
Il-gurnata bdiet turi ruhha interessanti minn fil-ghodu: qomt fil-5:08 u ma stajtx nerga' norqod. Il-kafe' hadtu bla zokkor u kwazi vvelenani! Mort l-Universita' fit-8:30 (u llum bla lectures!) biex narma l-poster ta' l-Arcisqof fil-Fakulta'. Hekk kif ipparkjajt cemplet il-faculty oficcer biex tara fejn wasalt. Perfect timing! Kemm jien tajjeb!!! Armajtu u gie sabih (avolja kien hemm xi erwieh tajba li qaluli li messni ghamilt il-kliem ikbar, imma nsomma....)
Ghamilt madwar saghtjen nitlajja gol-Fakulta' u go l-ufficcju amministrattiv inhossni inutli ghall-ahhar. Sakemm gie l-Arcisqof. Imbaghad beda kocc ecitament (nofsu kkawzat mill-fatt li gie kmieni u hsibt li l-bqija tal-kumitat mhux se jilhqu jaslu). It-tghanniqa bejn l-Arcisqof u d-dekan kienet emozzjonanti hafna. Il-poster ghogbu u d-dekan qallu li ghamiltu jien u qlajt prosit pontifikali (isa hej!). Laqqghajt lill-eccellenza mal-bqija tal-kumitat u dik li xi jumejn ilu spiccajt n-email-jaha in real time ipprezentatlu l-pubblikazzjonijiet ta' l-Ghaqda ta' din is-sena. Insejna d-DVD imma m'hemmx x'taghmel. Forsi ntuhielu fl-Aquinas Evening u joqghod jaraha fid-Duluri.

Wara dan kellna laqgha KBIRA fis-sala principali ta' l-Universita'. Sabiha, formattiva (djalogu, pluralismu u karita') u hemm il-follow up xi jsir fuqha!
Il-basket raqad fil-Fakulta' dal-lejl! Lura go kamarti mar it-tubu tad-dawl 98% (ie qieghed jixghel 2% minnu u prattikament bih u minghajru xorta!).
Il-quddiesa fil-konkatidral kienet sabiha u partecipattiva ferm. Nirrivaluta l-muzika tal-Mixja Neo-katakumenali: il-vjolini jaqtghu hafna mal-gitarri, il-kant sabih u qawwi. Wara taffejt naqra mill-guh ghax kwazi bil-kemm flaht noqghod fuq saqajja (u MHUX GHAX HXINT!!! Illum bil-kemm kilt, ok?).
Il-blog ghall-ewwel ma riedx jitla (kieku ilni nofs siegha gos-sodda!!!)
No comments:
Post a Comment