
Jghidu:
Iz-zmien jghaddi u ma jistenna lil hadd! Illum ommi ghalqet 60 sena! Naraw dan x'bidliet iwassal! Fil-kartolina li tajnieha ohti l-kbira kitbet xi haga simili ghal "
now get a more relaxed life if you CAN". Interessanti dik il-CAN (b'ittri kbar), ghax ommi, minkejja z-zmien li ghandha, qatt ma naf li waqfet ghaddejja: xoghol l-isptar, ma' l-anzjani, tghin fil-parrocca, tmur korsijiet tal-ganutell, tar-rakkmu u ta' elf haga ohra, tiehu hsieb iz-zijiet, taghti daqqa t'id lil ruxxmata nies li jkollhom bzonn imorru l-isptar.... nahseb li issa li rtirat mix-xoghol se jkollha aktar hin x'timla' bix-'xoghol' l-iehor (zijiet, nies ecc)! Imma nsomma, kif jghidu t-taljani
"Contenta lei..."
Biex niccelebraw giet ohti l-kbira mill-Ingilterra (ghal min ma jafx qed taghmel PhD f'xi linja li jien m'iniex kompatibbli maghha); habat tajjeb ukoll li l-bierah ohti z-zghira kellha kuncert privat ghand il-President ta' Malta (ghal min ma jafx ohti z-zghira titghallem il-kant klassiku ghand Ms Antoinette Miggiani, l-aqwa sopran ta' zmienha,
under study ta' Maria Callas - din mhix xi Mari' li toqoghod wara l-knisja). Habat tajjeb ghax qisu bhala
special treat tal-berdej hadu lill-mama' s'ghand il-President - speci mhux kulhadd ikollu dik ix-xorti, taf

int? U biex tkun mistiedna tkanta ghal kuncert waqt
party privat tal-President u l-first Lady (Lady Mary) mhix cajta. Ehh...
family connections... Insomma, illum, fuq nota aktar informali morna nieklu ghand Ta' Soldi (le, mhux qed nithallas ghar-reklam). Ma domniex minkejja li kien ippakkjat. L-ikel kien TAJJEB (avolja nahseb hawdu l-
order u lil ommi gabulha
chicken flok
cerna, imma malajr bidlu kollox bla problemi). Wara ikla ghand Ta' Soldi dejjem tohrog mimli u sodisfatt, specjalment meta jhallas haddiehor!
Issa jmiss raqda ghax ghada fil-5:00 rrid inqum minhabba l-gbir. Suppost ghandi niltaqa ghall-ewwel darba ma' l-ahhar sacerdot mir-rahal li qaddes qabli... fl-1965.
No comments:
Post a Comment