L-Erbgħa, 28 ta’ Frar 2007

gurnata mimlija

Illum kienet gurnata mimlija b'toghma minn kollox. Fil-ghodu rnexxieli (fl-ahhar) naghmel zewg video clips bhala introduzzjoni ghad-DVDs ufficcjali tal-Kandidatura u ta' l-Akkolitat tal-kors tieghi u ta' shabi. Biex insib ritratt tat-titular ta' Haz-Zabbar kelli nghereq id-demm!!!
Insomma, fl-ahhar spiccajt biex hadt ritratt ta' ritratt, kortesija ta' Smeagol.
Waqt l-ikel hadt qatgha fi msarni ghax sirt naf li l-professur Antoine Vergote li kellu jigi fis-27 ta' Marzu biex jaghti l-Aquinas Lecture waqa' u kiser is-sinsla ta' dahru. OMG! Il-fatt li ghandu 86 sena ma nahsibx li se jghin. Niftakru fih fit-talb taghna. Issa naraw xi nhawwdu ghal-lecture. Ga rcevejt xi zewg suggerimeti li ahjar ma naghmilhomx pubblici ghalissa....
Barra minn hekk kellna laqgha rekord tal-KPS: ghall-hames punti ta' l-agenda anqas domna siegha! Eccezzjonali!! Ibqghu sejrin hekk guys!

No comments: