It-Tlieta, 20 ta’ Frar 2007

Lejliet is-sawm....

Ghada jibda r-Randan. U llum pattejna. njh njh njh. Fil-ghodu mar id-dawl u ghall-ewwel darba kemm ilni fis-seminarju qomt fi skiet perfett. U dlam perfett. Il-quddiesa kienet katakombali ghall-ahhar - xemghat kull fejn thares. We-ell il-bierah l-Arcisqof kellimna fuq il-bzonn li nergghu niskopri l-karizmi ta' l-ewwel komunitajiet insara. Zgur li llum doqna kif kienu jaghmlu l-liturgija taht l-art jew bla dawl. Interessanti.
Wara saghtejn l-Universita' bdejna narmaw il-fakulta' ghaz-zjara storika ta' l-Arcisqof li ghandha ssir ghada. Wara qghadt nghaqqad il-poster ta' l-Arcisqof li l-Ghaqda ghamlet ghall-okkazjoni. Battalja ma' l-emails biex nerga' ninforma lill-istudenti b'xi bdil fil-programm (ehh... responsabbilta' kbira ggib maghha kanen kbar...)
Matul il-gurnata transferjajt ghal DVD film Daniz ta' l-1943 interessanti hafna, dwar il-kacca ghas-shahar. Jidhol sewwa fl-atmosfera ta' makabrita' pprovokata minn dil-kacca bla sens u bla qalb.
Fil-ghaxija mbaghad kellna party ta' tislima lill-ex rector. Il-hajja hafna drabi ggib bidla mhux mistennija u mhux mixtieqa...

No comments: