Jien ngħid għalija mill-ewwel għedt li mhux se mmur, l-aktar minħabba l-eżamijiet, imma anke minħabba li bi ħsiebni mmur sa Ruma aktar tard das-sajf u ma naffordjax immur darbtejn. Imma xorta waħda meta kulħadd kien qed jipprepara biex jitlaq ħassejtni naqra XeJn SeW. Imma nsomma. M’hemmx x’tagħmel. Naf li fino in fondo għamilt l-aħjar għażla. Issa nittamaw li t-trasmissjoni tkun tajba!
Il-Ħamis, 31 ta’ Mejju 2007
Beda l-countdown tal-kanonizzazzjoni
Jien ngħid għalija mill-ewwel għedt li mhux se mmur, l-aktar minħabba l-eżamijiet, imma anke minħabba li bi ħsiebni mmur sa Ruma aktar tard das-sajf u ma naffordjax immur darbtejn. Imma xorta waħda meta kulħadd kien qed jipprepara biex jitlaq ħassejtni naqra XeJn SeW. Imma nsomma. M’hemmx x’tagħmel. Naf li fino in fondo għamilt l-aħjar għażla. Issa nittamaw li t-trasmissjoni tkun tajba!
Bejn test u ieħor…
Issa għal tal-morali, l-aħħar test. Qabel il-finals!!
Il-punti prinċipali ta’ dak li se niktbe huma dawn:
- att jidħol fl-ambitu tal-moralità biss jekk huwa volontarju
- att morali huwa magħmul minn 3 affarijiet: intention, object, circumstance (it-“10c” biex niftkar!)
- hemm żewġ fini għal kull att: il-finis operis (l-azzjoni fiha nfisha) u l-finis operantis (dak li għandu f’moħħu l-aġent ta’ l-att).
- S. Tumas ma kienx jara differenza bejn dawn it-tnejn għax kien jemmen li jekk il-finis operis huwa ħażin, allura l-azzjoni kollha hija ħażina. U kellu raġun. Hu kien jiddistingwi bejn il-materja morali u l-materja fiżika. L-istess azzjoni tista’ tkun jew tajba jew ħażina, skond iċ-ċirkustanza morali li tkun fiha. Eż: sess bejn koppja miżżewġa hija azzjoni tajba; sess bejn koppja mhux miżżewġa hu azzjoni ħażina.
- Veritatis Splendor tgħid li jekk l-oġġett ta’ l-att huwa ħażin, l-intenzjoni tista’ tkun l-aktar ħaġa nobbli u l-konsegwenza tista’ tkun l-aqwa waħda, imma l-att xorta jibqa’ ħażin.
- L-intenzjoni u ċ-ċirkustanzi jistgħu jagħmlu ħażina azzjoni li fiha nfisha hi tajba. Eż jekk tisraq biex tagħti lill-fqar (Robin Hood syndrome), l-għan huwa tajjeb, imma l-mezzi huma ħżiena, so l-azzjoni kollha hi ħażina. Eż. Jekk tkun kompliċi ma ieħor f’serqa u fil-qorti tiddeċiedi li tgħid il-verità bl-għan li twaħħal lil sieħbek u tiffranka mis-sentenza, l-azzjoni hi tajba imma l-intenzjoni hi ħażina, so l-azzjoni kollha hi ħażina.
- Lejn tmiem il-medjuevu xi teologi ħarġu bit-teorija tad-double effect biex ikun hemm xi forma ta’ gwida f’każijiet ambigwi. Dan illum ġie sfruttat minn teologi proporzjonalisti u konsegwenzjalisti. Għal dawn jekk l-intezjoni ta’ l-aġent hi tajba, allura l-azzjoni li t-teoloġija tradizzjonali ssejħilha ‘ħażina’ huwa jgħidulha ‘ontic evil’ jew ‘premoral evil’, iġifieri mhux ħażina. Għalihom it-tajjeb hu l-ħażin huma kunċetti astratti u l-konkret huwa magħmul biss mill-intenzjoni ta’ l-individwu u mill-konsegwenzi ta’ l-azzjoni. Jekk l-intenzjoni hi tajba u l-konsegwenzi huma aktar tajbin milli ħżiena, allura anke att ħażin jista’ jagħmel azzjoni tajba.
- Veritatis Splendor tikkundannhom. Fosthom nistgħu nsemmu lil Curran, Schuller, Jansens, McCormick, Knouer, Fuchs u oħrajn.
Jekk ma jikkuntentax b’dan jista’ jmur jaqbad kopja tal-Veritatis Splendor u jikolha fil-break.
