L-Erbgħa, 28 ta’ Frar 2007

gurnata mimlija

Illum kienet gurnata mimlija b'toghma minn kollox. Fil-ghodu rnexxieli (fl-ahhar) naghmel zewg video clips bhala introduzzjoni ghad-DVDs ufficcjali tal-Kandidatura u ta' l-Akkolitat tal-kors tieghi u ta' shabi. Biex insib ritratt tat-titular ta' Haz-Zabbar kelli nghereq id-demm!!!
Insomma, fl-ahhar spiccajt biex hadt ritratt ta' ritratt, kortesija ta' Smeagol.
Waqt l-ikel hadt qatgha fi msarni ghax sirt naf li l-professur Antoine Vergote li kellu jigi fis-27 ta' Marzu biex jaghti l-Aquinas Lecture waqa' u kiser is-sinsla ta' dahru. OMG! Il-fatt li ghandu 86 sena ma nahsibx li se jghin. Niftakru fih fit-talb taghna. Issa naraw xi nhawwdu ghal-lecture. Ga rcevejt xi zewg suggerimeti li ahjar ma naghmilhomx pubblici ghalissa....
Barra minn hekk kellna laqgha rekord tal-KPS: ghall-hames punti ta' l-agenda anqas domna siegha! Eccezzjonali!! Ibqghu sejrin hekk guys!

It-Tlieta, 27 ta’ Frar 2007

Kandidati godda

Illum gurnata specjali ghalina l-insara Maltin. Hamsa minn shabna gew milqugha mill-E.T. Mons. Pawlu Cremona op bhala kandidati godda ghas-sacerdozju. Dawn kienu l-ewwel grupp li gew accettati minn mindu beda l-episkopat tieghu fid-djocesi taghna. Ic-cerimonja marret tajjeb hafna... kien hemm assistent cerimonier tal-genn (ehm) avolja ppanikkja ghax wiehed minn dawk li messhom akkolta nzerta qieghed il-Latvia... imma nsomma malajr instab sostitut.

Awguri Ron, Nick, Keith, Luke u And... j'Alla harsitkom tibqa' dejjem iffissata fuq il-Mulej u fuq xejn izjed...

It-Tnejn, 26 ta’ Frar 2007

wara break qasir

Min forsi haseb li se nerga naghmel strike fuq il-blog, ghandu zball! Semplicemet kelli niehu naqra break ghax tlajna l-weekend annwali f'Ghawdex u l-bierah kont patata wisq biex nitfa r-ritratti fuq il-pc u nikteb il-messagg.
Kienu jumejn sbieh hafna fejn ghajjejna fizikament u strihajna mentalment. Kien fihom naqra minn kollox: Gozo 360, hike, pasti, giri mar-Rabat, passiggati bil-lejl, quddies, talb, fatati (kortezija a' Ruben), zjara fis-seminarju ta' Ghawdex, zjara bla hsieb mill-Isqof t'Ghawdex (u hallejnieh jistenna - bla hsieb kienet) u zjara bla hsieb lill-Arcisqof ta' Malta li mar jippontifika fil-katidral ta' l-Assunta (tant kienet bla hsieb illi li kienu Mons Grech ma ppuntax lejna anqas kien jinduna bina!). U hut. Wisq.
Interessanti hafna kien l-ewwel lejl meta ezatt kif tfejna d-dawl biex norqdu Ruben insista li ra dawl blu jigri minn naha ghall-ohra tas-saqaf tal-kamra. Dan irrizulta f'siegha nofs bid-dawl mixghul nghidu l-istejjer tad-dahk biex it-tifel jikkalma. OMG!
Is-Sibt saret l-ewwel zjara ufficcjali ta' l-arcisqof il-gdid fid-djocesi Ghawdxija. Ahna morna taht it-tarag tal-katidral inharsu. L-Ghawdxin tassew huma intelligenti ghax kollha dahlu gewwa jsibu post ghas-shana... Hekk kif hareg l-isqof Grech induna bina u xejjrilna... l-arcisqof taghna hareg min-naha l-ohra u qaghad jiccajta mat-tfal li kien hemm prezenti. Qabel beda tieghla t-tarag Mons Grech qallu l kellu 'l uliedu jahrsu u Pawlu tana dik it-tbissima tant unika tieghu.
L-ghada Mons Grech gie jarana l-kunvent ta' Santu Wistin. Ghamel kwarta jistenna ghax konnha ghand Cordina ta' Pjazza San Frangisk nieklu l-pasti. Ovvjament id-diskors waqa' fuq il-quddiesa pontifikali tal-bierah u jien ghedtlu, "Gejna ntuh is-support biex ma jhossux wahdu!" O x'gherf u x'lealta'! Nahseb li l-isqof impressjona ruhu ghax b'dik id-dahka zaghzugha tieghu (u bi stil decizament Ghawdxi) wegibni, "F'kaz li ma ndunajtx, imnalla ghedtlu jen bikom ghax 'qas kien jarakom!" Ok Ecc, ibghatha bil-posta!! Ghanda zewg isqfijiet veru tal-genn. Veru rigal kbir minghand il-Mulej li huma tant qrib tan-nies!
F'dawn l-ahhar 24 siegha ksirt rekord personali ghax irnexxili nikteb 3 artikli qosra! Wow x'jien tajjeb! Issa nittamaw li jintoghgbu. Aktar dwarhom meta jigu stampati!

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Frar 2007

L-ikla tal-pro-V

Illum il-gurnata kienet boring! Kien fiha naqra kanen originali, bhal nghidu ahna tmur biex taghmel laqgha u jigik tifel wiehed biss u missieru jkun gabu ghax ikun haseb li hija laqgha tal-common entrance! X'taghmel?! Kollox ghall-akbar glorja ta' Alla.
Fil-ghaxija kellna l-ikla ta' l-ex rettur li issa sarilna il-pro-Vigarju l-gdid (gdid jew l-ewwel wiehed? Boq! L-aqwa l-pranzu!). J'Alla, bhalma qalilna u bhalma ghamel hu, naghrfu nibdlu l-istola f'fardal. Kien zmien sabih, formattiv, imma qasir wisq! Imma j'Alla bhalu wkoll naghrfu nkunu dejjem fidili lejn il-kelma li naghtu. GRAZZI DUN ANTON, IN-NUQQAS TIEGHEK SE NHOSSUH ZGUR!

L-Erbgħa, 21 ta’ Frar 2007

L-irmied

Illlum beda r-Randan. U llum ukoll qabadni guh kroniku! Tiskanta l-hajja x'cajt taghmillek kultant!

Il-gurnata bdiet turi ruhha interessanti minn fil-ghodu: qomt fil-5:08 u ma stajtx nerga' norqod. Il-kafe' hadtu bla zokkor u kwazi vvelenani! Mort l-Universita' fit-8:30 (u llum bla lectures!) biex narma l-poster ta' l-Arcisqof fil-Fakulta'. Hekk kif ipparkjajt cemplet il-faculty oficcer biex tara fejn wasalt. Perfect timing! Kemm jien tajjeb!!! Armajtu u gie sabih (avolja kien hemm xi erwieh tajba li qaluli li messni ghamilt il-kliem ikbar, imma nsomma....)

Ghamilt madwar saghtjen nitlajja gol-Fakulta' u go l-ufficcju amministrattiv inhossni inutli ghall-ahhar. Sakemm gie l-Arcisqof. Imbaghad beda kocc ecitament (nofsu kkawzat mill-fatt li gie kmieni u hsibt li l-bqija tal-kumitat mhux se jilhqu jaslu). It-tghanniqa bejn l-Arcisqof u d-dekan kienet emozzjonanti hafna. Il-poster ghogbu u d-dekan qallu li ghamiltu jien u qlajt prosit pontifikali (isa hej!). Laqqghajt lill-eccellenza mal-bqija tal-kumitat u dik li xi jumejn ilu spiccajt n-email-jaha in real time ipprezentatlu l-pubblikazzjonijiet ta' l-Ghaqda ta' din is-sena. Insejna d-DVD imma m'hemmx x'taghmel. Forsi ntuhielu fl-Aquinas Evening u joqghod jaraha fid-Duluri.

