L-Erbgħa, 23 ta’ April 2008

La serata Dantesca

It-Tnejn, 21 ta’ April 2008

Il-party tal-berdej ta' Benny!

Njh njh njh. The terror is back!

Wara break pjuttost twil erġajt hawn biex inkompli nagħti servizz lis-soċjetà billi ngħolli l-burdati tan-nies.


Illum għadni ġej minn party speċjali!! In-Nunzju Apostoliku ta’ Malta li ilu hawn biss 4 xhur (u li l-ġimgħa l-oħra xkanajt quddiemu hekk kif spiċċajt id-diskors ta’ l-Akkademja ta’ San Tumas) għamel festin il-Corinthia fl-okkażjoni ta’ għeluq snin il-Papa. L-Eċċellenza Tiegħu kien fil-bieb jilqa’ lill-mistednin u kellu ex għalliem tiegħi ipespislu f’widnejn who is who. Kif ġejt jien qallu “Il presidente dell’Associazione degli studenti della Teologia, il reverendo Jonathan Farrugia.” Oho. Did-darba ma xkanajtx. Kulħadd kien hemm: l-isqfijiet, l-imħallfin, il-kanċilliera, il-President (u Mary), il-Membri Parlamentari, jien (ara veru kien hemm kulħadd mela!). Ħlief il-Papa. Stramba tmur għal party fejn is-suġġett ma jkunx preżenti. Insomma. L-ikel kien xi ħaġa ta’ barra minn hawn, kelli skuża ndum barra, stajt noqgħod inpaċpaċ ma’ koċċ niex importanti fuq il-blog ta’ Daphne, d-diskorsi kienu qosra u t-toasts ma bbastawx jieqfu. Xrobt xi 4 tazzi nbid żejda bl-iskuża ta’ hekk. Ħasra li s-sena l-oħra ma kontx mistieden...