It-Tlieta, 29 ta’ Mejju 2007
Dak ABÙ qed jissogra!
Sakemm għaddiet dil-biċċa xogħol, Abù rnexxielu jiżgiċċa u mar issakkar ġo kamartu. Imma ħalla l-wire barra. So qbadtu u rbattlu l-pum tal-bieb tiegħu mal-pum ta’ bieba li hemm in-naħa l-oħra tal-kuritur (tgħid x’kien l-użu tagħha meta s-Seminarju kien għadu l-College? Forsi t-tfajliet kienu jitfgħu l-katavri ta’ min kien jipprova jidħlilhom fil-karma…?) U sakemm kont qed norbot u nagħmel ħareġ hu mil-loġġ u tefgħali mimli tazza ilma u ħasilni minn fuq s’isfel. Għandkom bil-lest l-istedina għall-funeral tiegħu li se jkun fil-futur qarib.
Liturgy@Birgu.com
Illum kellna l-aħħar test tal-Liturġija. Kelli problema bit-tieni taqsima għax ma stajtx niddeċiedi l-essay li ktibt liema mistoqsija kienet twieġeb! Fl-aħħar ktibt iż-żewġ mistoqsijiet u meta kont ħiereġ bqadt u qatjt waħda minnhom. Hekk jew hekk, kif għedt il-bieraħ, trid tagħmel sforz biex TEĦEL, mhux biex tgħaddi. Imnalla l-Mons kien silifni dak il-ktieb fuq il-talbt al-brevjar għax irriproduċejt l-ewwel kapitlu tiegħu. Njh njh njh.It-Tnejn, 28 ta’ Mejju 2007
It-test tal-Kristoloġija u l-Marjoloġija u l-aftermath
Dik is-siegħa bejn il-breakfast u x’ħin tlaqna kienet INFERN. Għat-test konnha f’waħda mill-aktar kmamar koroh u skomdi ta’ l-Università veneranda tagħna – l-SLT. Kellna memorji terribbli tal-lezzjonijiet fuq is-Sesswalità mad-dekan il-ġdid u l-lezzjonijiet fuq it-Teoloġija u l-Ekonomija mad-dekan emeritus. Kollha f’xi ħin indeċenti u jtuk l-impressjoni li ma jispiċċaw qatt. L-istess stajna ngħidu għat-test tal-lum. Ommi ma, OMMI MA! Dawk it-tliet siegħat tant kienu twal, u tant ħassejtni qed nikteb ftit. Għamilt kwarta ntella’ u nniżżel jekk nagħmilx il-mistoqsija sinottika jew nagħmilx 3 essays. Fl-aħhar għaddiet is-sinottika. U nnutajt li waħda mill-mistoqsijiet sinottiċi kienet l-ISTESS waħda li kienet ħarġet fil-FINALS tal-karta tad-Domma sentejn ilu! Mela issa module test VERU SAR QISU FINAL! Prova meri, profs!
Insomma, bħala konklużjoni nista’ ngħid li nittama li hu jifhem il-mistoqsija kif fhimtha jien, inkella I’m in deep mud. And eventually he will be too.
Wara t-test, ovvjament, ma kelli aptit nagħmel xejn. Tgħażżint ħafna mill-ħin u fis-18:00 bdejt nistudja għat-test ta’ għada. Taf int, trid tagħmel xi ħaġa, minkejja li biex teħel trid tagħmel sforz!
Il-Ħadd, 27 ta’ Mejju 2007
Ġurnata minus
Kif timmaġina li tista’ tkun il-ġurnata ta’ qabel l-eżami tal-Kristoloġija u l-Marjoloġija?! Għal ftit mumenti, waqt li kont qed nerġa’ nirrevedi l-ereżiji bit-tama li ma nħawwadx xi waħda ma’ xi konċilju li farrak oħra, bdejt napprezza aktar il-kwalitajiet ta’ l-Ebjoniti. Kieku kellhom raġun konnha niffrankaw dat-test!!!Barra minn hekk dal-għodu ġrat waħda ta’ min insemmiha. F’12:10 kellna l-uffiċċju tal-qari. Ma’ l-ambone tal-kappella kien hemm terħa ħamra (il-kulur liturġiku prorpju ta’ Għid il-ħamisn). L-ewwel qari tela’ qrah il-Pelly liebes T-Shirt aħmar. It-tieni qari nsejt li kelli naqrah jien (għax il-karta li ħallieli l-Iżmagu użajtha biex ħadt nota dwar telefonata li rrid nagħmel biex niddobba żewġ DVDs ta’ Forċina). Għamilli sinjal u tlajt. X’ħin konnha ħerġin, il-Fusa qalli li jien u l-Pelly donna ftiehmna. Għala? Għax hu kellu l-flokk kulur it-terħa, u jien kelli wiċċi l-istess kulur bħala. OMG.
Il-velja ta' Pentekoste
Did-darba l-Ispirtu s-Santu naħseb li spira lill-Kummissjoni Liturġika u lis-Segretarjat tal-Kleru ta’ l-Arċidjoċesi tagħna biex jagħmlu quddiesa kif inhu xieraq flok xi talent show tedjanti u allarmantement twila żżejjed bħalma ħolmu li jagħmlu s-sena l-oħra. Forsi l-Arċisqof il-ġdid daħħal naqra sens fiha l-affari. Naturalment kellha ssir xi ħaġa naqra oriġinali (inkella għala ssir?!) u l-quddiesa kellha sitt qari u ħames salmi – u l-ewwel qari proprju tal-ġurnata kien l-aħħar wieħed. Ara veru trid tkun il-Kurja ta’ Malta biex toħlom b’dawn… in-novelties. Għal mument ħsibt li eġajna qed nagħmlu l-vġili ta l-Għid! Mill-bqija kienet sabiħa. L-omelija ta’ l-arċ kienet eċċellenti.
Kien hemm statwa ta’ Karlu Darmanin tal-Madonna ta’ Lourdes qisha waħx fuq il-
palk/presbiterju (ma nafx x’kienet qed tagħmel hemm). Żgur li kienet storikament żbaljata għax meta l-Madonna dehret lil Bernadette kienet liebsa ‘libsa bajda b’faxxa kaħla’. Din kienet liebsa anything but that. Il-libsa kienet donnha xi vjola mitfi u l-faxxa ma stajtx niddeċifra sewwa x’kulur kienet. Il-prepost insista li kienet gold. I have my doubts. There could have been gold once… but now it’s quite poor. U meta nċesaha l-arċisqof minn x'imkien bdiet mota b'żewġ mini-qniepen. Il-prepost qal li kienet ġejja mill-knisja ta' Santa Katarina u Sant'Antnin fejn hija kkonservata dik l-istatwa. Nittama li hija kkonservata sewwa 'l bogħod mid-dawl u mill-għajnejn ma jmurx xi ħadd jisirqilha l-gold.Fuq wara kien hemm poster daqshiex ta’ Dun Ġorġ bl-Ispirtu s-Santu warajh (ikkuppjat mill-faċċata ta’ l-ewwel enċiklika tal-Papa Deus Caritas Est, edizzjoni tal-Libreria Editrice Vaticana) bil-kliem ‘Sliem għalik San Ġorġ Preca' u xi ħaġa oħra. E mela ġa sar qaddis? Kemm mingħalija kellu jiġi kkanonizzat nhar il-Ħadd li ġej! + din mhux velja ta’ Pentekoste kellha tkun? Jew ġiet trasformata f’xi viġilia antiċipata ta’ San Ġorġ? Boq.
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju 2007
San Bażilju u San Mikiel
Illum ġew inawgurati mill-ġdid iż-żewġ knejjes tewmin (b’mitejn sena bejniethom) ta’ San Bażilju u San Mikiel. Dik ta’ San Bażilju hija unika f’Malta u hija wkoll l-eqdem knisja fl-Imqabba. Il-valur storiku tagħha jkompli jikber minħabba l-fatt li peress li fl-1598 kienet l-ikbar knisja fl-Imqabba, hija serviet bħala l-ewwel knisja parrokkjali minn meta l-Imqabba saret parroċċa taħt it-titlu ta’ l-Imqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema. Diġà kien hemm knisja ddedikata lill-patruna tar-raħal fejn illum hemm il-knisja parrokkjali, imma din kienet żgħira
wisq biex tintuża bħala knisja parrokkjali. Tkabbret għall-ewwel darba fl-1486 u tkabbret darbtejn oħra sa l-1515. F’dil-knisja kienet ġiet eretta l-fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju fl-1596, sentejn qabel ma’ l-Imqabba saret parroċċa.Il-knisja ta’ San Mikiel inbniet għall-ewwel darba lejn tmiem is-seklu XVI, imbagħad saret kif inhi llum fl-1669. Fiha hemm eretta s-sodalità ta’ San Mikiel. Kien fiha diversi ex voto li nserqu, ehm... sparixxew… f’dawn l-aħħar erbgħin sena. Wieħed minnhom għadu jinsab fl-uffiċċju parrokkjali.

Dal-knejjes għamlu kważi seklu jintużaw bħala maħzen ta’ l-armar tal-festa ta’ Santa Marija – ħaġa oġġezzjonabbli għall-aħħar. Insomma, għal grazzja ta’ Alla u ta’ San Bażilju San Mikiel, issa dan l-użu spiċċa. Fost l-imbarazz li kien hemm f’San Mikiel kien hemm il-pulptu tal-knisja, li kien sar fil-bidu tas-seklu XX minn wieħed kunjomu D’Oliva mill’Isla. Għalkemm m’għandux x’jaqsam mal-pulpti barokki u maestużi ta’ diversi parroċċi oħra, xorta waħda huwa ferm eleganti fis-sempliċità tiegħu. Kien ilu madwar erbgħin sena f’rokna f’San Mikiel, u ż-żewġ naħat li kellu
skulturati kienu jħarsu lejn il-ħajt. Mhux ta’ b’xejn kont naħseb li għamlu sew li neħħewh daqs kemm kont naħsbu ikrah. Issa nindem minn dak il-ħsieb ħażin li kelli. Hija veru ħasra li qiegħed moħli hemm.Kien hemm diversi affarijiet li juru kemm dal-knejjes kellhom bżonn dar-restawr. L-aktar ħaġa tal-mistħja li kien hemm kien il-ħmieġ li kellhom mal-faċċat. Barra minn hekk kien hemm l-ilma dieħel mis-saqaf ta’ San Bażilju, l-għoxxenità ta’ żebgħa u wires li kien hemm u, l-aktar ħaġa orrenda, il-madum isfar li kien poġġa l-
kappillan Bianco flok iċ-ċangatura antika li kien hemm. Kien hemm il-pittura ta’ San Mikiel li wkoll ġiet restawrata. Impressjonanti kienet il-fidi ta’ xi Mqabbi li fl-antik ta’ daqqa ta’ xi mazza jew gandlier lil ras ix-xitan u flok rasu ħalla toqba daqshiex. Issa rasu reġgħet kibritlu, u l-pittura tista’ titgawda fi ġmielha kollu.Issa, wara ma nafx kemm, dal-knejjes reġgħu ħadu s-sbuħija oriġinali tagħhom, u nistgħu narawhom fil-glorja kollha tagħhom. J’alla nibqgħu nieħdu ħsiebhom.
Il-Ħamis, 24 ta’ Mejju 2007
Għawdex u l-firem għad-Domma ta’ l-Assunta – Awissu 1950
Matul l-aħħar lezzjoni li kellna fil-kors teoloġiku, li kienet tal-Marjoloġija, kollha qed niddiskutu d-domma ta’ l-Assunzjoni tal-Madonna, dik li l-Papa Benedittu XVI dan l-aħħar fir-riviżta Madre di Dio ddeskriva bħala “espressione del supremo culto della Chiesa a Maria”. Jaħasra, xi ħlew!Ovvjament bħala Maltin aħna għandna ċerta rabta ma’ l-Assunta peress li hija patruna speċjali tal-Gżejjer tagħna. Imma milli jidher l-Għawdxin għandhom ġibda aktar lejn il-Madonna taħt dan it-titlu tant sabiħ, uniku u glorjuż. U dan huwa attestat bil-PROVI fuq l-Osservatore Romano. OMG!
Meta fl-1950 l-Papa Piju XII kien bgħat ittra lill-Isqfijiet tad-dinja kollha biex jaraw il-poplu nisrani jixtieqx li l-Assunzjoni tal-Madonna tiġi definita ex cathedra bħala domma ta’ fidi, 98.2% ta’ l-Isqfijiet wieġbu li huma jaqblu. Barra minn hekk ġabru l-firem ta’ l-insara kollha li kienu jaqblu ma’ din it-talba. U l-firem inġabru. Nhar it-18 ta’ Ottubru, 1950 ftit ġranet qabel il-jum glorjuż ta’ l-1 ta’ Novemrbu 1950 meta ġiet definita d-domma, il-ġurnal L’osservatore Romano, kellu l-headlines jitkellmu dwar Għawdex (Gabriele Roschini: Petitio pro dogmatica definitione B. Mariae V. corporeae assumptionis ex Diocesi Gaudisiensi in Regione Melitensi) li minnu nġabru 28171 firma… minn popolazzjoni ta’ madwar 25000! Total ta’ 112.7%. Interessanti hux?
Spiċċajna l-SThB!
Meta nħares lura nista’ ngħid li ŻGUR ma kontx għal qalbi daqs kemm kont ħafna snin ilu meta kont qed nagħmel il-kors tat-Taljan (eħħ Dante, sieħbi, kif tlaqtek!) – dak kien żmien! Ftit assignments, konnha nkunu grupp ta’ 4 biss, testijiet fejn ma kienx ikollna esaġerat x’nistudjaw (apparti tal-letteratura, imma dik almenu sabiħa!) u marki sbieħ (ok, m’għandix x’ingerger minn dan ir-rigward. Ħlief f’wieħed. Grr). Insomma il-ħames snin tat-teoloġija u l-filosofija nista’ niddeskrvihom bħala tellieqa kontra l-ħin għax kien hemm drabi meta veru ħassjetha mpossibbli llaħħaq sew ma’ l-istudju (b’mod globali) u l-ħajja tas-Seminarju. Imma sodisfatt li dmiri dejjem għamiltu, minkejja li kien hemm (ħafna) drabi meta kelli aptit intajjar kollox (u xi nies ukoll, ovvjament) mas-sema. Anzi x’imkien aktar ‘il, bogħod u f’angolu iktar orizzontali – għax jgħidu lijekk tobżoq fis-sema jiġi f’wiċċek, ergo, jekk titfa lil xi ħadd mas-sema se jaqa’ fuqek u jgħaffġek.
Insomma, fejn ħallejena? Iva. Issa jgħaddu dal-finals u studju obligatorju (fis-sens li tridu bil-fors) SPIĊĊA . Take my word for it.
It-Tlieta, 22 ta’ Mejju 2007
l-AGM
Illum naħseb li kellna l-aktar AGM spopolat fl-istorja ta’ l-Għaqda. Naħseb aħjar nibdel l-istatut u flok "Laqgħa Ġenerali Annwali" nsejjħulha "Laqgħa ta’ handing over fejn nittamaw li jattendu almenu l-membri kollha tal-kumitat l-antik u l-ġdid". OMG! Anqas il-membri kollha tal-kumitat uxxenti ma kien hemm! Insomma, bħalma jgħidu l-Ingliżi: you cannot have the cake and eat (so why have the cake, pray?). Nikkuntentaw li kellna sena formidabbli fejn il-konkorrenza kienet dejjem aktar
milli stennejna u nħarsu ‘l quddiem bil-ħeġġa u bit-tama. Nixtieq ngħid PROSIT kbira liċ-chairperson eċċellenti li kellna li mexxa l-laqgħa b’mod perfett (ok, nammetti, kellu aġenda tajba quddiemu), ngħid grazzi kbira lill-membri tal-kumitat l-antik li kienu preżenti u MERĦBA lill-klikka l-ġdida.
It-Tnejn, 21 ta’ Mejju 2007
Il-mixja tad-Domma tat-tnissil bla tebgħa tal-Madonna
Dal-għodu, fil-lezzjoni ta’ qabel ta’ l-aħħar tal-Marjoloġija, il-profs spjegalna l-mixja ta’ 1854 sena ta’ storja ekkleżjastika sa meta l-Knisja pproklamat b’mod definit li d-duttrina li Marija ġiet meħlusa minn kull tebgħa tad-dnub sa minn qabel it-Tnissl tagħha bħala domma ta’ fidi li għandha tiġi mħarsa mill-Kattoliċi kollha. Ovvjament jien imressjonajt lill-profs meta antiċipajtu u għedt il-formula maġika: potuit decuit fecit. (Suppost potuit, decuit, ergo fecit, imma l-ergo ħallejtha barra għax is-sorsi li minnhom kont sirt naf dil-formula kienu nesewha…)Il-Ħadd, 20 ta’ Mejju 2007
F’Bormla għall-aħhar darba…
Anyway, barra din il-lacuna żgħira li f’sena qatt ma kont esperjenzjajt, ġibt quddiem għajnejja l-esperjenzi sbieħ kollha li għaddejt f’din is-sena f’dil-parroċċa u mal-kleru tagħha. Daħk, esperjenzai iebsin tan-nies, ħbiberiji, omeliji, ċertifikati, arkivji, mużika, diskussjonijiet, pariri, ikel, sorijiet, talb… u fuq kollox sens ta’ merħba kbira kull fejn mort. Veru hija parroċċa sabiħa u n-nies ta’ fiha veru jafu jħobbu. U tgħallimt ħafna, speċjalment mill-arċipriet. Nittama li llum ingħalaq kapitlu, mhux ktieb.

TLIET DARBIET f’ġurnata!
Insomma. Illum waqt l-ikel konnha qed inqassmu jien u l-iljun. Kelli xagħari mkaħħal bil-gel, kif ħadtha drawwa mill-1 ta’ Mejju ‘l hawn. U bdejt inħoss xi dubbiena ddur ma rasi. Peress li meta kont għadni l-aqwa waiter il-Mistra Village kont tgħallimt li hija kontra l-iġene li tħokk xagħrek waqt li qed tqassam l-ikel, dort fuq l-iljun u saqsejtu hemm xix dubbien mqabbda ġo nofs ix-xagħar bil-gel. X’wieġeb? “Le, kieku tkun tidher!”
Wara l-ikel konnha qed inpaċpċu jien, soru u l-Mater. U f’daqqa waħda, out of the blues, il-Mater qalet: “kemm qed jidħollu xagħru lil Johnny hux!” Jien bqajt inħares lejha. Tipo: ok, grazzi. Ma nafx x’kien… qatt ma naf li l-mater qatt ħadet daqshekk kunfidenza li ċċapashielek ma’ wiċċek b’dak il-mod…
Ta’ fil-għaxija imma kienet l-aqwa. Mort sa tas-Sliema ma’ saċerdot ħabib tiegħu li kont fil-parroċċa miegħu das-sajf u hekk kif ħriġna mill-karozza qalli: “X’tiqriegħ!” Hello!? Kemm ilek tqrar għadek qatt ma tgħallimt li hemm mod u mod kif tgħaddi l-aħbarijiet ħziena!? Bad day… terrible day!
Il-Ħamis, 17 ta’ Mejju 2007
Bħal-lum xahar

It-Tlieta, 15 ta’ Mejju 2007
Ġurnata oħra
In the meantime daħħalt żewġ drammi tal-passjoni fil-PC: Elohim (maħdum f’Bormla fl-1998) u Redemptor (maħdum f’Ħal Tarxien fl-1999), it-tnejn irrekordjati minn fuq Super 1 TV – u bejn wieħed u ieħor l-istazzjoni kien bidel il-logo.
Fil-għaxija ġie jarana l-Arċisqof (ritratti aktar ‘il quddiem), kiel magħna u qalilna li se jitlob għalina waqt l-eżamijiet… naħseb aħjar jitlob għal min jipprepara l-karta u għal min jikkoreġiha! Waqt li kont qed niġbor il-patti, erġajt poġġejt in practice is-silver service li kont tgħallimt il-Mistra Village… memorji… memorji…
Wara, peress li konnha ftit u peress li llum ħabat għeluq snin il-Ġinġer, morna sa l-Imdina nieħdu xi ħaġa tal-ħelu. Dorna ma’ l-Imdina kollha u ħadd ma ried idaħħalna! Tax-Xara Palace, imbasta 5* deluxe, qalilna noqgħodu barra! Oħrajn kienu magħluqin. Fl-aħħar spiċċajna ntfajna l-Point de vue. Ħadna pjaċir.
Bħal-lum 3 xhur…
Bioetika


Barra minn hekk, il-bieraħ fil-għodu daħħalt fil-PC l-video tal-festa tal-Madonna tal-ġilju mis-serje ta’ Forċina 2002. Peress li t-tape kien xi ftit antik kelli ndaħħlu minn diversi biċċiet differenti u mbagħad qgħadt nilgħab u ngħaqqad. Qabel inżilt mat-telefon ħallejtu għaddej biex jinħaraq fuq DVD, biex infittex inneħħih għax kif kien, kien qed jieħu 9.3GB. Bdejtu fis-14:30 u kkalkulajt li sa x’ħin tibda l-quddiesa, fit-19:45, ikun lest. Fis-19:15 tbaxxa d-dawl u l-PC ntefa’ – 5 siegħat xogħol għalxejn. Imbagħad ħraqtu bil-lejl… m’hemmx x’tagħmel.
Il-Ħadd, 13 ta’ Mejju 2007
Sena ilu...


Bħal-lum sena ilu, meta dal-blog kienu qiegħed hemm imma kien defunct, jien u sħabi tal-kors ġejna stitwiti letturi mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija Assunta fl-Imqabba. Minkejja li kelli balla tensjoni, u l-imsaren kienu għoqda, kienet funzjoni sabiħa ferm – wara li spiċċa kollox veru ħassejtni mistrieħ u kuntent. Kellna 4 bukketti l-ġmiel tagħhom, li bħalhom u daqshom il-knisja tar-raħal qatt ma kienet rat (korteżija tal-‘kuġin’ u t’oħti), kellna d-damask mal-pilastri (korteżija ta’ Karmnu) u xegħlulna l-4 linef tan-nofs tal-festi. Oho! U l-knisja kienet ippakkjata – ok, veru li ta’ l-Imqabba ma tridx wisq biex timlieha, imma kienet mimlija u veru sabiħa. Kien hemm anke xi nies barra. L-unika ħaġa li marret żmerġ kienet li s-sur Galea li joħroġ is-CDs u li qed isir popolari fl-Awstarlja u li dakinhar kien video-man, iddeċieda li kien hemm biċċiet li seta’ ma jiġbidhomx. Grr…
Kienet okkażjoni unika għar-raħal, u kellu jkun l-aħħar lettorat li għamel l-.E.T. Mons. Mercieca. Kollox kien pulit u f’postu. Kemm aħna tajbin!


Il-Ġimgħa, 11 ta’ Mejju 2007
Il-Lettorat
Kollox mar tajjeb. Insomma, Arċi ġie xi kwarta tard, qabel ġie giet karozza tixbah lil tiegħu u G. Schembri (l-animatur), fuq ordni ta' wieħed miċ-ċerimoniera qal lin-nies iqumu bil-wieqfa; qamu u baqgħu jistennew għalxejn waqt li l-kor baqa’ jkanta bla ħniena over and over again 'Ecce Sacerdos'; ħriġna għall-qiddiesa b’purċissjoni minn ġot-triq u OMG ix-xufier ta’ l-Arċisqof ipparkja l-karozza eżatt quddiem it-taraġ tal-knisja u letteralment ħakkejna mal-ħajt u l-karozza biex dħalna – imnalla jżommha nadifa. U fuq il-presbiterju ma kienx hemm fejn tiċċaqqlaq. Id-darba li jmiss li xi ħadd jazzarda jgħidli li l-presbiterju tar-raħal huwa iżgħar intih daqqa ta’ sieq ġo ħalqu! Il-melodija ta’ l-innu tal-Madonna tixbaħ ħafna dik ta’ innu ta’ partit politiku…
Wara, waqt ir-repos, għamel xi naqra ħoss x’ħin daħal l-arċ u hu b’nofs ċajta qalilhom, “Dari s-seminaristi kienu joqgħodu kwieti!” u professur ieħor (guess who) qallu, “Eċċellenza int mal-patrijiet kont tagħmilha mhux mas-seminaristi!!” U tani ragun. Njh njh njh. Avolja żied, “Insomma, aħna u s-seminaristi m’aħniex bogħod minn xulxin, kważi ħaġa waħda!” Jidher li qed jilbes komma wiesgħa għax dejjem b’waħda lesta! Grr. Wara poġgejna ħdejn xulxin u paċpaċna ftit. Meta qalulu li se nkun Ħ’Attard bħala djaknu qali “Tajjeb, bgħatuh hawn biex ikun taħt għajnejja. Hu jiġi fl-ewwel ta’ Lulju u jien niġi ftit wara.” Ok Eċċ! Din niftakarha – qis li tħalli lil min jarak meta tiġi tgħix fil-parroċċa fejn se nkun jien. Njh.
Kif wasalna lura s-Seminarju u kilt, ftakart li nsejt l-istand tal-camera hemm! Hmph!
L-assembly mal-minor
Il-Ħamis, 10 ta’ Mejju 2007
Johnny…
It-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2007
Il-Mayfair
L-ewwel jew it-tieni Ħadd ta’ Mejju jkun mistenni b’ħafna għożża u ansjetà. Għożża mis-sinjuri tal-PTA u mill-għalliema ta’ l-iskola u s-Surmast… ansjetà mill-povri seminaristi li wara ġurnata jisimgħu l-mużika taħt it-twieqi, jkollhom imorru jżarmaw… u joqgħodu għal dak li jgħidulhom in-nisa tal-PTA (li hi l-agħar biċċa). Dis-sena l-livell tal-mużika kien deċenti ħafna… wieħed seta’ jagħmel sforz u jistudja (ħaħa).
jinġabru biex iżarmaw u nsejjaħ lis-seminaristi biex jinżlu ħalli jgħinu. Grazzi” kellna bħal tfal bravi ninżlu. Bħal donnu ftehmna konnha kollha (jew kważi) bl-istess flokk – konnha qisna baħrin, jew kif jgħidu, tal-Gozo Channel.
u… sen’oħra se jieħdu qatgħa meta jidħlu fih. Affarijiet li kienu jidhru żmagati, qodma u bla użu bdew jispiċċaw fl-iskip… ma nafx għal liema raġuni kien hemm gozz ippruvaw jitfgħu hemm ukoll xi ħaġa kbira liebsa bħalna, li kienet tiċċaqlaq u tgħajjat…
Ir-ritratti juru:
Wieħed li ma jafx xi jrid jagħmel bis-sellum
Ieħor ma jafx xi jrid jagħmel bis-sellum
Wieħed li jaħseb li ‘tieħu r-ritratti ta’ l-oħrajn jaħdmu’ huwa tip ta’ xogħol
Wieħed b’saħħtu ħafna
Żewġ boloh, wieħed iktar mill-ieħor.
U l-police!

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Mejju 2007
Public speaking, bore-holes u bram
Iff, illum ġurnata ħela ta’ ħin! (Ok, forsi messni qed nistudja flok nikteb il-blog, imma nsomma….)Fil-għodu kellna sagħtejn public speaking. Grr… speaking of stretching things to the limit! Meta bdiet it-tieni parti – meta kellna ngħamlu taħdita impromptu, kien hemm xi anedotti nteressanti..
Per eżempju: id-D kien qed jitkellem dwar l-użu responsabbli ta’ l-ilma u kkonfronta lill-udjenza dwar kemm jużaw l-ilma b’responsabbiltà u kemm naħlu għal xejn b’xejn. Jien issuġġerejt li nibdew ninħaslu bl-ilma baħar. Meta mbagħad semma l-problema tal-bore-holes u kif qed
jinsteraq wisq ilma minnhom u staqsa kif din il-problema tista’ tiġi rriversjata, Zuke issuġġerixxa li nibdew nitfgħu s-San Michel fil-bore-holes ħalli l-livell ta’ l-ilma jerġa’ jogħla… forsi it is worth a try…Ftit wara qam jitkellem sieħbu tal-kors u tkellem dwar il-baħar u l-bram. Naħseb. Semma xi ħaġa fuq li nixtru suit biex ngħumu biha ħalli l-bram ma jigdimniex. Semma xi konsegwenzi terribbli (interessanti) ta’ gdim tal-bram u fl-aħħar semma li l-uniċi annimali li jħobbu din il-forma ta’ delicatessen tal-
baħar, il-jelly tal-brama, huma l-fkieren. Semma r-responsabbiltà li dawn jiġu kkurati u preservati u semma li f’Malta kien hawn bajja waħda fejn kienu jbejjtu, imma li issa mtliet kollha turisti u li xi drabi dawn ikunu ndeċenti. Il-Furbu ssuġġerixxa li għalhekk telqu l-fkieren. U jien issuġġerejt li għalhekk ġew il-bram. L-intelliġenza u l-ispirtu pront tagħna huma tassew uniċi.L-Erbgħa, 2 ta’ Mejju 2007
Jum il-ħaddiem
Imbagħad mort id-dar u qgħadt hemm inpaċpaċ u nilgħab. Studju!?
Fil-għaxija ħriġt ma’ Mary, Tut u ħabib tagħhom. Morna sa Ta’ Strinġi. Kif dħalt sibt mejda seminaristi. Surprise! Insomma, poġġejna fuq mejda oħra u qgħadna npaċpċu fuq drama therapy, Gestalt, psikoloġija, issues personali, imwiet, mental health, problemi soċjali, relazzjonijiet li spiċċaw… kollox fuq flixkun inbid, so kollox deher interessanti. L-inbid kien Hauteville tad-Delicata. Meta tlabna l-Wine List ġie waiter jaħseb li se jimpressjona u għamel kwarta jgħid fuq l-inbejjed li jġibu mid-dinja kollha. Yawn! Kont se nisplodi l-post bih. Mary tatu ħarsa li donnha kellha f’moħħha xi ħaġa agħar. Ħadt ħafna pjaċir, l-aktar għax kont ilni ma narhom. U Tut ġabitli s-SIM card tal-Vodafone li kont irbaħt fil-pasta night ta’ Palermo. Issa nara jirnexxilix nibdel in-numru b’xejn. Njh njh njh.
Meta ġejt lura s-Seminarju wieħed qalli, “You look bad. Very very bad!” Boq. Forsi għax ippettnajt (cioè ma ppetnajtx) xagħri lura u għamiltlu l-gel? Ma kellix buchi neri fil-memorja = żgur mhux minħabba l-inbid.


