Il-Ħadd, 18 ta’ Frar 2007

Wara l-ewwel weekend gbir....

Mela, dis-sena rega' messni mmur ghall-gbir f'Haz-Zebbug, biss did-darba ma kontx il-parrocca imma kont inkarigat indur dawra maz-zoni. L-ewwel ma mort kien fil-knisja ta' Santa Marija ta' Hal Muxi. Ir-rettur (l-ahhar sacerdot li qaddes mir-rahal) ma kienx hemm ghax inzerta l-Germanja, ie ghadni ma ltqajx mieghu. B'dal-pass nahseb ghall-ewwel quddiesa se narah. Jew meta naghlaq 25 sacerdot.
Insomma, fejn konna? Iva. Wasalt hemm fis-6:00 - bil-kemm kont qed nara. Il-knisja tidher sabiha fid-dlam, hux? Jekk ikolli nghid dik l-istatwa tal-Madonna li hemm maz-zuntier harget mill-istess id li ghamlet l-istatwa ta' Santa Marija li hemm fil-pjazza tar-rahal....
Wara dik mort sal-knisja tal-Madonna tal-grazzja, erba' passi boghod mill-parrocca, imma ppakkjata, bin-nies barra u bin-nies go kuridur ma' genb il-knisja, li minnu ma jaraw xejn! Insomma bil-Malti nghidu "Sejjer nisma' quddiesa!" Veru li hemm l-espressjoni hija litterali. Pero' l-quddiesa kienet animata tajjeb.
Imbaghad mort sa Hal Mula. Knisja (for want of a better word) L fil-veru sens tal-kelma. Quddiesa sabiha hafna wkoll.
Wara dik mort stampajt poster enormi ta' l-Arcisqof biex inwahhluh il-fakulta' (il-privileggi li jkollok meta tkun president ta' l-Ghaqda ta' l-Istudenti! Njh njh njh) u mbaghad mort ghand wiehed surmast u kellimtu fuq bicca muzika. Tamiet pozittivi (dettalji aktar 'il quddiem).
Lura s-Seminarju kien hemm folla familji u gietni hniena minn dawk li kien imisshom jigbru ghalhekk ghamilt siegha volontarjat - b'xi mod trid tmur il-genna, mhux hekk? Imbaghad raqda tajba d-dar u fil-ghaxija mort sas-Santwarju mal-Mons. ghal quddiesa ohra. Priedka bomba. Quddiesa sabiha hafna. Wara dan kollu bix-xieraq li kelli nsib ftit hin ghal ohti l-kbira ghax ghada terga' titlaq. Morna sal-Cosmana Navarra u kilna hemm. Mmmmm. TAJJEB. Sadattant saru l-22:19. Xtaqt kieku spiccat il-gurnata, imma sibt muntanja emails xi nwiegeb, hafna minnhom relatati maz-zjara tal-E.T. fl-Universita' (il-kanen li jkollok meta tkun president ta' l-Ghaqda ta' l-Istudenti! hmpf). B'xi mod spiccajt nikkomunika bl-email in real time ma' membru ohra tal-kumitat (Chris xi darba nixghel l-MSN, ok? Nahseb li l-hajja tkun aktar facli).
Insomma issa 0:04 u se niritra ghax ghada Christology. OMG!

No comments: