Illum bdejna s-Summer Club = għamilt Ħ’Attard minn filgħodu sa bil-lejl. Nieqes 3 siegħat. Il-quddiesa mat-tfal kienet sabiħa ħafna. L-aktar session li ħadt gost naħseb kienet tad-drama… min jaf għalfejn? U ħadt gost ukoll wara li telqu t-tfal, innaddaf mal-bqija tal-voluntiera. Il-pizza li għamilna ġiet tajba (frosi tiegħi ħallejtilha l-għaġina naqra nejja – fil-każ dan jispjega xi… konsegwenzi). Wara ġejt 3 siegħat id-dar u erġajt mort hemm, did-darba l-Museum. Kont ma l-aspiranti u kellna diskussjoni fuq l-abort u l-morali tiegħu. Interessanti. Bqajt hemm għall-assenjatur (naħseb l-ewwel darba f’ħajti). It-temi kienu l-kuxjenza u l-ereżija tal-monofiżiti. Memorji… memorji.
It-Tlieta, 10 ta’ Lulju 2007
Jum ta’ biża, jum ta’ qilla…
Il-bieraħ ħarġu r-riżultati tal-finals. Ehm… ir-reazzjoni tiegħi kienet xi ftit… imħawwda. Fid-Domma ħsibt li mort aħjar, fl-Iskrittura ħsibt li mort agħar. Mela suppost jibbilanċjaw. L-awqa li għaddejt u in ġenerali mort tajjeb.
It-Tnejn, 9 ta’ Lulju 2007
-360 - La santa del giorno: Santa Veronica Giuliani
Illum għandha waħda mistika. Tfajla minn familja sinjura li riedet biss tagħti ħajjitha lil Alla. Kienet tara l-viżjonijiet minn mindu kienet żgħira. F’ħajjitha ta’ soru għexet il-mumenti tal-passjoni mal-maħbub tagħha Ġesù, u rċeviet l-istigmati. Qatt ma ppruvat taċċerta lil ta’ madwarha li huma veri… sempliċement aċċetathom u għexet bihom. Eżempju kbir ta’ kif ngħixu t-tbatija li jippermetti li jkollna l-Mulej bla ma ndoqqu trombi u nuru lil kulħadd kemm qed inbatu.Il-Ħadd, 8 ta’ Lulju 2007
-361 - Il-qaddisa tal-jum: Santa Prixilla
Santa Prixilla, il-mara ta’ San Aquila. Mara Lhudija li flimkien ma’ żewġha ħaddnet il-Kristjaneżmu, laqgħet lil Pawlu għandha f’Efesu u f’Korintu, u darha f’Ruma kienet tintuża bħala knisja. Mietet martri flimkien ma Aquila. Dak kollox… imma x-xhieda li ttina din il-mara hija waħda kbira. Kienet taqla’ l-għajxien flimkien ma’ żewġha billi taħdem is-sengħa tagħha, kienet tilqa’ f’darha lil min kien ikun qed jivvjaġġa, laqgħet f’darha lil kull min kien irid jadura lil Alla l-veru u tat ħajjitha għal Dak li kienet temmen fih. Xhieda qawwija fil-ħajja, xhieda qawwija fil-mewt.Is-Sibt, 7 ta’ Lulju 2007
-362: il-qaddisa tal-ġurnata - B. Maria Romero Meneses
Il-Beata tal-lum hija xhieda tal-verità li l-qdusija hija miftuħa għal kulħadd. Imwielda minn familja sinjura fl-Amerka Latina u mużiċista prima (ok, dad-dettal MA STAJTX inħallih barra!), telqet kollox biex saret soru salesjana. Biss ma waqfitx hemm. Bil-kwalitajiet eċċezzjonali ta’ management li kellha għarfet kif iddaħħal lis-sinjuri tal-klassi tagħha fi skemi ta’ fund raising b’mod li jagħmlu karità stra-ordinarja mal-fqar ta’ madwarhom. Għarfet kif tgħaddad l-imħabba u d-devozzjoni lejn l-Ewkaristija ma temi soċjali bħalma hi l-ġlieda kontra l-faqar bla dinjità. Veru każ ta’ damiġġjana li għarfet tadatta għall-inbid li tpoġġa fiha!Is-surprise party ta' Mary
Bħalma jiġri spiss, diffiċli tgħid le! Wara l-festin (festun) tad-Dun Josef mort sas-Swieqi għal surprise party li għamilna lil Mary, waħda mill-aqwa ħbieb li għamilt mill-esperjenza ta’ Palermo. Bażikement iltqajna l-parti mill-klikka li bqajna Malta. Lil Debbie, wara xi erba’ xhur tqala, fl-aħħar bdiet tidhrilha żaqqha u veru kienet ferħana għax illum ħasset lit-tarbija tiċċaqlaq għall-ewwel darba. Kemm tifraħ mara meta tkun taf li se ssir omm!X’ħin wasalt l-ikel kien spiċċa kollu :(, imma xorta ħadna pjaċir inpaċpċpu u nidħku. U Mary, avolja tgħid li she hates surprises, hadet ħafna pjaċir ukoll.
Il-prima messa bi storja twila warajha...
Il-bieraħ kellna l-prima messa ta' wieħed mill-ordinandi. Kienet sabiħa mmens, u l-omelija kienet bis-sens. Ħadt pjaċir. Il-kor kien tajjeb ħafna wkoll. Meta beda jkanta l-Kyrie tal-quddiesa Pane di Vita Nuova ta’ Marco Frisina, reġa’ beda għaddej minn moħħi l-proċess (interessanti) li għaddejna minnu sakemm akkwistajna l-orkestrazzjoni kompluta.Kollox beda madwar il-bidu ta’ April meta r-reverendu ġie jistaqsini niktiblu nota qasira bit-taljan li fiha
qal lill-manager ta’ Frisina li xtaq jixtri l-quddiesa biex jagħmilha fil-prima messa. Għamilnieha u n-nota ntbagħtet email. Ftit ġranet wara r-rev irċieva l-booklet tal-vocal score. Kien nofs April. Ġimgħa wara, l-għada tal-festa liturġika ta’ San Ġorġ M. (M.M. skond xi Qriema u xi Għawdxin) u ktibna email oħra li fiha spjegajna li ridna l-librett ta’ l-orkestra kollha. Għaddew il-ġranet u l-ġimgħat u din l-email baqgħet qatt ma ġiet imwieġba. Bgħattna xi tnejn oħra bħala reminder imma xejn. A friend in high places ħabib ta’ Frisina tana l-mob tiegħu, imma l-messaġġi ma bdewx jaslu. Meta wasal nofs
Mejju u xorta konnha bla risposta, ir-rev beda jinkwieta… għalhekk ftiehmna li nċemplu (= inċempel) u nkellmu (= inkellem) lil Mons. Frisina nniffsu. Faċli hux? Qisek qed taqli bajda.
qal lill-manager ta’ Frisina li xtaq jixtri l-quddiesa biex jagħmilha fil-prima messa. Għamilnieha u n-nota ntbagħtet email. Ftit ġranet wara r-rev irċieva l-booklet tal-vocal score. Kien nofs April. Ġimgħa wara, l-għada tal-festa liturġika ta’ San Ġorġ M. (M.M. skond xi Qriema u xi Għawdxin) u ktibna email oħra li fiha spjegajna li ridna l-librett ta’ l-orkestra kollha. Għaddew il-ġranet u l-ġimgħat u din l-email baqgħet qatt ma ġiet imwieġba. Bgħattna xi tnejn oħra bħala reminder imma xejn. A friend in high places ħabib ta’ Frisina tana l-mob tiegħu, imma l-messaġġi ma bdewx jaslu. Meta wasal nofs
Mejju u xorta konnha bla risposta, ir-rev beda jinkwieta… għalhekk ftiehmna li nċemplu (= inċempel) u nkellmu (= inkellem) lil Mons. Frisina nniffsu. Faċli hux? Qisek qed taqli bajda.Minn informazzjoni li akkwistajna deher li Frisina jgħallem il-mużika fis-Seminarju tad-djoċesi ta’ Ruma, so ċempilt hemm. “Mons. Frisina lavora al Vicariato non qui!” Ooops! L-ewwel foul. Ċempilt il-Vicariato (kienu s-13:30) u min irrisponda qalli, very nicely, “Non c’è nessuno qui!”, imma almenu tani n-numru dirett ta’ l-uffiċċju ta’ Frisina biex inċemplulu l-għada.
L-għada ċempiltlu bla ma għedt lir-reverendu.
“Pronto, Seminario maggiore di Roma”
“!?”
“Scusi?”
“Posso parlare con Mons Frisina?”
“Non è qui; lo trova al Vicariato”. Anqas tajtu ċans jispiċċa li ma qtajtx. Mid-dehra għafast numru b’ieħor. Kont għadni rieqed. Ċempilt il-Vicariato u rrispondietni, naħseb, is-segretarja u qaltli li Frisina ma kienx hemm dik il-ġimgħa u tatni l-mob ta’ waħda mill-kor tiegħu u dak ta’ Frisina (li ma qabilx ma’ dak li kien tana l-friend in high places…). Ċempilt lill-korista u waqt li kont qed nispjegalha li bgħatna diversi emails imma dawn ma ġewx imwieġba waqgħet il-linja min-naħa tagħha. Grr. Bgħattilha sms fejn spjegajtilha fil-qosor u tajtha l-email tiegħi. Xi sagħtejn wara wieġbet u qaltli li se tirranġa kollox.
Għaddew il-ġranet u xejn. Il-panic kien qed iżid. Għal mument issuġġerejt li wat il-quddiesa jitfa’ CD. No comment. Meta għaddiet dik il-ġimgħa (sadattant bdejna Ġunju bil-finals in full swing) erġajna ċempilna l-Vicariato u fl-aħħar irnexxieli nkellem lil Frisina nniffsu. Meta tajtu d-data ta’ meta bgħattna l-email dwar l-orkestrazzjoni “In quel giorno Giuseppe è andato per tre giorni di ferie!” Tajjeb! Mela meta ġie lura ma tax każ l-ordnijiet li daħlulu waqt il-vaganzi!!! OMG.
Għaddew jumejn u l-mużika waslet! Ovvjament ta’ tfal bravi li aħna erġajna ċempilnielu (= erġajt ċempiltlu) biex nirringrazzjawh. Tanto, fejn konnha ilna nonfqu flus f’telefonati billi nċemplu oħra x’fiha?!
Il-Ġimgħa, 6 ta’ Lulju 2007
-363: The saint of the day: Santa Maria Goretti, VM
Qaddisa ta’ żmienna, imma bi storja ta’ eroina medjevali! Santa Marija Goretti, it-tfajla tas-seklu XX li għażlet li tmut flok li tilqa’ t-tkasbir. Forsi kieku għażlet troq oħra kienet tinqala’ mill-faqar li kienet tgħix fih. Min jaf? Imma hi, minkejja li ta’ età żgħira ħafna, għarfet fejn kien l-aqwa ġid. Ħaġa li laqtitni minn mindu kont żgħir fl-ikonografija ta’ din il-qaddisa kienet li spiss tiġi rrapreżentata bħal xi qaddisa ta’ l-ewwel snin tal-Knisja jew tal-medjuevu: tfajla b’dijadema madwar rasa u bil-palma u l-ġilji f’idejha. Dit-tfajla, bħal Kristu, ħafret lil min qatilha.Min jaf x’ħasset ommha meta l-Papa Piju XII ipproklamha qaddisa quddiem 250000 ruħ! Kienet l-unika darba li omm kienet preżenti għal kanonizzazzjoni ta’ xi ħadd minn uliedha.
Mhux li kien ilkoll kemm aħna ngħarfu, bħalha, npoġġu l-prijoritajiet tagħna kif suppost!
Il-Ħamis, 5 ta’ Lulju 2007
Il-midalja, ilma, DVDs, żewġ laqgħat u overtime
Fil-għodu mort sal-qasam tal-Museum tar-raħal u fl-aħħar irnexxieli niġbor il-midalja kommemorattiva tal-fidda, tifkira tal-kanonizzazzjoni ta’ San Ġorġ Preca. Għedt “fl-aħħar” għax, ehm… ilha ftit tistennieni u meta mort għaliha s-Superjur kien waqt laqgħa u ma ridtux jinqala’. Insomma, waslet. Sabiħa.
Lura d-dar kien hemm missieri li qalli li ommi qaltlu li rat kullimkien ilma. Ħolmot? Li ġara kien li minħabba r-riħ li għamel dal-jumejn, pipe minn fuq il-bejt (li sinċerament m’għandi l-ebda idea missieri għalfejn għamlu) inqala’ minn mat-tank u ħasel kull m’hemm: il-bejt l-għoli, il-bejt il-baxx, il-bitħa nterna (mnalla ma daħalx ġo kamra tiegħi għax kien ikollna ċ-ċikċifogu), il-bitħa l-kbira, il-bitħa tal-ġara (OMG) u b’xi mod sab katusa li wasslet biex l-ilma ħareġ barra wkoll. Plumbing. Not my genius.
B’xorti tajba missieri sab jixtrili xi pakkett DVD – R 8x għax wara li xtrali 150 16x (minkejja li ilni sena nħambaq li dawk ma jaqblux mad-DVD rom tiegħi) u ma ħadmulix (surpise!) kien se jtini estru (ir-raġuni hi li għandi l-pc se jispakka bl-ammont tal-videos li tfajt fih, tant li bilkemm baqagħli spazju npoġġi xejn). Insomma, bdejt inbattal.
Fil-għaxija mill-ġdid Ħ’Attard għal żewġ laqgħat tas-Summer
Club, waħda għall-voluntiera u l-oħra għall-ġenituri. Kien hemm konkorrenza tajba ħafna. Qlajt kummenti tajbin mingħand xi ġenituri ta’ żgħażagħ li kienu hemm għal-laqgħa tal-bieraħ. Njh njh njh.
Club, waħda għall-voluntiera u l-oħra għall-ġenituri. Kien hemm konkorrenza tajba ħafna. Qlajt kummenti tajbin mingħand xi ġenituri ta’ żgħażagħ li kienu hemm għal-laqgħa tal-bieraħ. Njh njh njh. Wara l-laqgħat (li DAMU mill-17:00 sat-20:30) bqajna siegħa overtime naqsmu l-kartonċin. Ma fhimtx eżatt il-għala…
Qbiżt qabża sal-kappella – veru sabiħa, kważi kulljum qed immur fti hemm – u wara ġejt ‘l hawn għax kelli ġuħ ta’ kelb u għejja ta’… ehm… żiemel (?)
-364 - il santo del giorno: San Antonio Maria de Zaccaria, MD
Il-qaddis tal-lum huwa karattru interessanti. Taljan (hmmm), li qabel sar saċerdot studja l-mediċina u sar tabib. Interessanti. Donnu għandu xi xebħ ma’ wieħed nafu li qabel daħal is-seminarju għamel kors fl-Università… Il-mestier tiegħu mal-fqar ta’ Cremona wasslu biex jagħraf is-sejħa li kien qed jagħmillu Alla. Sar sacerdot u waqqaf il-Barnabiti (boq) u miet ftit wara, ta’ 37 sena.“Dak li Alla jikkmanda jidher tqil u piż żejjed. It-triq hija mħarbta, faċli tinġibed lura u ma jkollok l-ebda ħajra tkompli. Imma, ngħidlek, kompli f’dik it-triq u tirbaħ il-glorja.”
S. Anton M. de Zaccaria
L-Erbgħa, 4 ta’ Lulju 2007
Abbatini u żgħażagħ
Illum kelli l-ewwel laqgħat formali fil-parroċċa, ċioè tajt l-ewwel laqgħat formali. L-ewwel kienet ma’ l-abbatini u l-oħra maż-żgħażagħ. L-abbatini veru grupp ħelu, u Alla jbierek veru ma joqgħodux lura milli jistaqsu u jipparteċipaw! (Ok kultant isaqsu l-istess affarijiet, but…)
Iż-żgħażagħ storja oħra. Il-laqgħa għamilnieha forma ta’ prayer meeting u t-tema kienet il-qrar u l-maħfra tad-dnubiet. Ma tantx wieġbu għall-mistoqsijiet, imma qgħadu attentissmi. Ma kienx hemm ħoss waqt il-laqgħa u wara dak li jmexxi qalli li kienet tajba ħafna – grazzi lil kull min qal xi talba wara li qara l-blog ta’ nhar it-Tnejn.
Meta ġejt lura d-dar sibt li d-desk tiegħi għandu okkupant ġdid li jieħu naqra spazju sew… avolja jekk jibqa’ jżomm il-post li ħa (u d-desk jibqa’ vojt, that is) m’għandux itellifni żżejjed… sakemm ma niddeċidix li nagħmel stuffat.

-365: la sainte du jour: HRH Santa Eliżabetta tal-Portugall, ofm
It-Tlieta, 3 ta’ Lulju 2007
-366 Il-qaddis tal-ġurnata – San Tumas, Appostlu
Bħal-lum sena jien u sħabi niġu ordnati saċerdoti. Għalhekk se nibda kulljum nagħmel il-countdown billi nġib stampa tal-qaddis tal-jum u nieħu spunt żgħir minn kliemu jew ħajtu bħala ħsieb tal-ġurnata. (Ovvjament ġranet ta’ rtir jew meta nkun imsiefer ikolli naqbiżhom, sowwy.)“Mulej tiegħi u Alla tiegħi!”
San Tumas huwa wieħed minn dawk il-qaddisin “imperfetti” li grazzi għall-eżempju tagħhom nafu li anke aħna, dgħajfin u midinbin, nistgħu naslu għall-perfezzjoni fi Kristu!
It-Tnejn, 2 ta’ Lulju 2007
It-tieni ġurnata f’Ħ’Attard…
Il-bieraħ ittrinajt fil-quddies tal-parroċċa (barra l-quddies ta’ l-Ordinazzjoni fil-għaxija) – naraw la nqaddes inkomplix bil-vizzji ħżiena!! Imma ħadt pjaċir.
Dalgħodu għamilt nofs ta’ nhar nagħti mal-kamra tiegħi sakemm irnexxieli nġibha fi stat abitabbli. Wara diversi xhur irnexxieli nerġa’ nikxef il-wiċċ tad-desk u l-wiċċ tas-sodda ż-żejda. Tiskanta – il-kulur tagħhom minn żmien għall-ieħor ninsih, tant ikun hemm imbarazz fuqhom. Issa, la l-pc tfajtu fuq, irrid li d-desk jibqa’ VOJT. Ħa.

Wara nofs inhar bdejt maratona. L-ewwel kelli laqgħa mal-kappillan dwar il-gruppi li hemm fil-parroċċa. Ħawwadli l-wires – naħseb li hemm mal-35 grupp! Il-focus se jkun l-aktar fuq iż-żgħażagħ, barra mis-Summer Club, ovvjament. Imbagħad il-kapo ħadni nawra bil-karozza biex nara l-konfini – OMG! Ma kontx naħseb li r-raħal hu hekk kbir.
Wara dan mort sa l-Università għall-ewwel laqgħa tal-KPS. Kont l-ewwel li tajthom ir-rapport tal-ħidma tas-sena ta’ l-Għaqda tagħna. Warajja kien hemm il-Graffiti. Konnha numru tajjeb, u peress li mar id-dawl għamilna l-laqgħa barra, fl-Atriju Vassalli. Kien hemm koċċ kummenti VOJTA minn membri ġodda. Għamilt hemm sas-19:15 għax wara kelli laqgħa oħra.
Ġirja lura sa Ħ’Attard – fit-triq waqaft nara lil wieħed sieħbi, imma ma kienx hemm. Grumble grumble.
Mort għall-ewwel laqgħa ta’ evalwazzjoni ma’ nofs il-gruppi – ma domniex bħall-KPP tal-ġimgħa l-oħra. Imbagħad lura għall-uffiċċju biex nifformulaw programm għal din il-ġimgħa. Tkellimt ftit mas-segretarja tal-KPP. Nhar l-Erbgħa suppost kelli mmur ċerimonier ma’ l-Arċisqof, imma se jmur iċ-ċerimonier uffiċċjali, so aċċettajt li nagħmel prayer meeting għaż-żgħażagħ. Min qiegħed jaqra’ għandu l-mandat biex jgħid talba għalija. :)
Wara qgħadna fuq iz-zuntier nitkellmu fuq il-ġimgħa li ġejja. Bad idea. Very. L-ewwel ġie jkellimna anzjan mir-raħal, imbagħad ġejna assaliti minn grupp nisa – naħseb tal-Grupp Sant’Anna 60+. Imbagħad kienet għaddejja Lily (k/a Lela) u waqfet tgħidli li spiss qed tkun lejn Ħ’Attard, li Doris sejra bil-Logos (ir-rivista ta’ l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija) tagħha Leuwen u li hi qed ixxerred id-devozzjoni lejn dan il-blog. O. Imbagħad, meta ppruvajna nerġgħu mmiddu rasna għax-xogħol nisma’ koċċ daħk u nara lil oħti quddiemi. Waqfet qisha strublata hekk kif ratni quddiemha, poġġut fuq l-għatba tal-knisja. U kien hemm iż-żewġ kantanti l-oħra magħha, waħda suppost qiegħda l-Canada. Wara l-introductions keċċejthom ‘l hemm ħalli nkomplu. Domna sa xid-21:30.
Ġejt lura d-dar u ftakart li kelli stedina għand il-ġara għal party żgħir għar-reverendissimu Dun ħuha, ordnat il-bieraħ. Inħsilt u mort. Qabel ħabbatt kelli d-diċenza nċempillu… u mnalla għax kienu spiċċaw u evitajt li naqa’ waqa’ għaċ-ċajt…
Il-Ħadd, 1 ta’ Lulju 2007
6 ġodda – “fassal ħajtek fuq dak li għandek f’idejk”
Illum l-Arċisqof Pawl Cremona op ordna l-ewwel sitt sacerdoti u l-ewwel djaknu ta’ l-episkopat tiegħu. Kienet okkażjoni veru sabiħa għalina lkoll – l-aktar għax dawn sħabna kienu kors li dejjem konnha magħhom u qrib tagħhom (u r-reliġjużi kienu l-Università magħna), u anke peress li kienet okkażjoni storika għal pajjiżna peress li dawn kienu l-ewwel ordinazzjonijiet ta’ dan l-Arċisqof. Issa li jmiss tagħna!!!!!!
Awguri ħbieb, j’Alla l-motto li għażiltu tibqgħu dejjem iżżommuh quddiem għajnejkom u miktub f’qalbkom. Ad multos annos!
Awguri ħbieb, j’Alla l-motto li għażiltu tibqgħu dejjem iżżommuh quddiem għajnejkom u miktub f’qalbkom. Ad multos annos!
(Ir-ritratti mhux xhi gran che, imma almenu esklussivi!)

Il-Ħamis, 28 ta’ Ġunju 2007
Serata meraviljuża
Il-bieraħ mort ngħum ma’ wieħed qassis ħabibi.Mort għall-quddiesa tas-18:30 fil-parroċċa tiegħu. Wara, kif kont qed nistennih ġiet mara b’mejda f’idha u qaltli/stednitni/ordnatli ngħinhom itellgħu l-imwejjed għall-pasta night li għandhom għada. They DO have a way to involve people. Assumejt li l-fund raising hu għal xi sett gandlieri tal-fidda; hu merieni u qalli li għall-pittura tal-koppla. Meta dil-pittura ssir, jien inkun ilħaqt soru. Meta ġie u rani niġri bl-imwejjed qalli “Ejja ħa mmorru għax għanda laqgħa ma’ l-arċisqof!” ?! Kif dħalt fil-karozza u xegħelt il-mobile, Madonna, nsib sms mingħand l-arċ! OMG!
Ma konnhiex nafu fejn naqdu mmorru u mbagħad issuġġerejt post (mhux se ngħid fejn, tifhmu għala aktar tard). Għal mument ħsibt li mhux se togħġbu l-idea minħabba li kien pjuttost imbiegħed minn fejn konnha. Però ftehmna mill-ewwel u morna s’hemm. Biex wasalna kważi kissirna l-karozza, no problem. Il-post veru SABIĦ. Bla bram, nadif, kwiet. U bla nies. Kapixx għala mhux qed ngħid fejn?
Għomna xi siegħa, imbagħad għamilna xi siegħa nismgħu l-mewġ u nitkellmu u mbagħad morna ħadna ħobża biż-żejt. U qsamna nofs landa ġelat tal-bacio – id-darba li jmiss se jkolli żaqq daqshiex! Serata meraviljuża.
It-Tnejn, 25 ta’ Ġunju 2007
It-tieg tal-B
Fil-għodu kelli nqum għas-servizz ta’ San Ġwann. Taf x’ħeġġa! Immaġina purċissjoni ġo nofs Strada Merkanti u Strada Rjali il-Ħadd fil-għodu!!! Almenu kien hemm l-Arċ biex jgħollili ftit il-moral. Waqt il-qari wieħed mill-kavallieri qara qari b’ieħor! Imbasta ta’ l-Ordni, biex probabli anqas imorru quddies! Tse!
Wara l-ikel ta’ nofsinhar irqadt raqda tajba u mort għat-tieġ ta’ B. Ipparkjajt ħdejn il-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan u tlajt bil-mixi (qlajt il-bażwa) sal-knisja ta’ Lapsi. Kif dħalt kien hemm sagirstan u staqsejtu (biex inkun ċert) jekk hix il-knisja ta’ Lapsi. “Le! Din l-old parish church of St Julian’s!” “Iva, imma magħrufa bħala ta’ Lapsi, hux?” “Ħażin jekk magħrufha hekk. Din ta’ San Ġiljan! Allaħares ikunu jafu l-Ingilterra li jsejjħulha ta’ Lapsi…” (L-Ingilterra fejn tidħol, pray?) Għal mument niżżilli msarnejja ġo saqajja għax ħsibt li mort knisja b’oħra. Imbagħad rajt isem l-għarajjes fuq id-djarju tal-knisja u ġejt f’posti. Daħal seminarista ieħor, kuġin ta’ B, li kien għamel sajf San Ġiljan. Dan mill-ewwel sellem lix-xiħ u staqsieh kif inhu. U beda jeqred u jgerger li ra l-gwerra u ma nafx x’ra aktar u għadu ħaj.

Il-quddiesa kienet sabiħa ferm. L-unika kanna li konnha s mmutu bis-sħana – għax is-sagristan ħalla fann fuq l-artal, imma li l-wire tiegħu ma jwassalx sa fejn kien hemm id-dawl mal-ħajt. Grrr… Għall-ewwel darba, qrajt vanġelu f’quddiesa ta’ tieġ, fuq ordni tal-qassis.
Wara kellna l-party f’Torre Paulina. Ħadna ħafna gost. Domna sa l-aħħar. Erġajt iltqjat ma’ ħafna nies minn tal-fellowship. Ġeddidna koċċ memorji. Iddiskutejna xi kanen li ġew maż-żmien… imma ħadna pjaċir. Fl-aħħar iltqajt ukoll ma’ waħda nurse li kienet ġiet miegħi Palermo l-ewwel darba… Anqas għaraftha!!!

Lejliet San Nikola
Oħo, beda sew l-istaġun tal-festi! U bdejna bit-tajjeb għax kelli żewġ stediniet f’daqqa. Biex ma niġġieled ma ħadd mort l-ewwel ftit għand min stedinni t-tieni, imbgħad mort il-bqija tas-serata għand min stedinni l-ewwel.
Is-serata bdiet billi mort smajt quddiesa s-Siġġiewi stess, xejn xejn nara naqra l-knisja armata verament sabiħa, mhux hekk? Il-kanna hi li ma lħaqx nieħu ritratti. Qaddes il-Faħal, priedka tajjeb ħafna. Wara l-quddies ġie jkellimni l-ministru ta’ l-Edukazzjoni… kemm jiena POPOLARI!!! U mbagħad dħalt ġos-sagristija npaċpaċ mas-saċerdoti u s-seminaristi t’hemm. Wara dan, mixja s’għand sieħbi tal-kors Varistu u għamilt hemm xi nofs siegħa. Meta beda n-nar tlaqt, mixja oħra sal-qalba tar-raħal sad-dar cinquecentesca ta’ Fanny. Peress li dal-għodu (l-ewwel ġurnata tal-vaganzi) qomt b’infezzjoni f’widnejja u t-tabib tani koċċi antibiotics oħra, ma stajtx niehu grokk tal-birthday. X'taghmel? Imma l-kumpannija kienet sabiħa.
F’xil-23:30 morna naraw iċ-ċikċifogu. Fil-pjazza ltqajta ma godz Palermo ppl – veru bla ħsieb. Ħadna ħafna pjaċir. Sirt naf li Debbie u Nigel ġa se jkollhom tarbija. Dott, ħi!

In-nar kien verament sabiħ. L-irdieden ħadmu kollha u kienu oriġinali. Pollon niżlet tistaħba ma’l-art f’xi tnejn. Eħħ...
L-ewwel laqgha ma' tas-Summer Club
Mela… fil-għodu spiċċajna s-Seminarju (trawma biex niżżilt kollox) u fil-għaxija erġajt mort Ħ’Attard għax kellna laqgħa tas-Summer Club (l-ewwel waħda għalija, it-tielet waħda għalihom). Insomma, wasalt kmieni u l-madam ta’ l-iskolasajf kienet għadha ma ġietx. Ġew xi għalliema oħra u ma għarafniex lil xulxin. Imbagħad ħarġet il-parish office secretary u qaltli: “Mr int mhux għas-summer club? Mela għax ma dħaltx?!” Insomma b’xi mod ħarġet li jien is-seminarista li se nkun magħhom. Għamilna nofs il-laqgħa npaċpċu fuq il-festi tan-naħat tagħna. Ara veru dinja oħra. Il-laqgħa ħadt pjaċir – hemm programm varjat u interessatni.
Wara stednuni noqgħod għall-KPP. Bqajt hemm bit-tama li l-kappillan jinduna bija u forsi niftiehmu xi ġurnata meta jispjegali x’se nħawwdu dis-sena. Rani, xejjirli, talbni l-mobile u daqshekk. Eħħ…
Il-laqgħa tal-KPP kienet… differenti milli niftakarhom l-Imqabba. Ir-raħal konnha nkunu xi tużżana madwar mejda niddiskutu. Ħ’Attard konnha xi 30 ġo AV hall, b’mejda għaċ-chairperson, is-segretarja u l-persuna li jkollha xi input x’tagħti, bin-nies jgħollu idhom biex jitkellmu, biċ-chairperson iżomm l-ordni eċċ. Ok, xi affarijiet huma in komuni. Il-colmo intlaħaq fl-aħħar meta, waqt li kienu qed jiddiskutu (bla ma’ jilħqu qbil) dwar ir-rigal tal- Ġinġer, qamet waħda u b’eċitament kbir waqqfet il-laqgħa biex thabbar li binha bgħatilha sms minn Luxemberg biex jinformha li Blair se jsir Kattoliku. OMG. That, thankfully, put an end to it.

Subscribe to:
Posts (Atom)