l-ewwel darba l-sar pellegrinaġġ kif suppost: bis-salib tal-Via Sagra u jien u l-kapo niġru bis-staten biss. Prosit lill-abbatini u l-abbatessi talli ġabu ruħhom veru tajjeb (nies kellkom bżonn iġġibu ruħkom hekk ukoll f’tal-Ġilju u f’Santa Marija!!!)
Għat-tielet sena konsekuttiva l-vara ġiet merfugħha miż-żgħażagħ tar-raħal. Veru li l-kapo kellu idea tajba żmien ilu meta ddeċieda li jafdaha lilhom.
Meta minn Triq it-Troll dorna ma’ Misraħ il-Missjoni ż-żgħira u qbadna Triq il-Madonna tal-Ġilju għad għandi f’moħħi x-xena tal-folla li kien miexja wara l-vara. Konnha qbiżna l-bini tat-triq u kien għad hemm in-nies ġejjin minn Triq it-Troll. Wow! Kieku l-festi jkunu kollha hekk!!!