Wara jien u membru ohra tal-kumtiat morna ghal-laqgha li kellu l-E.T. mar-rapprezentanti ta' l-ghaqdiet kollha ta' l-istudenti. Ehm.. hassejtni naqra stupidu nerga' nohodlu b'idu wara 10 minuti ("Xbajt nohodlok b'idek!") - il-presidenza kultant tpoggik f'sitwazzjonijiet minus. Hemm ergajt iltqajt maz-zija floss!

Wara dan kellna laqgha KBIRA fis-sala principali ta' l-Universita'. Sabiha, formattiva (djalogu, pluralismu u karita') u hemm il-follow up xi jsir fuqha!

Il-basket raqad fil-Fakulta' dal-lejl! Lura go kamarti mar it-tubu tad-dawl 98% (ie qieghed jixghel 2% minnu u prattikament bih u minghajru xorta!).

Il-quddiesa fil-konkatidral kienet sabiha u partecipattiva ferm. Nirrivaluta l-muzika tal-Mixja Neo-katakumenali: il-vjolini jaqtghu hafna mal-gitarri, il-kant sabih u qawwi. Wara taffejt naqra mill-guh ghax kwazi bil-kemm flaht noqghod fuq saqajja (u MHUX GHAX HXINT!!! Illum bil-kemm kilt, ok?).

Il-blog ghall-ewwel ma riedx jitla (kieku ilni nofs siegha gos-sodda!!!)

It-Tlieta, 20 ta’ Frar 2007

Lejliet is-sawm....

Ghada jibda r-Randan. U llum pattejna. njh njh njh. Fil-ghodu mar id-dawl u ghall-ewwel darba kemm ilni fis-seminarju qomt fi skiet perfett. U dlam perfett. Il-quddiesa kienet katakombali ghall-ahhar - xemghat kull fejn thares. We-ell il-bierah l-Arcisqof kellimna fuq il-bzonn li nergghu niskopri l-karizmi ta' l-ewwel komunitajiet insara. Zgur li llum doqna kif kienu jaghmlu l-liturgija taht l-art jew bla dawl. Interessanti.
Wara saghtejn l-Universita' bdejna narmaw il-fakulta' ghaz-zjara storika ta' l-Arcisqof li ghandha ssir ghada. Wara qghadt nghaqqad il-poster ta' l-Arcisqof li l-Ghaqda ghamlet ghall-okkazjoni. Battalja ma' l-emails biex nerga' ninforma lill-istudenti b'xi bdil fil-programm (ehh... responsabbilta' kbira ggib maghha kanen kbar...)
Matul il-gurnata transferjajt ghal DVD film Daniz ta' l-1943 interessanti hafna, dwar il-kacca ghas-shahar. Jidhol sewwa fl-atmosfera ta' makabrita' pprovokata minn dil-kacca bla sens u bla qalb.
Fil-ghaxija mbaghad kellna party ta' tislima lill-ex rector. Il-hajja hafna drabi ggib bidla mhux mistennija u mhux mixtieqa...

It-Tnejn, 19 ta’ Frar 2007

SENA!


Illum il-blog jaghlaq sena! Nahseb li huwa l-inqas blog li qala' kitbiet f'sena imma nsomma - bhal-lum sena jkun fih aktar!
Graw hafna affarijiet f'dat-365 gurnata. Il-kandidatura, il-lettorat, il-presidenza ta' l-Gh.S.T., l-esperjenza Bormla, 4 ijiem Palermo bla hsieb, hmistax Londra, l-akkolitat, rekord gdid fil-kampanja tal-Milied ta' l-Ghaqda u l-RTK (Lm3248!!!), id-d.s. sar Arcisqof, ommi u missieri hargu bil-pensjoni... tiskanta f'sena kif il-hajja tista' tinbidel! Imma kienet sena sabiha, minkejja d-diffikultajiet. Sena li veru narani kbirt. ehm.
Insomma llum gie jarana l-arci u ma stajtx inzomm milli nitlobu firma u hawn hi. J'alla veru jkompli jaghraf kif imexxina bhala poplu aktar lejn Alla. Awguri Pawl, ahna dejjem mieghek!

Il-Ħadd, 18 ta’ Frar 2007

Wara l-ewwel weekend gbir....

Mela, dis-sena rega' messni mmur ghall-gbir f'Haz-Zebbug, biss did-darba ma kontx il-parrocca imma kont inkarigat indur dawra maz-zoni. L-ewwel ma mort kien fil-knisja ta' Santa Marija ta' Hal Muxi. Ir-rettur (l-ahhar sacerdot li qaddes mir-rahal) ma kienx hemm ghax inzerta l-Germanja, ie ghadni ma ltqajx mieghu. B'dal-pass nahseb ghall-ewwel quddiesa se narah. Jew meta naghlaq 25 sacerdot.
Insomma, fejn konna? Iva. Wasalt hemm fis-6:00 - bil-kemm kont qed nara. Il-knisja tidher sabiha fid-dlam, hux? Jekk ikolli nghid dik l-istatwa tal-Madonna li hemm maz-zuntier harget mill-istess id li ghamlet l-istatwa ta' Santa Marija li hemm fil-pjazza tar-rahal....
Wara dik mort sal-knisja tal-Madonna tal-grazzja, erba' passi boghod mill-parrocca, imma ppakkjata, bin-nies barra u bin-nies go kuridur ma' genb il-knisja, li minnu ma jaraw xejn! Insomma bil-Malti nghidu "Sejjer nisma' quddiesa!" Veru li hemm l-espressjoni hija litterali. Pero' l-quddiesa kienet animata tajjeb.
Imbaghad mort sa Hal Mula. Knisja (for want of a better word) L fil-veru sens tal-kelma. Quddiesa sabiha hafna wkoll.
Wara dik mort stampajt poster enormi ta' l-Arcisqof biex inwahhluh il-fakulta' (il-privileggi li jkollok meta tkun president ta' l-Ghaqda ta' l-Istudenti! Njh njh njh) u mbaghad mort ghand wiehed surmast u kellimtu fuq bicca muzika. Tamiet pozittivi (dettalji aktar 'il quddiem).
Lura s-Seminarju kien hemm folla familji u gietni hniena minn dawk li kien imisshom jigbru ghalhekk ghamilt siegha volontarjat - b'xi mod trid tmur il-genna, mhux hekk? Imbaghad raqda tajba d-dar u fil-ghaxija mort sas-Santwarju mal-Mons. ghal quddiesa ohra. Priedka bomba. Quddiesa sabiha hafna. Wara dan kollu bix-xieraq li kelli nsib ftit hin ghal ohti l-kbira ghax ghada terga' titlaq. Morna sal-Cosmana Navarra u kilna hemm. Mmmmm. TAJJEB. Sadattant saru l-22:19. Xtaqt kieku spiccat il-gurnata, imma sibt muntanja emails xi nwiegeb, hafna minnhom relatati maz-zjara tal-E.T. fl-Universita' (il-kanen li jkollok meta tkun president ta' l-Ghaqda ta' l-Istudenti! hmpf). B'xi mod spiccajt nikkomunika bl-email in real time ma' membru ohra tal-kumitat (Chris xi darba nixghel l-MSN, ok? Nahseb li l-hajja tkun aktar facli).
Insomma issa 0:04 u se niritra ghax ghada Christology. OMG!

Is-Sibt, 17 ta’ Frar 2007

60 sena....

Jghidu: Iz-zmien jghaddi u ma jistenna lil hadd! Illum ommi ghalqet 60 sena! Naraw dan x'bidliet iwassal! Fil-kartolina li tajnieha ohti l-kbira kitbet xi haga simili ghal "now get a more relaxed life if you CAN". Interessanti dik il-CAN (b'ittri kbar), ghax ommi, minkejja z-zmien li ghandha, qatt ma naf li waqfet ghaddejja: xoghol l-isptar, ma' l-anzjani, tghin fil-parrocca, tmur korsijiet tal-ganutell, tar-rakkmu u ta' elf haga ohra, tiehu hsieb iz-zijiet, taghti daqqa t'id lil ruxxmata nies li jkollhom bzonn imorru l-isptar.... nahseb li issa li rtirat mix-xoghol se jkollha aktar hin x'timla' bix-'xoghol' l-iehor (zijiet, nies ecc)! Imma nsomma, kif jghidu t-taljani "Contenta lei..."

Biex niccelebraw giet ohti l-kbira mill-Ingilterra (ghal min ma jafx qed taghmel PhD f'xi linja li jien m'iniex kompatibbli maghha); habat tajjeb ukoll li l-bierah ohti z-zghira kellha kuncert privat ghand il-President ta' Malta (ghal min ma jafx ohti z-zghira titghallem il-kant klassiku ghand Ms Antoinette Miggiani, l-aqwa sopran ta' zmienha, under study ta' Maria Callas - din mhix xi Mari' li toqoghod wara l-knisja). Habat tajjeb ghax qisu bhala special treat tal-berdej hadu lill-mama' s'ghand il-President - speci mhux kulhadd ikollu dik ix-xorti, taf int? U biex tkun mistiedna tkanta ghal kuncert waqt party privat tal-President u l-first Lady (Lady Mary) mhix cajta. Ehh... family connections... Insomma, illum, fuq nota aktar informali morna nieklu ghand Ta' Soldi (le, mhux qed nithallas ghar-reklam). Ma domniex minkejja li kien ippakkjat. L-ikel kien TAJJEB (avolja nahseb hawdu l-order u lil ommi gabulha chicken flok cerna, imma malajr bidlu kollox bla problemi). Wara ikla ghand Ta' Soldi dejjem tohrog mimli u sodisfatt, specjalment meta jhallas haddiehor!

Issa jmiss raqda ghax ghada fil-5:00 rrid inqum minhabba l-gbir. Suppost ghandi niltaqa ghall-ewwel darba ma' l-ahhar sacerdot mir-rahal li qaddes qabli... fl-1965.

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Frar 2007

Kwazi sena wara...


Kwazi ghaddiet sena minn mindu hloqt dal-blog :-)... Imma fih ktibt darbtejn biss!!! :'( Forsi dan hu difett tieghi li hu relatat ma' l-internet! Ma nafx kemm-il darba bdejt website jew xi haga simili u wara xi zmien tlaqtha jew inqala' xi haga biex ma nkomplihiex. Insomma, dejjem jghidu li qatt ma hu tard wisq biex tkompli fejn hallejt! F'sena gara hafna.. u forsi jekk ikolli aptit xi darba noqghod nikteb ftit ftit x'gara (forsi fl-anniversarji ta' l-okkazjonijiet, min jaf? :P
Insomma ha nsemmi l-ahhar haga verament sinnifikkativa li grat... wiehed habib specjali tieghi qala' promotion enormi li ma kienx qed jistennieha (ehm... nahseb hadd ma kien qed jistenniha, speci... Fis-sens HAFNA kienu qed jistennewha, imma ma kienux jafu lil min se tmiss. U hadd ma haseb fih. Jew xi haga hekk. Insomma, ir-ritratti jitkellmu wahedhom! Forsi xi darba npoggi xi haga aqwa. AD MULTOS ANNOS PAWL!