It-Tnejn, 26 ta’ Frar 2007

wara break qasir

Min forsi haseb li se nerga naghmel strike fuq il-blog, ghandu zball! Semplicemet kelli niehu naqra break ghax tlajna l-weekend annwali f'Ghawdex u l-bierah kont patata wisq biex nitfa r-ritratti fuq il-pc u nikteb il-messagg.
Kienu jumejn sbieh hafna fejn ghajjejna fizikament u strihajna mentalment. Kien fihom naqra minn kollox: Gozo 360, hike, pasti, giri mar-Rabat, passiggati bil-lejl, quddies, talb, fatati (kortezija a' Ruben), zjara fis-seminarju ta' Ghawdex, zjara bla hsieb mill-Isqof t'Ghawdex (u hallejnieh jistenna - bla hsieb kienet) u zjara bla hsieb lill-Arcisqof ta' Malta li mar jippontifika fil-katidral ta' l-Assunta (tant kienet bla hsieb illi li kienu Mons Grech ma ppuntax lejna anqas kien jinduna bina!). U hut. Wisq.
Interessanti hafna kien l-ewwel lejl meta ezatt kif tfejna d-dawl biex norqdu Ruben insista li ra dawl blu jigri minn naha ghall-ohra tas-saqaf tal-kamra. Dan irrizulta f'siegha nofs bid-dawl mixghul nghidu l-istejjer tad-dahk biex it-tifel jikkalma. OMG!
Is-Sibt saret l-ewwel zjara ufficcjali ta' l-arcisqof il-gdid fid-djocesi Ghawdxija. Ahna morna taht it-tarag tal-katidral inharsu. L-Ghawdxin tassew huma intelligenti ghax kollha dahlu gewwa jsibu post ghas-shana... Hekk kif hareg l-isqof Grech induna bina u xejjrilna... l-arcisqof taghna hareg min-naha l-ohra u qaghad jiccajta mat-tfal li kien hemm prezenti. Qabel beda tieghla t-tarag Mons Grech qallu l kellu 'l uliedu jahrsu u Pawlu tana dik it-tbissima tant unika tieghu.
L-ghada Mons Grech gie jarana l-kunvent ta' Santu Wistin. Ghamel kwarta jistenna ghax konnha ghand Cordina ta' Pjazza San Frangisk nieklu l-pasti. Ovvjament id-diskors waqa' fuq il-quddiesa pontifikali tal-bierah u jien ghedtlu, "Gejna ntuh is-support biex ma jhossux wahdu!" O x'gherf u x'lealta'! Nahseb li l-isqof impressjona ruhu ghax b'dik id-dahka zaghzugha tieghu (u bi stil decizament Ghawdxi) wegibni, "F'kaz li ma ndunajtx, imnalla ghedtlu jen bikom ghax 'qas kien jarakom!" Ok Ecc, ibghatha bil-posta!! Ghanda zewg isqfijiet veru tal-genn. Veru rigal kbir minghand il-Mulej li huma tant qrib tan-nies!
F'dawn l-ahhar 24 siegha ksirt rekord personali ghax irnexxili nikteb 3 artikli qosra! Wow x'jien tajjeb! Issa nittamaw li jintoghgbu. Aktar dwarhom meta jigu stampati!

1 comment:

Anonymous said...

aw jon...mortu tajjeb ghawdex mid dehra...kont nimmagina ta. imsomma kemm messkom taghmluha aktar ta spiss din.

cirio