
Illum il-blog jaghlaq sena! Nahseb li huwa l-inqas blog li qala' kitbiet f'sena imma nsomma - bhal-lum sena jkun fih aktar!
Graw hafna affarijiet f'dat-365 gurnata. Il-kandidatura, il-lettorat, il-presidenza ta' l-Gh.S.T., l-esperjenza Bormla, 4 ijiem Palermo bla hsieb, hmistax Londra, l-akkolitat, rekord gdid fil-kampanja tal-Milied ta' l-Ghaqda u l-RTK (Lm3248!!!), id-d.s. sar Arcisqof, ommi u missieri hargu bil-pensjoni... tiskanta f'sena kif il-hajja tista' tinbidel! Imma kienet sena sabiha, minkejja d-diffikultajiet. Sena li veru narani kbirt. ehm.
Insomma llum gie jarana l-arci u ma stajtx inzomm milli nitlobu firma u hawn hi. J'alla veru jkompli jaghraf kif imexxina bhala poplu aktar lejn Alla. Awguri Pawl, ahna dejjem mieghek!
No comments:
Post a Comment